San Nikola ta Bari Isqof ta Myra

Similar documents
Administration. Car in Honor of. Health Care Activities

Sant Agata Patruna ta Malta

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division

Luminaria. Nru. 107 Diçembru cover

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

Każin tal-banda San Lawrenz

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

Fava Woodworks Co. Ltd.

Każin tal-banda San Lawrenz

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

Każin tal-banda San Lawrenz

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

Każin tal-banda San Lawrenz

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM

Vol 36 Nru 188 April - Ġunju 2015

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

X inhu l-koran Imqaddes?

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti.

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

Fava Woodworks Co. Ltd.

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

FRAR 2012 SIGNUM FIDEI 1

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

Vol 35 Nru 185 Lulju - Settembru 2014

-uniformi, -żiemel, -xitwa, -nemus, -sena, -storja, - nanna, - frott, - spiżjar, -għalliema

... ~ ~ ~ ~ ... ~ ... ; ; ; ; f and Philips Dealers Throughou"t l ; ; ; i. . i. ;. i J PHILIPS ~ ~ j PHILIPS SHOWROOMS j

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

LUMINARIA. GUNJU 15 NRU. 120

G. Borg Olivier Street, Sliema SLM 12. \J Telepħone

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SEKONDARJA RABAT EŻAMIJIET TA NOFS IS-SENA. Isem: Klassi: Numru tar-reġistru:

BATHROOM CENliRE Electrical & Plumbing. Blue Grotto Ave., Żurrieq Teleohone:

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

Awwissu 2011 Numru 81

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

Settembru 2011 Numru 82

Luminaria Nru. 105 Ìunju

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

LEÓEN IS-SANTWARJU - Festa 2015 Pellegrinagg Kwadru Titulari, Madonna tal-grazzja 300 Sena Fostna

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

IS-SEBA HADD TAL-GHID TLUGH IL-MULEJ FIS-SEMA, LAPSI 2015

April 2013 Numru 101

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

THE ROTATOR DECEMBER 28, 2010

Editorjal. U ma kellux il-messija jbati dan kollu u hekk jid ol filglorja tieg u? (Lq 24,26) MIET BIEX JAGÓTINA L-ÓAJJA MARIO CURMI

ORESTE CALLEJA U l-anġlu Ħabbar...

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

Luminaria Nru. 88 Marzu

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

Victor. Ħbieb Ħuttaf! X għandna? editorjal. il-kumitat. il-kuntatt. il-klabb. mal-faċċata

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

Missjoni xejn façli. Editorjal ta Marcello Ghirlando ofm

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

KRIStU REBBIEÓ FUQ IX-XITAN

L-ATTI TA L-APPOSTLI. Guido Schembri ofm. L-Atti ta l-appostli - 1 -

RESULTS AND SCORERS Information compiled by Saviour Vella

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

Il-Presepju. Fuljett ma ru mill- GÓAQDA ÓBIEB TAL-PRESEPJU - MALTA c/o 56, Amaltea, Triq il-marg, Attard ATD Malta. Óar a Nru.

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

L-GĦARB isem tal-qala. F'xi mapep ġieli tara I-

Kulhadd. F din il-harga IDHOL MEMBRU FIL -HAMRUN SPARTANS F.C. We re on the Web. Mail to : xahar. Dan ix-xahar. Hamrun Spartans F.C.

PROGRAMM NOTTE BIANCA 2017

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

Transcription:

