Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

Size: px
Start display at page:

Download "Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com"

Transcription

1 Form 4 OPTION Il-Mass Media (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

2 Xi jfissru mass midja u komunikazzjoni. Forom differenti u l-karatteristiċi ewlenin tal-mass midja: il-gazzetti, ir-radju, it-telefonija fissa u ċellulari, it-televiżjoni bis-satellita u l-kejbil, iċ- ċinema, l-internet u n-netwerking soċjali, blogs, podcasts, , pubblikazzjonijiet elettroniċi u x-xiri elettroniku (e-shopping). L-għanijiet tal-mass midja: soċjalizzazzjoni, kontroll soċjali, edukazzjoni, divertiment, informazzjoni lill-pubbliku u kampanji ta appoġġ jew azzjoni). Ir-rwol tal-ġurnaliżmu fis-soċjetà moderna. Ir-rwol tal-midja fil-globalizzazzjoni. Il-pluraliżmu tal-midja u l-implikazzjonijiet ta din fuq is-soċjetà. L-influwenza tal-midja u l-effetti tagħha 1 P a g e

3 midja Downloaded from Il-Mass media u l-komunikazzjonijiet Xi jfissru mass media u komunikazzjoni. Ma jistax ikun hemm ħajja soċjali mingħajr komunikazzjoni. Nistgħu ngħidu li l-mass media hemm żewġ forom differenti: Midja Tradizzjonali Midja Diġitali 1. Il-midja tradizzjonali: Il-midja kif konna nafuhom qabel. Dawn jinvolvu televiżjoni, gazzetti, kasetts, rajdu, ġurnali (gazzetti stampati). 2 Il-midja diġitali: Din tikkonsisti fil-mezzi tal-komunikazzjoni talmassa li jaħdmu b mezzi kompjuterizzati, fosthom CD, MP3, USB u midja soċjali bħal facebook, instagram, twitter. Din ġabet rivoluzzjoni talinformatika jew rivoluzzjoni diġitali. 2 P a g e

4 Il-karatteristiċi ewlenin tal-mass midja: Il-gazzetti L-idea li jinbiegħu l-aħbarijiet ġol-gazzetti bdiet fi żmien ir- Rinaxximent. Kif beda jikber il-kummerċ fl-ewropa n-nies xtaqu jkunu jafu x qed jiġri madwar id-dinja. Huma msejħin ukoll il-ġurnali. Il-funzjoni ewlenija tal-gazzetti hija li tistampa l-aħbarijiet. Il-gazzetta tippreżenta stampa kontinwa ta komunità li qed tinbidel u tiżviluppa mal-medda tas-snin. Il-gazzetta tgħin ukoll biex tgħaqqad komunità billi ġġib il quddiem interessi u valuri komuni bil-kitba tagħha. Kont taf? L-ewwel ktieb li ġie stampat kien il-bibbja fl-1455 ta 42 linja ta Gutenburg. Il-films, ir-radju, televiżjoni Dawn bdew fis-seklu 19 fejn saret revoluzzjoni tenoloġika. 3 P a g e

5 Kont taf? L-ewwel projezzjoni ta film quddiem udjenza pubblika saret fi Franza fl-1895 mill-aħwa Auguste u Louise Lumiere li vvintaw magna apposta u li sejħulha cinematographe. L-ewwel bulettin ta aħbarijiet fl-1916 li kien dwar ir-riżultati talelezzjonijiet presidenzjali fl-istati Uniti. Tipi differenti ta midja: it-telefonija fissa u ċellulari it-televiżjoni bis-satellita u l-kejbil iċ-ċinema l-internet u n-netwerking soċjali blogs, podcasts, , pubblikazzjonijiet elettroniċi ix-xiri elettroniku (e-shopping). L-influwenza tal-midja u l-effetti tagħha Bħal kull ħaġa oħra l-midja għandha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha. Il-Vantaġġi: 1. Teduka lin-nies. Permezz tat-televiżjoni u programmi l-individwi jitgħallmu fuq is-saħħa, l-ambjent u ħafna aktar suġġetti. 4 P a g e

6 2. In-nies jirċievu l-aktar aħbar riċenti. Għalhekk id-distanza ma tkunx ta barrier. Individwi li għandhom aċċess għall-midja dejjem ikunu aġġornati ta x inhu jiġri madwarhom. 3. Nies ikunu kapaċi joħorġu t-talenti tagħhom billi jieħdu sehem f xi kummiedja, kant jew reċti. 4. L-għerf tat-tfal jiżdied. It-tfal jitgħallmu ħafna minn programmi televiżivi u programmi dwar annimali u ħafna oħrajn. 5. Ir-radju huwa konvenjenti għan-nies u anke permezz tal-mowbajl jistgħu jaċċessaw l-aħbarijiet. 6. Il-midja tajba biex tippromwovi prodotti u għalhekk jiżdied il-bejgħ tagħhom. 7. Il-midja sservi bħala mezz ta divertiment u anke għall-kumpanija għal nies li jinsabu weħidhom. 8. It-televiżjoni iżżid l-informazzjoni u għalhekk tnaqqas l-ispiża biex tipprintja l-gazzetti. 9. Il-midja tesponi lin-nies għal kulturi differenti minn madwar id-dinja. 10. Tgħin biex in-nies jifhmu u jaraw id-differenzi ta xulxin. 5 P a g e