San Nikola ta Bari Isqof ta Myra Kitba ta Noel Ciantar Id-drittijiet tal-propjetà intellettwali (copyright) huma kollha miżmumin mill-awtur/i oriġinali tal-kitba u mis-sit. Ikteb lil webmaster@kappellimaltin.com għall-permess biex tuża dan il-materjal. F'Malta hawn għaxar kappelli ddedikati lil San Nikola barra l-parroċċa majjestuża tas-siġġiewi, fejn il-qaddis hu wkoll il-patrun tar-raħal. F'Għawdex ma teżisti l-ebda kappella ddedikata lil dan il-qaddis. Min kien dan San Nikola u għaliex f'malta hawn devozzjoni daqshekk kbira lejn dan il-qaddis? Il-ħajja ta' San Nikola San Nikola twieled fit-tielet seklu wara Kristu, madwar is-sena 270, filvillaġġ ta' Patara, fl-ażja Minuri u għex f'myra fil-lycia. Missieru u ommu (Ġovanna u Epifanju f'ċerti sorsi jew Theophanes u Nonna f'oħrajn) kienu sinjuri iżda mietu f'epidemija meta Nikola, l-uniku wild tagħhom, kien għadu żgħir. Għalhekk mar jgħix ma' zijjuħ, li kien l-isqof ta' Patara fejn kompla jikber fil-qdusija. Dan iz-ziju ta' Nikola kien Abbati ta' monasteru f'myra. Għalhekk, meta Nikola ingħażel biex isir hu Isqof ta' Myra minħabba l-qdusija tiegħu minkejja li ma kienx ordnat, wisq probabbli li zijjuħ ordnaħ bħala Djaknu u mbagħad bħala Presbiteru qabel ma sar isqof. Iżda hu maħsub li Nikola qatt ma serva la bħala Djaknu u lanqas bħala Presbiteru. Il-fatt li Nikola inħatar Isqof mingħajr ma kien attwalment saċerdot hija xi ħaġa rari imma possibbli u dan id-dettall jista' jindika li Nikola kien persuna li storikament eżista u mhux hi invenzjoni twajba. Bħala Isqof ta' Myra, Nikola ta l-ġid Paġna 1 minn 19

kollu li kellu lill-fqar u ddedika lilu n-nifsu biex jgħin li batut u jaħdem kontra l-inġustizzji. Madwar is-sena 300 wara Kristu, għalhekk insibu lill-nikola bħala Isqof ta' Myra. Dan kien żmien l-imperatur Dijoklezjanu, jiġifieri żmien meta l- Insara kienu qed jiġu ippersegwitati fl-imperu Ruman. Nikola sofra wkoll il-ħabs u l-eżilju f'dan il-perjodu. Wara r-rebħa ta' Kostantinu fuq Maxentius u bil-promulgazzjoni tal-editt ta' Milan fl-313 WK, il- Kristjaneżmu sar ir-reliġjon tal-imperu. Ftit wara, fis-sena 325 WK, il- Knisja sejħet l-ewwel Konċilju f'niċea biex tiddefinixxi t-twemmin tagħha fid-dawl ta' teoriji eretiċi li kienu qed ifeġġu. Jingħad,għalkemm mhux ippruvat, li Nikola l-isqof ta' Myra kien magħhom, jiddefendi t-tagħlim tal- Knisja kontra l-arjanniżmu. Nikola kien wieħed mill-isqfijiet li ffirmaw dak li llum insejħulu Il-Kredu (ta' Niċea), jiġifieri l-istqarrija tat-tagħlim Nisrani uffiċjali. Għalkemm isem Nikola ma jidhirx fuq kull lista ta' min ħa sehem f'dan il-konċilju, ismu jidher f'almenu 6 listi kopji inkluża l-eqdem waħda fil-verżjoni bil-grieg. Dubju jekk attendiex tassew f'dan il-konċilju ta Niċea jeżistu għax il-listi li jissemma' fihom huma kopji tal-oriġinali u mhux l-oriġinali nfushom. Iżda l-indikazzjonijiet qawwija huma li Nikola kien persunaġġ storiku li għex tassew u li attenda wkoll dan il-konċilju ta' Niċea li ddefinixxa għall-ewwel darba it-tagħlim bażiku tal-fidi Nisranija. Nikola, l-isqof ta' Myra, miet fis-6 ta' Diċembru tas-sena 343 WK u ndifen fil-katidral ta' Myra. Xi sorsi oħrajn jagħtu s-sena tal-mewt tiegħu bħala 345 WK jew anke 352 WK. Il-fama tal-qdusija tiegħu kibret tant li l-qabar tiegħu sar ċentru ta' pellegrinaġġ. L-ewwel referenzi għal dan il-qaddis insibuhom fis-sitt seklu wara Kristu, jiġifieri madwar 250 sena wara mewtu. Kitba ta' ħabib qrib ta' ċertu Nikola ta' Sion, li kien Abbati ta' monasteru fil-muntanji qrib Myra u li għex fis-sitt seklu wara Kristu, jgħid li dan Nikola ta' Sion mar Myra biex jinvista l-qabar tal-kbir San Nikola. Dan jindika wkoll li dan il-qaddis kien diġà meqjum bħala qaddis f'dan iżżmien. Kitbiet antiki li jsemmu lil dan il-qaddis jinkludu dawk ta' Mikiel l- Arċimandrita, manuskritti Etjopjani u mis-sinai, id-decretum ta' Gratianus, kitbiet ta' Eustratios ta' Kostantinopli fl-583wk u l-passionarium Romanum tas-650wk fost oħrajn. Paġna 2 minn 19