7 L-Iżvantaġġi 1. Twassal għall-individwaliżmu. In-nies iqattgħu ħafna ħin quddiem l- internet u t-televiżjoni. B riżultat ta dan tnaqqas l-interazzjoni soċjali mal-ħbieb u l-individwi tal-madwar. 2. Dan jista wkoll iwassal għall-obesità u nuqqas ta eżerċizzju u għalhekk jaffettwa lis-saħħa b mod negattiv. 3. Xi kontenut tal-midja mhux addattat għat-tfal u li tillimita dan ilkontentut xi kultant huwa diffiċli. 4. It-teknoloġija speċjalment l-użu tat-tablets qed inaqqas l- attenzjoni fit-tfal u fl-adoloxxenti. 5. L-internet jista jwassal għal hacking ta informazzjoni importanti kif ukoll frodi. 6. Bniedem jista jiġi dipendenti fuq il-midja u jrabbi vizzju li joqgħod fuq l-internet. Dan inaqqas l-produttività tal-persuna. Il-ħin li jkun għamel fuq l-internet kif ukoll siti soċjali (bħal facebook) jista jqattgħu b mod aħjar. 7. Meta tqatta ħafna ħin fuq il-kompjuter jew televiżjoni jista jwassal għal problemi fl-għajnejn. Smigħ ta radju jista wkoll iwassal għal problemi ta smigħ speċjalment jekk dan ikun b volum għoli jew ilpersuna qed tisimgħu l-ħin kollu. 6 P a g e

8 8. Xi kultant il-midja tibgħat il-messaġġ sottili li ma jimpurtax li tpejjep, tieħu d-drogi. Dan narawh speċjalment fil-films. 9. Persuni li jemmnu li dak li qed jaraw fuq it-televiżjoni huwa minnu, jista jwassal għal inċident. Eżempju persuna tipprova taqbeż minn għoli għax tkun ratha fuq it-televiżjoni jew fuq xi vidjow minn fuq l-internet. 10. Permezz tal-internet speċjalment tal-facebook, persuna faċilment jista jagħmel facebook account falz u jgħid xi affarijiet li mhumiex minnhom, jew ixandar qlajjiet fuq xi ħadd. Dan iwassal għal inkiwiet u ħsara lill-individwi. Ir-rwol tal-ġurnaliżmu fis-soċjetà moderna. Il-ġurnalisti għandhom jagħtu stampa ċara ta x inhu jiġri madwar id-dinja jew fil-kuntest lokali. Dan għandu jseħħ billi tingħata informazzjoni tajba. Ġurnalist tajjeb għandu juri ż- żewġ perspettivi jew opinjonijiet mhux perspettiva waħda biss. Il-ġurnalisti għandhom jiktbu b mod interessanti u fuq aspetti li jolqtu lilna fil-ħajja ta kuljum. 7 P a g e

9 Ir-rwol tal-midja fil-globalizzazzjoni. Permezz tal-medja kull persuna għandha l-opportunità li tkun taf x qed jiġri madwarha. Ilgazzetti, ir-radju, it-televixin kif ukoll l-internet qed jagħmluha aktar faċli għalina biex inkunu nafu x qed jiġri kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna fi żmien ta ftit minuti. Minħabba dan il-fatt nistgħu ngħidu li l-midja għenet biex id-dinja tiġi globalizzata, fejn qisha raħal wieħed. Globalizzazzjoni: proċess fejn il-pajjiżi tad-dinja qed isiru aktar viċin u marbuta ma xulxin, qishom villaġġ wieħed globali (global village). 8 P a g e

10 Il-pluraliżmu tal-midja u l-implikazzjonijiet ta dan fuq issoċjetà. 1. Bil-kelma pluraliżmu nifhmu li ċ-ċittadin ikollu għażla f kollox. Filqasam tal-midja, ifisser li kull ċittadin ikollu varjetà ta stazzjonijiet differenti kemm tat-televiżjoni kif ukoll tar-radju. Bħalissa f Malta ħafna minn nies għandhom aċċess għall-internet u dan jgħin biex ikollhom aċċess għal diversi siti elettroniċi. Madanakollu, qabel issnin disgħin din l-għażla kienet limitata. Ix-xandir kien biss permezz tal-istazzjonijiet pubbliċi. 2. Persuna għandha tiġi esposta għall-informazzjoni minn sorsi differenti minflok minn sors wieħed. Hemm pajjiżi fejn dan huwa limitat. Eżempju: Fil-Korea ta fuq. Dak kollu li jaraw fuq itteleviżjoni n-nies, huwa magħmul minn Korean Central News Agency (KCNA). Ftit huma l-ġurnalisti li jitħallew fil-pajjiż u barra minn dan jintbagħat xi ħadd minn tal-gvern magħhom. L-istituzzjoni KCNA irrapurtat li darba fl-2004 meta saret spulżjoni ta tram, iċċittadini ġrew ġo djarhom biex isalvaw ir-ritratt ta Kim Jong, u dan għamluh qabel raw kif inhuma l-familjari tagħhom jew minflok ipprovaw isalvaw lilhom infushom. 3. Burma huwa pajjiż ieħor li m għandux midja pluralista, jiġifieri varjetà tal-midja. 4. Il-gvern għandu monopolju tal-midja; l-istazzjonijiet kollha f idejh, il-gazzetti, radju u tliet stazzjonijiet tat-televiżjoni. Ħadd ma jista jippubblika xejn fuq il-midja, aħseb u ara kemm jgħidu kontra l-gvern! Kien hemm ċittadini ġew arrestati talli semgħu l-aħbarijiet CNN (aħbarijiet internazzjonali). 9 P a g e

11 5. Pajjiżi oħra li m għandhomx pluraliżmu u l-gvern ma jħallix liċċittadini jiġu esposti għall-informazzjoni minn sorsi differenti huma: Turkmenistan Equatorial Guinea Eritrea Kuba Uzbekistan Sirja Belarus 10 P a g e