Wara mewtu Wara mewtu, Nikola beda jiġi meqjum bħala qaddis li bl-interċessjoni tiegħu iseħħu l-mirakli kbar. Sustanza likwida, imsejħa manna, trabbiet fil-qabar tiegħu u jingħad li kella l-qawwa li tfejjaq mill-mard. San Nikola kien sar qaddis importanti fil-knisja tal-orjent. Prinċep Russu, Vladimir I, tgħammed fis-sena 987 WK u ħa l-fidi Nisranija u mal-fidi, ħa wkoll il-kult ta' San Nikola lejn ir-russia, fil-parti fejn illum insibu l-belorussja, l-ukrajna u parti mir-russja. Fl-1071, l-imperatur Biżantin Romanus IV tilef il-kontroll tal-ażja Minuri lit-torok. Filwaqt li 10 snin wara, jiġifieri fl-1081, it-territorju mitluf reġa' ntrebaħ mill-biżantini, għall-bidu Myra kienet għadha taħt it-torok. Filkonfużjoni li kien hemm, grupp ta' baħrin minn Bari, fl-itaja, organizzaw spedizzjoni biex isibu l-fdalijet tal-qaddis, jeħduhom lura f'pajjiżhom u joħholqu ċentru ta' pellegrinaġġ u b'hekk ikunu ħolqu skop ġdid ta' kummerċ fil-belt tagħhom. Dan wettquh b'suċċess u ħatfu l-għadam talqaddis mill-qabar fil-katidral fejn kien midfun u ħaduhom lejn Bari. Iddettalji tal-istorja, bħalma ngħidu aħna, jekk kienux tassew baħħara devoti li serqu r-relikwi jew inkella kienux ħallelin qed ifittxu jisirqu xi relikwa, ivarjaw u ma nafux eżatt x'inhuma. Iżda żgur nafu li l-fdalijiet ta' San Nikola sabu ruħhom ġo Bari fl-italja. Bnew Bażilika ddedikata lill-qaddis u kif ħasbu, il-post sar ċentru ta' pellegrinaġġi u devozzjoni. L-investiment li kien sar fi spedizzjoni riskjuża jidher li kien irnexxa. Iżda mhux l-għadam kollu kien ittieħed Bari u dawk li ma' ħadux il-baħħara ta' Bari, ħaduhom il-baħħara Venezjani waqt l-ewwel Kruċjata u baqgħu sejrin bihom ġo Venezja fejn inbniet knisja iddedikata lill-qaddis fuq ilfamuż Lido. Li dawn iż-żewġ settijiet ta' għadam ġew minn persuna waħda kien ġie ppruvat xjentifikament xi ftit snin ilu. Mirakli u Leġġendi Jeżistu għadd ta' leġġendi u mirakli dwar San Nikola, kemm dawk li għamel f'ħajtu kif ukoll oħrajn li seħħew wara mewtu. Ħafna minnhom, bħal f'każi Paġna 3 minn 19