12 Il-Vantaġġi tal-pluarliżmu. 1. Issaħħaħ id-demokrazija: minħabba li ċ-ċittadin ħa jisma kemm favur il-gvern u anke kontra l-gvern. F pajjiżi fejn m hemmx pluraliżmu l- gvern qed jikkontrolla l-midja, għalhekk iċ-ċittadin ma jistax jisma l- problemi tal-pajjiż jew jiddeċiedi min hu l-aħjar gvern, għax l-unika ħaġa li jkun espost għaliha hija affarijiet pożittivi dwar il-gvern anke jekk dawn ma jkunux minnhom! 2. Tikber iċ-ċittadinanza attiva: Dan għax ikollhom l-opportunità li jitkellmu u għalhekk issaħħaħ ukoll id-dritt tal-libertà tal-kelma. Iċċittadin ħa jkun ukoll attiv għax ħa jisma verżjonijiet differenti u jaħseb dwarhom. F pajjiż mingħajr pluraliżmu ma tistax titħaddan din il-prattika għax jiġi espost għallviżjoni waħda biss! 3. Teduka: Iċ-ċittadin huwa espost għal informazzjoni differenti għalhekk jista jkun kritiku u jiddeċiedi hu x ħa jemmen. Barra minn hekk l-individwi jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar suġġetti differenti fosthom saħħa, kulturi differenti u ħafna oħrajn. Eżempju f 11 P a g e

13 Turkmenistan ma jitħallewx jisimgħu stejjer dwar AIDS, prostituzzjoni, qagħad, faqar, kriminalità u drogi. Għalhekk iċ-ċittadini huma mċaħħda mid-dritt li jitgħallmu. 4. Jgħin lix-xogħol u l-kummerċ: Meta bniedem jew kumpanija għandha d-dritt li tagħmel riklami fuq itteleviżjoni, din ħa tħajjar aktar lillkonsumaturi biex jixtru u għalhekk iżżid ix-xogħol u l-bejgħ tagħha filpajjiż. 5. Divertiment : Iċ-ċittadini jistgħu jgawdu aktar għax għandhom diversi stazzjonijiet minn fejn jagħżlu u x jistgħu jaraw jew artikli li jistgħu jaqraw. Immaġina tkun espost għallstazzjon wieħed biss li tisma biss fih ikun tifħir lill-gvern! 12 P a g e

14 X inhuma l-għanijiet tal-mass Midja? Irridu niftakru dejjem li għalkemm hemm diversi għanijiet tal-mass midja; jiddependi ħafna mill-pajjiż li tkun qed tgħix fih jiħux dawn ilbenefiċċji jew le. Inkella tista tirċivihom b mod kontrollat jew mhux korrett. 1. Informazzjoni Il-midja tagħti informazzjoni kemm dwar affarijiet lokali kif ukoll tipprovdi aħbarijiet barra minn xtutna. Madanakollu, irridu noqogħdu attenti x nisimgħu fuq il-midja għax mhux dejjem ikun korrett. L-informazzjoni tista tkun diversa kemm dwar saħħa, edukazzjoni, sports, politika u ġrajjiet kurrenti. 2. Edukazzjoni Permezz tal-midja aħna nitgħallmu. Dan huwa parti mis-soċjalizzazzjoni sekondarja u huwa parti wkoll milledukazzjoni informali. 13 P a g e

15 3. Divertiment Permezz tal-midja l-bniedem jista jiddeverti. Huwa mod ta kif wieħed jista jqatta l-ħin liberu tiegħu. 4. Soċjalizzazzjoni Il-midja toffri soċjalizzazzjoni sekondarja. Minnha nitgħallmu n-normi u l-valuri ta soċjetà partikolari. 5. Kontroll soċjali Il-midja tista tikkontrolla liċ-ċittadini. Kif rajna fis-sezzjoni li għaddiet, hemm gvernijiet li jagħżlu li l-individwu jkun espost għall-affarijiet speċifiċi u mhux oħrajn (eżempju: tifħir lill-mexxej talpajjiż). 14 P a g e

16 L-effett tar-reklamar: Ir-reklamar iħalli effett fuq l-konsumatur. Meta l-poplu jkollu iktar flus fl-idejn jitħajjar jonfoq. Fuq kull mezz tax-xandir niġu esposti għal diversi reklamar, fosthom fuq it-televiżjoni, fuq ir-radju, saħansitra fuq l-internet, waqt li wieħed ikun qed ifittex xi informazzjoni mingħajr ma jkollu kontroll li jara dak ir-reklam. Ir-reklam huwa dak li jiġbed l-attenzjoni b avviż pubbliku bil-għan li jinbiegħ prodott jew servizz. 15 P a g e

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved. Kif Toħloq Ebook bil-malti Norman C. Borg Copyright 2012 by Norman C. Borg All rights reserved. This book, or parts thereof, may not be reproduced in any form without permission. ISBN: 978-1-4717-3909-5

More information

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM Definizzjoni ta ekonomija, xogħol u mistrieħ. L-etika tax-xogħol. Id-diviżjoni tax-xogħol u l-implikazzjonijiet

More information

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs St Benedict College Middle School Index No. Half-Yearly Examinations February 2017 Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs Isem u Kunjom: Klassi: A. Imla l- vojt li għandek fis- sentenzi bil-

More information

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA. ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA Paġna 1 Kontenut Introduzzjoni... 02 Intervista ma Claire u Roberta... 03 Għalliema tal-primarja... 03 Għalliema tas-sekondarja...

More information

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013 Kompetizzjoni tar-ritratti L-Europol għandu l-pjaċir iħabbar kompetizzjoni għall-aħjar Ritratti ta l-infurzar tal-liġi 2013 Ir-ritratti tipiċi rebbieħa għandhom jiddeskrivi x-xogħol iebes iżda li joffri

More information

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali Ref. Ares(2015)4285850-14/10/2015 Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali 1 Werrej L-Artikolu 16...3

More information

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO IL-PROĠETT TAGĦNA CLAP Convicts Liberty Aid Project hija r-reazzjoni għar-realtà ħarxa li l-priġunieri jiffaċċjaw waqt l-ewwel ġranet wara l-ħelsien tagħhom. Jekk dawn il-ġranet ma jkunux ippjanati sew

More information

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com IL-GLOBALIZZAZZJONI Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from 5. Il-globalizzazzjoni: aspetti (ekonomiċi, teknoloġiċi, soċjali u kulturali); effetti pożittivi u negattivi tal-globalizzazzjoni

More information

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet. 1 Fiċ-Ċentru mhux permess tipjip Mill-Editur Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan ilfuljett ta Ġunju 2007 li hija l 15-il ħarġa ta din is-sensiela. Din hija l-ewwel ħarġa wara xahar li ħriġna l-aħħar

More information

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela. 1 Fiċ-Ċentru mhux permess tipjip Mill-Editur Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela. Nixtieq infakkar lill-membri li fi Frar se jkollna l-laqgħa

More information

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja Programm ta tagħlim tul il-ħajja PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET Proġett Ewropew iffinanzjat li jistudja l-użu tal-fototerapija biex tindirizza t-tagħlim emozzjonali tal-ħabsin PHOTOTHERAPYEUROPE fil-ħabsijiet:

More information

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul L-4 setturi tal- Ekonomija Form 4 (General) Tema 2 Antonella Ellul Fl-aħħar ta din it-tema jien / l-istudent se nkun naf dwar... L-iżvilupp tal-ekonomija Maltija: minn ekonomija li tiddependi biss minn

More information

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN .. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN 2017 .. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN 2017 Pubblikazzjoni tal-uffiċċju tal-ombudsman Settembru 2016 Uffiċċju tal-ombudsman 11, Triq San

More information

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi: X tista tagħmel l-ewropa soċjali għalik Il-Kummissjoni Ewropea Din hi serje ta 26 dokument informattiv, li huma faċli biex tistampahom, u li juruk kif inti bħala ċittadin ta l-ue tista tgawdi mill-politika

More information

Passaport Ewropew għaċ-ċittadinanza Attiva

Passaport Ewropew għaċ-ċittadinanza Attiva Passaport Ewropew għaċ-ċittadinanza Attiva Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew Merħba fl-unjoni Ewropea (UE), l-ewwel demokrazija parteċipattiva u transnazzjonali tad-dinja! Bħala ċittadin tal-ue għandek

More information

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà Uża l-linji gwida tas-sigurtà li ġejjin biex tgħin ħalli tiżgura s-sigurtà personali tiegħek stess u biex tgħin ħalli tipproteġi t-tagħmir tiegħek u l-ambjent

More information

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT MATRICULATION AND SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE EXAMINATIONS BOARD AM IL-MALTI MAY 2010

More information

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju MESSAĠĠ MIS-SURMAST Meta l-logħob virtwali jsir vizzju Ninsab tabilħaqq imħasseb ħafna bin-numru dejjem jikber ta studenti li qed iqattgħu sigħat twal kuljum jilagħbu fuq il-kompjuters u tablets tagħhom.

More information

PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division

PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division Il-Ħames Sena Studji Soċjali Ħin : Siegħa Isem : Klassi (A) Agħżel il-kelma t-tajba u aqta sing taħtha. 1) Meta nobdi

More information

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi Il-fehma ta Alternattiva Demokratika minn Carmel Cacopardo Deputat Chairperson Daħla Manifest Elettorali 2013 White Paper Żewġ punti fundamentali

More information

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola Messaġġ mill-kap tal-iskola Jannar Marzu 2016 Dan l-aħħar iltqajt ma sett ritratti tal-ewwel studenti li kienu daħlu fl-iskola Nazzjonali tal-isport. Kemm kibru llum il-ġurnata. Uħud diġà għalqu ħmistax

More information

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5 Inter Amateur Soccer Competition 2 L-Isem tal-organizzazzjoni 3 L-Iskop 4 Kostituzzjoni 4 Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5 Ħatra ta Council Members fil-kunsill tal-malta Football Association 6 Ħatra

More information

9638/17 MIR/pmf 1 DGE 1C

9638/17 MIR/pmf 1 DGE 1C Kunsill tal-unjoni Ewropea Brussell, 24 ta Mejju 2017 (OR. en) 9638/17 EŻITU TAL-PROĊEDIMENTI minn: Segretarjat Ġenerali tal-kunsill fi: 24 ta Mejju 2017 lil: Delegazzjonijiet SPORT 40 EDUC 266 JEUN 78

More information

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT MATRICULATION AND SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE EXAMINATIONS BOARD L-MALTI FIL-LIVELL

More information

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet) SJAF Magazine Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu (Programm Caring for the Carers fergħa edukazzjoni tan-nanniet) Kemm il-prinċipju ta tagħlim tul il-ħajja kemm ukoll l- importanza ta appoġġ

More information

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT MATRICULATION AND SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE EXAMINATIONS BOARD IL-MALTI FIL-LIVELL

More information

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017 Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017 relax dream 1 delight explore Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017 Discover our world of tailor made travel www.rocsholidays.com Development

More information

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL Narcotics Anonymous Daħla Dan il-ktejjeb huwa introduzzjoni għall-għaqda tan- Narkotiċi Anonimi. Huwa miktub, għal dawk in-nisa u l-irġiel, li bħalna, jbatu minn dipendenza għad-drogi li donnha bla tama.