ta' qaddisin oħrajn, waslu għandna permezz tal-legenda Aurea ta' Jacobus de Voragine. L-ewwel storja li nafu biha dwar San Nikola taslilna mir-raba' seklu wara Kristu, meta l-isqof Nikola kien għadu ħaj sewwa sew fi żmien l-imperatur Kostantinu. Kien hemm xi rvellijiet fil-phrygia u xi suldati ntbagħtu biex jirrestawraw l-ordni. Xi suldati marru Myra biex jixtru l-ħonż. Xi nies makakki libsu ta' suldati u bdew jisirqu. In-nies tal-belt ħasbu li kienu s- suldati li qed jagħmlu hekk u qabdu tlett suldati u tawhom lill-ġenerali tagħhom għall-ħaqq. L-Isqof Nikola sar jaf b'dan l-ingann u daħal għalihom u salvalhom ħajjithom eżatt qabel ma kienu ser jinagħtaw il-mewt. Waħda mill-eqdem stejjer ukoll dwar San Nikola turieħ bħala protettur tattfal. Lejliet il-festa tiegħu f'myra, furbani Għarab niżlu l-art u serqu kull ma sabu. Huma u sejrin lura, ħatfu wkoll tfajjel ċkejken, Basilios, u ħaduħ magħhom biex ibigħuħ bħala skjav fi Kreta. Ommu għeliet sal-mewt għatteħid tal-uniku tifel tagħha minn magħha. Sena wara, lejliet l-istess festa ta' San Nikola, din il-mara ma pparteċipatx fil-festa iżda qagħdet titlob bilkwiet f'darha sabiex il-qaddis Nikola jerġa' jġibilha 'l binha lura qawwi u sħiħ. San Nikola sema' talbha u deher lil Basilios u ħadu lura għand ilġenituri tiegħu ġewwa Myra. Storja minnhom tirrakkonta ġrajja ta' tlett xebbiet minn familja fqira. Billi missierhom ma kellux flus biex jagħtihom dota biex ikunu jistgħu jiżżewġu, id-destin tagħhom kien li jinbiegħu fl-iskjavitù. Fi tlett okkażjonijiet differenti, San Nikola tefa' borża ta' muniti tad-deheb sabiex il-missier ikun jista jżewweġ 'il waħda minn uliedu u jevitalhom ħajja ta' miżerja flskjavitù. Storja oħra tirrakkonta l-ġrajja ta' tlett zgħazagħ studenti tat-teoloġija li kienu qed jivjaġġaw lejn Ateni fil-greċja sabiex jistudjaw. Sid ta' waħda mill-lukandi fejn waqfu biex jistrieħu matul il-lejl, seraqhom, qatilhom u qatta' ġisimhom biċċiet u qiegħdu f'bettijja sabiex jippreservaħ u jbiegħu bħala laħam tal-ikel. Iżfa ġara li l-isqof Nikola kien qed jivjaġġa u waqaf propju fl-istess lukanda biex jistrieħ. Bil-lejl, hu kellu ħolma li urietu x'kien Paġna 4 minn 19

seħħ. Hu sejjaħ lil sid il-lukanda biex jara x'ġara u mbagħad, wara li talab 'l Alla, iż-żgħażagħ reġgħu inagħtaw il-ħajja mill-ġdid u Nikola bagħthom lura għand il-familji tagħhom. Darb'oħra, meta kien għadu żagħżugħ, Nikola mar pellegrinaġġ ġo l-art Imqaddsa sabiex jimxi fejn mexa l-imgħallem tiegħu Ġesù Kristu. Meta kien sejjer lura, qamet tempesta qalilha li kienet ser iġġarraf il-ġifen li kien fuqu u waqt li l-baħħara kienu mwerwrin li ser jegħrqu, Nikola bil-kalma kollha talab lil Alla u t-tempesta battiet u l-vjaġġ intemm b'wiċċ il-ġid. Storja oħra titkellem daw il-ġuħ li darba kien hemm f'myra. L-Isqof Nikola għamel l-almu tiegħu biex isib il-qamħ biex jitma' n-nies tal-belt tiegħu. Sema' li kien hemm bastiment tal-merkanzija mgħobbi bil-qamħ li kien sorġut f'port fil-qrib fi trieqtu lejn l-eġittu. Il-kaptan ma riedx ibiegħlu qamħ għax qallu li dan kien diġà mħallas u miżun lest u kellu d-dover li jwasslu kollu sa fejn kellu jħottu. Nikola iżda ppreswadieħ biex ibiegħlu mitt xkora iżda oħroġ il-għaġeb li meta wasal fil-port ta' Alexandria fl- Eġittu, ma kien hemm l-ebda nuqqas fil-qamħ miftihem. Kull min sema' b'dan il-miraklu beda jfaħħar 'l Alla. Iżda mhux hekk biss. F'Myra, il-qamħ serva għal sentejn sħaħ sa ma ntemm l-għaks u anke kien baqa' biżżejjed qamħ biex jinżera ħsad tajjeb għas-sena ta' wara. Il-kult ta' San Nikola San Nikola hu popolari ferm fil-knisja tal-orjent, l-aktar fir-russja u fil- Greċja. Sa mill-bidu tas-sitt seklu wara Kristu, l-imperatur Ġustinjanu bena knisja ddedikata lilu f'kostantinopli. Ismu jidher ukoll fil-liturġija Divina ta' San Ġwann Krisostmu (raba' seklu wara Kristu). Filwaqt li fl-italja l-kult tiegħu beda meta l-fdalijiet tiegħu ittiħdu f'bari fl-1081, fil-ġermanja l-kult beda xi mitt sena qabel, fi żmien l-imperatur Otto II (973WK-983WK) li kellu l-mara tiegħu, Theophano, ta' nisel Grieg. Nafu wkoll li l-isqof Reġinaldu ta' Eichstaedt, li miet fid-991wk, kien kietb poeżija dwar il-ħajja ta' dan il-qaddis (Vita S. Nicholai). Paġna 5 minn 19

Il-mixja tas-sekli żiedet mhux naqset il-popolarità ta' dan il-qaddis. Hu meqjum bħala l-qaddis Patrun f'għadd ta' pajjiżi fosthom il-greċja, ir- Russja, Sqallija u ir-renju ta' Napli. Djoċesijiet u bliet li jżommu lil San Nikola bħala l-qaddis Patrun tagħhom jinkludu il-lorraine fi Franza, Liège fil-belġju, Campen fl-olanda, Korfu fil-greċja, Freiburg fl-iżvizzera u Moska fir-russia. Naturalment għandna wkoll ir-raħal tas-siġġiewi f'malta. Fl- Italja, fil-ġermanja, fl-awstrija u fil-belġju hemm għadd knir ta' bliet li jsejjħhu lilu bħala Qaddis Patrun tagħhom. Knejjes imsemmijin għal dan ilqaddis jgħoddu bl-eluf u għadd tassew kbir insibuhom fil-bejġju, fl-italja u fl-ingilterra. Minħabba l-għadd ta' leġġendi, stejjer u mirakli assoċjati ma' dan il-qaddis, hu jitqies ukoll bħala Qaddis Patrun tal-baħħara, tan-neguzjanti u merkanti, ta' min jirhan il-ħwejjeġ, tal-priġunieri, ta' dawk li jaħmu l-ħobż, talvjaġġaturi, tal-farmaċisti, tat-tfal u tal-għarajjes fost għafna oħrajn. Il-kult tiegħu hu mifrux mhux biss fost l-insara Kattoliċi u Ortodossi, iżda wkoll fost l-anglikani, il-baptists, il-luterani, il-metodisti, il-presbiterjani u r-reformisti. Il-festa tiegħu taħbat nhar is-6 ta' Diċembru, id-data ta' meta miet. Festa oħra assoċjata mal-qaddis taħbat nhar id-9 ta' Mejju, il-jum tattranslazzjoni tal-fdalijiet tiegħu minn Myra għal Bari. Il-kult f'malta Il-qaddis, bil-malti nsejħulu Nikola iżda wħud isejħulu Niklaw jew Niklusi. Ma nafux meta daħal il-kult ta' dan il-qaddis f'malta, iżda nafu li hu antik ferm. Dan jixduh l-għadd ta' kappelli antiki f'malta li huma ddedikati lilu, fosthom tnejn fost erba' kappelli medjevali li nafu li kienu jeżistu fil-lokaltà ta' Wied ir-rum u Wied Ħażrun fl-inħawi tas-simblija fir- Rabat. Ma ninsewx ukoll il-parroċċa tas-siġġiewi, iddedikata wkoll lilu, li nafu li kienet diġà mwaqqfa sa mill-1436, meta tissemma fil-lista ( Rollo ) tal-isqof Senatore de Mello. Paġna 6 minn 19