More information

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127), P7_TA(2013)0337 L-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar ilproposta għal regolament tal-kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni,

More information

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ MT MT MT IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Brussell, 6.10.2008 COM(2008) 616 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U L-KUMITAT EKONOMIKU

More information

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea Ħarġa nru 2 l-aċċent Marzu 2010 Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ Bir-reqqa: Il-lingwa miktuba 2 ListCountriesandtheirDerivatives.xls 2 Bejn normi nazzjonali u normi istituzzjonali

More information

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà Uża l-linji gwida tas-sigurtà li ġejjin biex tgħin ħalli tiżgura s-sigurtà personali tiegħek stess u biex tgħin ħalli tipproteġi s-sistema tiegħek u l-ambjent fejn

More information

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016 THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams 2015-2016 GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016 Name: Class: Register Number: Marks TOTAL (max. 20 marks) THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final

More information

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016 Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016 1 relax dream Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016 delight explore Discover our world of tailor made travel www.rocsholidays.com FLORIANA: Development

More information

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ It-Titular Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ Soçjetà Santa Marija u Banda Re Ìor V Palazz Santa Marija, Pjazza tal-knisja, Mqabba www.santamarija.com It-Titular Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni

More information

Fava Woodworks Co. Ltd.

Fava Woodworks Co. Ltd. Fava Woodworks Co. Ltd. KW 17B, Corradino Industrial Estate, Paola Tel: 2182 7650 Manufacturers of all types of Wooden Mouldings Showrooms at the Factory and 80, St. Joseph High Road, Ħamrun Special prices

More information

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda 1 Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda 2 3 Werrej Introduzzjoni 5 Inkunu xhieda ħajja

More information

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 IKUN MFAĦĦAR ĠESU KRISTU! AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA ISTITUT KATTOLIKU FLORIANA FRN 1441 TEL: 21 222239/21 237031 Website: www.akmalta.org Email: infosheet@akmalta.org DIĊEMBRU

More information

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu www.knpd.org.mt kif tag ti l-a bar lill- enituri ta tfal b diωabilità jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu Introduzzjoni Sa mit-twaqqif tag ha, il-kummissjoni Nazzjonali Persuni b DiΩabilità

More information

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi! Ħarġa nru 3 l-aċċent Ġunju 2010 Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ Bir-reqqa: Il-lingwa miktuba 1 Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi! 1 Bil-Kelma t-tajba 2 Kelma b'kelma: It-terminoloġija

More information

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett. 2 Diċembru 2014 Werrej Fuljett maħruġ kull tliet xhur mill-għaqda Ħbieb Tal-Presepju, Malta. VO/0844 Kull korrispondenza għandha tiġi indirizzata lis-segretarju, is-sur Charles A. Bellia Amaltea 56, Triq

More information

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI May 2010 EXAMINERS REPORT MATRICULTION AND SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE EXAMINATIONS BOARD IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL

More information

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA 1611 www.scriptural-truth.com 1 Maccabees L-ewwel ktieb tal-maccabees {1:1} u ġara, wara dak iben Alexander Philip, l-ma'edonjan, li ġew mill-art ta ' Chettiim,

More information

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ) Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ) Tikteb xejn qabel ma tingħata l-ordni. Oqgħod attenta l-ħin kollu. Ara li tkun

More information

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL Għat-Taljani, in-numru sbatax ifisser sfortuna, iżda għat-tim ta l-aċċent ifisser l-aktar ħarġa

More information

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI May 2011 EXAMINERS REPORT MATRICULTION AND SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE EXAMINATIONS BOARD 1.0 Introduzzjoni IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI

More information

Il-KESE isejjaħ għal programm ġdid ta azzjoni soċjali sabiex jiġu ffaċċjati realtajiet ġodda Għeżież qarrejja, EDITORJAL

Il-KESE isejjaħ għal programm ġdid ta azzjoni soċjali sabiex jiġu ffaċċjati realtajiet ġodda Għeżież qarrejja, EDITORJAL ISSN 1830-513X Frar 2009/2 Ħarġa Speċjali MT KESE info Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew pont bejn l-ue u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili EDITORJAL Għeżież qarrejja, Il-Viċi Prim Ministru

More information

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

Noti għall-mili tal-applikazzjoni MLT 2018/1 Noti għall-mili tal-applikazzjoni I. X għandek tkun taf qabel timla din l-applikazzjoni Liema ilmenti tista teżamina l-qorti? Il-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem hija qorti internazzjonali

More information

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT BEACH GAMES L-KOM U AĠENZIJA ŻGĦAZAGĦ ORGANIZZAW BEACH GAMES F JUM IŻ- ŻGĦAŻAGĦ MDINA GRAN PRIX ISSIR F PAJJIŻNA BEJN IT-8 U L-11 TA OTTUBRU TEP F MALTA IL-MFA TOSPITA T-TEP MTG F PAJJIŻNA. PLATINI FOST

More information

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015 Ġimgħa ta Talb għall-għaqda fost L-Insara 18-25 ta Jannar 2015 Ġesù qalilha: Agħtini nixrob (Ġw 4:7) Kummissjoni Ekumenika Djoċesana Kurja tal-arċisqof Floriana 2015 1 Werrej Messaġġ... 3 (minn Dun Hector

More information

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI May 2007 EXAMINERS REPORT MATRICULTION AND SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE EXAMINATIONS BOARD Statistika tar-riżultat IR-RAPPORT TA L-EŻAMINATURI

More information

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR IL-FIDI Copyright 2013 - Libreria Editrice Vaticana 00120

More information

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA Komunikazzjoni Komuni dwar il-prattika Komuni tal-karattru Distintiv Marki figurattivi li jkun fihom kliem deskrittiv/mhux distintiv 2 ta' Ottubru 2015 1. SFOND L-uffiċċji tal-pi tan-netwerk Ewropew għall-marki

More information

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI May 2006 EXAMINERS REPORT MATRICULATION AND SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE EXAMINATIONS BOARD IR-RAPPORT TA L-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL

More information

Victor. Ħbieb Ħuttaf! X għandna? editorjal. il-kumitat. il-kuntatt. il-klabb. mal-faċċata