Wieħed jista' jispekula li l-kult tiegħu iddaħħal f'malta mill-patrijiet Balżileni li ġew f'malta wara l-miġja tan-normanni, fejn għenu firrikristjaniżżazzjoni ta' Malta. Dan jista' jkun indikat mill-fatt li f'għawdex, il-kult tiegħu mhux mifrux. Nafu li f'għawdex, seta' kien baqa' nukleju sostanzjali ta' Nsara anke waqt l-ħakma Għarbija u mal-miġja tan- Normanni, ir-rikristjaniżżazzjoni t'għawdex ħadet xejra differenti minn dik ta' Malta. Hawn għaxar kappelli ddedikati lilu f'malta li jinsabu f'ħal Niklusi (Siġġiewi), il-parroċċa l-antika tas-siġġiewi, fil-għargħur, fl-imdina, fil-forti Ricasoli (Kalkara), f'ħaż-żabbar, fiż-żejtun, fil-buskett (b'ko-dedika lil Santa Luċija), oħra fir-rabat ( Ta' Xerri, b'ko-dedika lit-twelid tal-bambin) u jerġa oħra fir-rabat (Tas-Simblija, għalkemm id-dedika lil San Nikola mhix ippruvata). Ma' dawn irridu nżidu naturalment il-parroċċa tas- Siġġiewi li hemm illum. Il-kult ta' San Nikola tant hu qawwi f'malta li għalih hemm l-aktar kappelli ddeikati wara dawk iddedikati lill-madonna taħt xi titolu jew ieħor. San Pawl biss għandu 10 kappelli ddedkati għaliħ bħal San Nikola. Nikol Ciantar, f'lista ippublikata fil-ktieb Ġabra ta Statwi u Niċeċ Reliġjużi fit-toroq ta Malta u Għawdex (Novembru 2013), jidentifika 25 niċċa jew statwa li juru l qaddis. Kważi nofshom jinsabu fis-siġġiewi, ir-raħal iddedikat lil dan il-qaddis. F Għawdex m hemm l-ebda statwa jew niċċa li turi lil San Nikola ta Bari. Lija 1 Qrendi 2 Haz-Zebbug, Malta 2 Mosta 1 Siggiewi 12 Zejtun 1 Msida 1 Valletta 1 Zurrieq 1 Mtarfa 1 Zabbar 2 F'Għawdex m'hemm l-ebda kappella ddedikata lil dan il-qaddis. L-istess bħalma nsibu fin-niċeċ u statwi tat-toroq, insibu fil-firxa fl-ismijiet ta' toroq Paġna 7 minn 19

f'malta fejn hawn 16-il triq, pjazza jew sqaq imsemmijin għal dan il-qaddis iżda waħda biss fil-gżira t'għawdex, f'kerċem. Jeżistu wkoll għadd ta' drawwiet u taqbiliet marbuta ma' dan il-qaddis. Fis- Siġġiewi, it-tfajliet kienu jitolbu lil San Nikola biex isibilhom għarus u kien hemm l-użanza li jlissnu xi taqbiliet: San Nikola tal-misraħ Sibli wieħed (jew żewwiġni) ħa nifraħ. Kienu jgħidu wkoll: San Nikola tal-ventura Tlabtu waħda tani tnejn Wieħed wiċċu kbir bin-nemex Tal-ieħor isfar bħal lellux L-irġiel kienu jgħidu hekk: San Nikola tal-venturi Tlabtu waħda tani tlieta, Waħda zoppa oħra għamja U l-oħra waqgħet mit-tieqa. jew San Nikola tal-venturi Tlabtu waħda tani tnejn waħda għamja u l-oħra truxa Kemm aħjar ma tagħni xejn Marbut mal-għerusija u ż-żwieġ hemm l-espressjoni li tgħid li daħal San Nikola dit-triq meta jkun ser isir aktar minn tieġ wieħed fl-istess triq. Fis- Siġġiewi, fi żmien il-festa, kienu jagħmlu l-ħobż ta' San Nikola, li kien jikkonsisti f'boċċa fin-nofs imdawwra b'sitta oħrajn żgħar. Kienu wkoll Paġna 8 minn 19