Victor. Ħbieb Ħuttaf! X għandna? editorjal. il-kumitat. il-kuntatt. il-klabb. mal-faċċata Aron Tanti Il-Ħuttafa 106 Ottubru 2011 p2 Il-Kuċċarda narawha l-iktar f Mejju u f Settembru. editorjal 2 X daqsxejn ta ritratt dan eh! Din hija Kuċċarda u r-ritratt ħadu l-ħabib tagħna Aron Tanti waqt

More information

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI May 2009 EXAMINERS REPORT MATRICULTION AND SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE EXAMINATIONS BOARD IR-RAPPORT TAL-EŻAMINATURI TAL-MALTI FIL-LIVELL

More information

L-Avveniment taż-żgħażagħ. Ewropew. Rapport EYE2018. L-Ewropa ssemma' leħinha! 100 idea għal futur aħjar

L-Avveniment taż-żgħażagħ. Ewropew. Rapport EYE2018. L-Ewropa ssemma' leħinha! 100 idea għal futur aħjar Ewropew L-Avveniment taż-żgħażagħ Rapport EYE2018 L-Ewropa ssemma' leħinha! 100 idea għal futur aħjar #EYE2018 Ewropew L-Avveniment taż-żgħażagħ GRAZZI L-edituri ta' dan ir-rapport jixtiequ jestendu ringrazzjament

More information

Linji Gwida dwar il-kummerċ mal-unjoni Ewropea (UE) Settembru 2015

Linji Gwida dwar il-kummerċ mal-unjoni Ewropea (UE) Settembru 2015 Linji Gwida dwar il-kummerċ mal-unjoni Ewropea (UE) Settembru 2015 Gwida prattika għall-parteċipanti fil-proċess ta' Kimberley u l-kumpaniji involuti f'kummerċ ta' djamanti mhux maħduma mal-unjoni Ewropea

More information

werrej Sehem akbar għaż-żgħażagħ fil-ħajja pubblika... 4 L-ilsien Malti, ilsien żagħżugħ...11

werrej Sehem akbar għaż-żgħażagħ fil-ħajja pubblika... 4 L-ilsien Malti, ilsien żagħżugħ...11 werrej Sehem akbar għaż-żgħażagħ fil-ħajja pubblika... 4 Libertajiet ċivili usa fl-oqsma diġitali u tal-informazzjoni... 5 Opportunitajiet ġodda...6 Inċentivi biex noħolqu impjiegi ta kwalità... 7 Nirrikonoxxu

More information

Awwissu 2011 Numru 81

Awwissu 2011 Numru 81 Awwissu 2011 Numru 81 Editorjal 3 Il-Kelma tal-arçisqof 5 L-AbbuΩ bl-internet 6 L-Erba Sfidi 9 In obbha! Ma N obbhiex! 10 Ittri mill-qarrejja 13 Daniel m g adux kif kien 18 Lejl dejn moribond - 21 Pa na

More information

tal-mulej Programm ta implimentazzjoni ta proposti tas-sinodu Djoçesan fil-qasam tal-pastorali tal-media

tal-mulej Programm ta implimentazzjoni ta proposti tas-sinodu Djoçesan fil-qasam tal-pastorali tal-media ARÇidjoÇesi ta Malta Il-WiÇÇ diìitali tal-mulej Programm ta implimentazzjoni ta proposti tas-sinodu Djoçesan fil-qasam tal-pastorali tal-media 2009 1 ISBN: 978-99932-49-45-0 Arçidjoçesi ta Malta, Floriana,

More information

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn April 2012 Numru 89 Miniex xi qaddis! 3 Il-Kelma tal-arçisqof 4 Biex nirba jien ukoll 6 Basil Hume 9 Couples Quiz 10 Three ways to liven up intimacy 11 L-istorja ta Jake 13 Dawl f tarf il-mina 14 Nanna

More information

Każin tal-banda San Lawrenz

Każin tal-banda San Lawrenz Każin tal-banda San Lawrenz Snack Bar Cafeteria Take Away Bar miftuħ kuljum Atmosfera ta ħbieb Apetizers ta kull kwalità Jaċċetta Bookings għal Coffee Mornings u Afternoon Teas Tel: 2180 7526 Fava Woodworks

More information

Kumitat għall-affarijiet Legali. għall-kumitat għall-ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sikurezza tal-ikel

Kumitat għall-affarijiet Legali. għall-kumitat għall-ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sikurezza tal-ikel PARLAMENT EWROPEW 2009-2014 Kumitat għall-affarijiet Legali 25.6.2013 2012/0366(COD) OPINJONI tal-kumitat għall-affarijiet Legali għall-kumitat għall-ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sikurezza tal-ikel dwar

More information

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013 Ministeru għall-finanzi. Diskors tal-bagit 2013 L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013 Ippublikat mill- Ministeru għall-finanzi Triq in-nofs in-nhar, Il-Belt, Valletta Tel.:

More information

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT MATRICULATION AND SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE EXAMINATIONS BOARD 1 AM IL-MALTI MAY 2010

More information

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015 TITLU DINJI GĦAL TIM NOEL DANIEL THE JET ZAHRA JIRBAĦ TITLU DINJI TAD- WKN (64KGS). MELVIN FENECH JIRBAĦ TITLU NAZZJONALI FIM EUROPE CONGRESS MALTA, PERMEZZ TAL- ASMK OSPITAT IL- KUNGRESS EWROPEW LOGĦOB

More information

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink. Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink. Incorporation No. A8686H Kull korrispondenza għandha tintbagħat lis-segretarju f dan l-indirizz: MLG, 477 Royal Parade, Parkville, Victoria

More information

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink. Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink. Incorporation No. A8686H Kull korrispondenza għandha tintbagħat lis-segretarju f dan l-indirizz: MLG, 477 Royal Parade, Parkville, Victoria

More information

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM WERREJ L-EWWEL KAPITLU [1-34] IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA Il-qaddisin

More information

POLITIKA GĦAL TAL-ĦWIENET 51 PROPOSTA GĦAL KUMMERĊJANTI ŻGĦAR

POLITIKA GĦAL TAL-ĦWIENET 51 PROPOSTA GĦAL KUMMERĊJANTI ŻGĦAR POLITIKA GĦAL TAL-ĦWIENET 51 PROPOSTA GĦAL KUMMERĊJANTI ŻGĦAR Novembru 2016 POLITIKA GĦAL TAL-ĦWIENET 51 PROPOSTA GĦAL KUMMERĊJANTI ŻGĦAR Novembru 2016 4 51 PROPOSTA GĦAL TAL-ĦWIENET F DAN ID-DOKUMENT

More information

X inhu l-koran Imqaddes?

X inhu l-koran Imqaddes? X inhu l-koran Imqaddes? Il-Koran Imqaddes huwa l-ktieb qaddis tal-iżlam u huwa sors ta gwida għall- Umanità kollha. Huwa jikkonsisti minn 30 parti u 114-il kapitlu. Il-Koran Imqaddes jisħaq fuq l-unità

More information

Different types of fishing vessels

Different types of fishing vessels Different types of fishing vessels Fishing vessels are essential to maritime procedures. These vessels accomplish a vital need of integrating demand with supply in the fisheries division. Fishing vessels

More information

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni MESSAĠĠ TAL-EWWEL PRESIDENZA, NOVEMBRU 2013 Ma Nħallikx, Ma Nitilqekx Missierna tas-smewwiet... jaf li aħna nitgħallmu u nikbru u nissaħħu hekk kif inħabbtu wiċċna mal-isfidi tal-ħajja, u negħlbuhom, liema

More information

ForzaNazzjonali.com. JIEN NAGĦŻEL malta

ForzaNazzjonali.com. JIEN NAGĦŻEL malta P R O G R A M M E L E T T O R A L I 2 0 1 7 ForzaNazzjonali.com 1 JIEN NAGĦŻEL malta werrej Messaġġ mill-kap tal-partit Nazzjonalista...4 Messaġġ mll-kap tal-partit Demokratiku...6 Jien nagħżel politika

More information

Settembru 2011 Numru 82

Settembru 2011 Numru 82 Settembru 2011 Numru 82 Editorjal 3 Il-Kelma tal-arçisqof 5 The porn addict s wife 6 L-erba sfidi 9 L-g anja taç-çinju 10 Mal-bniedem fid-diffikultà 11 Ittri mill-qarrejja 13 Min jag mel xog lu b idu,

More information

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SEKONDARJA RABAT EŻAMIJIET TA NOFS IS-SENA. Isem: Klassi: Numru tar-reġistru:

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SEKONDARJA RABAT EŻAMIJIET TA NOFS IS-SENA. Isem: Klassi: Numru tar-reġistru: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SEKONDARJA RABAT EŻAMIJIET TA NOFS IS-SENA Marka Frar 2016 It-Tmien Sena IL-ĠEOGRAFIJA ĦIN: Siegħa u nofs Isem: Klassi: Numru tar-reġistru: Wieġeb il-mistoqsijiet kollha 1) Fl-ispazju

More information

Każin tal-banda San Lawrenz

Każin tal-banda San Lawrenz Każin tal-banda San Lawrenz Snack Bar Cafeteria Take Away Propretarji Charles u Uliana Boxall Bar miftuħ kuljum Atmosfera ta ħbieb Apetizers ta kull kwalità Jaċċetta Bookings għal Coffee Mornings u Afternoon

More information

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot Leħen il-parroċċa ta Ħal Safi F din il-ħarġa 1. Editorjal 3. Messaġġ mill-kappillan 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot 10. Il-Vokazzjonijiet, l-abbatini u s-seminaristi Ritratt

More information

EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja.

EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja. EWROPA KREATTIVA SUBPROGRAMM MEDIA (2014-2020) SEJĦA GĦALL-PROPOSTI EACEA/17/2016: Appoġġ favur l-aċċess għas-swieq AVVIŻ: Din is-sejħa għall-proposti hija soġġetta għal: id-disponibbiltà tal-fondi wara

More information

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL F din il-ħarġa jitkompla l-proġett li fuqu qed jaħdem bla heda Antoine Cassar, jiġifieri l- mappa

More information

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti.

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti. ANALIŻI TAR-RIVISTA IL-MALTI (1925-1969) Teżi mressqa minn Angela Briffa (nèe Fenech) lill-fakultà ta l-arti fl-università Rjali ta Malta għall-grad ta B.A. (Hons.) fil-malti (1974) IR-RABA TAQSIMA Analiżi

More information

CORRIGENDUM Annule et remplace le document COM(2013) 158 final du Concerne la version MT (seulement le titre sur la page de couverture)

CORRIGENDUM Annule et remplace le document COM(2013) 158 final du Concerne la version MT (seulement le titre sur la page de couverture) IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussell, 18.6.2013 COM(2013) 158 final /2 CORRIGENDUM Annule et remplace le document COM(2013) 158 final du 22.3.2013 Concerne la version MT (seulement le titre sur la page de couverture)

More information

PROGRAMM NOTTE BIANCA 2017

PROGRAMM NOTTE BIANCA 2017 PROGRAMM NOTTE BIANCA 2017 INTRATA KARNIVALATA Post: Quddiem il-parlament Ħin: 19.00-00.00 Kif tidħol fil-pjazza ta quddiem il-parlament se ssib il-karrijiet tal-karnival iżejnuha. Magħhom se jkun qed

More information

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014. KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B DIŻABILITÀ Uffiċċju tad-direttur Eżekuttiv NATIONAL COMMISSION PERSONS WITH DISABILITY Office of the Executive Director RAPPORT TA KULL XAHREJN RAPPORT NRU 14 _3 MEJJU

More information

Fava Woodworks Co. Ltd.