iduru mal-istatwa tal-ġebel li hemm fl-pjazza fir-raħal u jitolbu lill-qaddis biex isibilhom ġuvni addattat għalihom. Taqbila oħra li ġieli tingħad fejn jissemma' San Nikola, għalemm mhux filkuntest ta' għerusija jew żwieġ, hija din: San Filep kemm hu iswed San Nikola kemm hu xiħ Evviva Ġorġi Tagħna x'huwa aħmar u sabieħ" San Nikola fl-arti, il-letteratura u l-mużika Fl-arti, San Nikola ġeneralment jiġi muri bħala Isqof xiħ. Fil-Knisja tal- Lvant, speċjalment fl-ikoni, hu jidher liebes l- omophorion, jiġifieri dik l- ispeċi ta' stola wiegħsa tal-qoton li tintlibes madwar l-ispallejn u tibqa' nieżla 'l quddiem fuq is-sider kważi sal-art. Fuqha jkollha erba' slaleb u stilla ta' tmien ponot irrakmati li jissimbolizzaw 'l Kristu Ragħaj it-tajjeb li jiġri wara l-merħla tiegħu li hu dak li Isqof għandu jagħmel bħala ragħaj tad-djoċesi tiegħu. Normalment ipinġuħ ukoll bil-kiteb tal-evanġelu f'idu. Ġieli jintwera b'ġesù Kristu warajħ fuq naħa u l-madonna (Omm Alla, Theotokos) warajħ fuq in-naħa l-oħra. Kultant jiġi muri liebes il-mitra stil ortodossa iżda ġieli jiġi muri wkoll b'xaru xuxa. Fil-Knisja Kattilika Rumana San Nikola jiġi muri bħala Isqof bil-baklu u bilmitra. Kultant ikun hemm xi xena assoċjata ma' xi miraklu li jingħad li għamel bħal nagħtu każ xi tlett itfal ħerġin minn bettija jew xi vapur f'tempesta. It tjubija u l-ġenerożità tiegħu jintwerew billi jitpoġġewlu jew tlett muniti, jew tlett boroż ta' flus jew tlett boċċi tad-deheb f'idu biex ifakkruna fl-istejjer assoċjati ma' dan il-qaddis. Dwar San Nikola tal-venturi il-poetessa Għawdxija Mary Meilak kitbet novella li ġġib l-istess isem. Il-Ġiżwita Patri Ġużè Delia kiteb il-leġġenda talħelsien tat-tifel Bażilju mill-iskjavitù f'forma ta' poeżija. Iżda l-aktar biċċa letteratura magħrufa u li ħalliet impatt fuq l-għarfien ta' San Ninkola fost Paġna 9 minn 19

in-nies kienet bla dubju ta' xejn il-poeżija tal-poeta Amerikan Clement Clarke Moore "A Visit from St. Nicholas", li kitibha fl-1823. Din il-poeżija, li hawn min jattribwiha lil Henry Livingston Jr, hija aktar magħrufa bħala Twas the Night Before Christmas, mill-ewwel vers tagħha. Din il-poeżija nistgħu ngħidu li kienet hi li bidlet lil qaddis San Nikola f'santa Claus jew Christmas Father. Din l-istorja titkellem dwar ġrajja, f'lejliet il-milied, meta raġel tal-familja qam bil-lejl għax sema' xi ħoss barra d-dar tiegħu. Hu ra lil San Nikola, għaddej fis-sema fuq żlitta miġbuda minn 8 ċriev. Dan waqaf fuq il-bejt tad-dar, niżel miċ-ċumnija bi xkora mimlija ġugarelli u x'ħin ra l- kalzetti tat-tfal mitluqin hemm ħdejn in-nar biex jinxfu, qabad u mlihom bil-ġugarelli. Qabel ma telaq, sellem lil dak il-missier mistgħaġeb u taħ il- Milied u l-lejl it-tajjeb. Din l-istorja kompliet tkabbar il-fama ta' dan ilqaddis bħala persunaġġ ġeneruż u ħabib u protettur tat-tfal. Id-dehra ta' Santa Claus kompliet tinfirex aktar b'sensiela ta' reklami tadditta Coca Cola fis-snin tat-tletinijiet, għalkemm irridu ngħidu wkoll din ma kenitx l-ewwel ditta tax-xorb li għamlet użu ta' dan il-karattru fir-reklami tagħha. Sa mill-bidu tas-seklu għoxrin wieħed kien diġà beda jsib lil dan ilkarattru jiġri mal-ħwienet fil-jiem tal-milied. U minħabba l-assoċjazzjoni li hemm bejn dan il-qaddis u l-karità, ċertu għaqdiet tal-volontarjat bħas- Salvation Army jilbsu ta' dan il-karattru waqt li jqassmu l-karità matul dawn il-ġranet. Ma tonqosx ukoll id-dehra ta' Santa Claus fiċ-ċinema. Fost l-ewwel films insibu A Little Girl Who Did Not Believe in Santa Claus tal-1907. Iżda bla dubju ta' xejn l-iktar film magħruf u li jiġi muri fuqit-television sena wara sena huwa Miracle on 34th Street tal-1947 fejn ix-xiħ li jinterpreta dan ilkarattru, Edmund Gwenn, rebaħ Academy Award għall-best Supporting Actor. L-istorja tant tmiss il-qlub li dan il-film kien reġa' nħadem fl-1994. Fil-mużika, hemm Oratorju bl-isem San Nikola ta' Bari li nkiteb minn Giovanni Battista Bononcini fl-1693. Aktar riċenti hija l-kantata dwar ilqaddis tal-kompożitur Ingliż Benjamin Britten li nkitbet fl-1948. Paġna 10 minn 19