Fava Woodworks Co. Ltd. Fava Woodworks Co. Ltd. KW 17B, Corradino Industrial Estate, Paola Tel: 2182 7650 Manufacturers of all types of Wooden Mouldings Showrooms at the Factory and 80, St. Joseph High Road, Ħamrun Special prices

More information

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ ċent WERREJ Bir-reqqa: Il-lingwa miktuba u mitħaddta Numri li jgħoddu u li ma jgħoddux 2 Bil-Kelma t-tajba 6 Il-varjanti fil-malti: Rikkezza lingwistika jew inkonsistenza ortografika? Kelma b kelma: It-terminoloġija

More information

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ DU DQUX l-aċċentċent WERREJ Bir-reqqa: Il-lingwa miktuba u mitħaddta Meta kelma tibdillek ħajtek 2 Diffikultajiet ortografiċi fil-konjugazzjoni ta xi 5 verbi fil-malti Bil-Kelma t-tajba 7 Għaliex niktbu

More information

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussell, 21.12.2015 COM(2015) 621 final RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-evalwazzjoni tad-direttiva 2011/64/UE skont il-programm REFIT u dwar l- istruttura u r-rati tad-dazju

More information

Konferenza Nazzjonali dwar id-direttiva tal- Kunsill ta l-unjoni Ewropea li tistabbilixxi Qafas Ìenerali g al Trattament Ugwali fl-impieg

Konferenza Nazzjonali dwar id-direttiva tal- Kunsill ta l-unjoni Ewropea li tistabbilixxi Qafas Ìenerali g al Trattament Ugwali fl-impieg 1 Konferenza Nazzjonali dwar id-direttiva tal- Kunsill ta l-unjoni Ewropea li tistabbilixxi Qafas Ìenerali g al Trattament Ugwali fl-impieg (Direttiva tal-kunsill 2000/78/EC) Il-Ìimg a, 10 ta Diçembru

More information

BATHROOM CENliRE Electrical & Plumbing. Blue Grotto Ave., Żurrieq Teleohone:

BATHROOM CENliRE Electrical & Plumbing. Blue Grotto Ave., Żurrieq Teleohone: ( BATHROOM CENliRE Electrical & Plumbing Blue Grotto Ave., Żurrieq Teleohone: 822396 50 SENA SOĊJETA' MUŻIKALI - 1945-1995.. Iċ-ċelebrazzjonijiet llturfllċl huma l-qofol tal-festa. Ir-ritratt juri dehra

More information

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf Il-Ħuttafa Numru 144 Jannar - Frar 2018 2 għal min mhux membru Bomblu Iswed Il-magażin ta Klabb Ħuttaf Il-Ħuttafa 144 Frar 2018 p2 Aron Tanti mill-editur Ħbieb Ħuttaf Ftit ilu kont ir-riserva tal-għadira

More information

WERREJ 01. EKONOMIJA XOGĦOL INFRASTRUTTURA TRASPORT ENERĠIJA GĦAWDEX SOĊJETÀ LI TAĦSEB F'KULĦADD 76

WERREJ 01. EKONOMIJA XOGĦOL INFRASTRUTTURA TRASPORT ENERĠIJA GĦAWDEX SOĊJETÀ LI TAĦSEB F'KULĦADD 76 MANIFEST ELETTORALI 2017 WERREJ 01. EKONOMIJA 10 02. XOGĦOL 30 03. INFRASTRUTTURA 38 04. TRASPORT 48 05. ENERĠIJA 60 06. GĦAWDEX 66 07. SOĊJETÀ LI TAĦSEB F'KULĦADD 76 08. EDUKAZZJONI 90 09. SAĦĦA 100

More information

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR 1 1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU ERAVAC emulsjoni għal injezzjoni għall-fniek. 2. KOMPOŻIZZJONI KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA Kull doża ta' 0.5

More information

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef Messaġġ mill-aġent Kap tal-iskola Settembru - Diċembru 2014 Sena ta Twaqqif u Transizzjoni Qisu lbieraħ meta bħal dan iż -ż mien sena rfist għall-ewwel darba fuq l-għatba tal-bieb taliskola fejn ninsabu

More information

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >> AHBARONLINE AĦBAR LI DAĦLET ISSA >> NAVIGATION Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku Tirrapporta Mariah Camilleri I 21:33 I 3 ta Frar 2017 Għadha kif daħlitilna informazzjoni li ftit tal ħin ilu f

More information

Każin tal-banda San Lawrenz

Każin tal-banda San Lawrenz Każin tal-banda San Lawrenz Snack Bar Cafeteria Take Away Bar miftuħ kuljum Atmosfera ta ħbieb Apetizers ta kull kwalità Jaċċetta Bookings għal Coffee Mornings u Afternoon Teas Tel: 2180 7526 Fava Woodworks

More information

Każin tal-banda San Lawrenz

Każin tal-banda San Lawrenz Każin tal-banda San Lawrenz Snack Bar Cafeteria Take Away Propretarji Charles u Uliana Boxall Bar miftuħ kuljum Atmosfera ta ħbieb Apetizers ta kull kwalità Jaċċetta Bookings għal Coffee Mornings u Afternoon

More information

Luminaria. Nru. 107 Diçembru cover

Luminaria. Nru. 107 Diçembru cover Luminaria Nru. 107 Diçembru 2011 1 cover Ter a dida tal-lama Abjad g all-artal Mejda Karistu Camilleri g o bu jirregala lill-knisja tag na ter a dida tal-lama Abjad irrakkmata b ajt taddeheb b suffra ju

More information

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL Mal-ħarġa 15 qed nippreżentaw żewġ supplimenti. Ma dak tat-terminoloġija, għandna ieħor li jinkludi

More information