Oratorju dwar il-ħajja ta' San Nikola inkiteb riċentament mis-surmast Prof. Dione Buhagiar fuq kliem tal-prof. Joe Friggieri u ndaqq għall-ewwel darba fil-knisja parrokjali ta' San Nikola fis-siġġiewi nhar is-6 ta' Diċembru tal- 2012. Twas the Night Before Christmas A Visit from St. Nicholas by Clement Clarke Moore (1779-1863) also attributed to Major Henry Livingston, Jr. ~~~~~~~~~~~~~~ Twas the night before Christmas, when all through the house Not a creature was stirring, not even a mouse. The stockings were hung by the chimney with care, In hopes that St Nicholas soon would be there. The children were nestled all snug in their beds, While visions of sugar-plums danced in their heads. And mamma in her 'kerchief, and I in my cap, Had just settled our brains for a long winter's nap. Paġna 11 minn 19

When out on the lawn there arose such a clatter, I sprang from the bed to see what was the matter. Away to the window I flew like a flash, Tore open the shutters and threw up the sash. The moon on the breast of the new-fallen snow Gave the lustre of mid-day to objects below. When, what to my wondering eyes should appear, But a miniature sleigh, and eight tinny reindeer. With a little old driver, so lively and quick, I knew in a moment it must be St Nick. More rapid than eagles his coursers they came, And he whistled, and shouted, and called them by name! "Now Dasher! now, Dancer! now, Prancer and Vixen! On, Comet! On, Cupid! on, on Donner and Blitzen! To the top of the porch! to the top of the wall! Now dash away! Dash away! Dash away all!" As dry leaves that before the wild hurricane fly, When they meet with an obstacle, mount to the sky. So up to the house-top the coursers they flew, With the sleigh full of Toys, and St Nicholas too. And then, in a twinkling, I heard on the roof The prancing and pawing of each little hoof. As I drew in my head, and was turning around, Down the chimney St Nicholas came with a bound. He was dressed all in fur, from his head to his foot, And his clothes were all tarnished with ashes and soot. A bundle of Toys he had flung on his back, And he looked like a peddler, just opening his pack. Paġna 12 minn 19

His eyes-how they twinkled! his dimples how merry! His cheeks were like roses, his nose like a cherry! His droll little mouth was drawn up like a bow, And the beard of his chin was as white as the snow. The stump of a pipe he held tight in his teeth, And the smoke it encircled his head like a wreath. He had a broad face and a little round belly, That shook when he laughed, like a bowlful of jelly! He was chubby and plump, a right jolly old elf, And I laughed when I saw him, in spite of myself! A wink of his eye and a twist of his head, Soon gave me to know I had nothing to dread. He spoke not a word, but went straight to his work, And filled all the stockings, then turned with a jerk. And laying his finger aside of his nose, And giving a nod, up the chimney he rose! He sprang to his sleigh, to his team gave a whistle, And away they all flew like the down of a thistle. But I heard him exclaim, 'ere he drove out of sight, "Happy Christmas to all, and to all a good-night!" Paġna 13 minn 19

Il-Leġġenda ta San Nikola Patri Ġużè Delia Meħuda mill-ktieb Il-Leġġendi ta Ġużè Delia, S.J., b notamenti u bi studju ta Ġorġ Mifsud B.A. (Hons.), M.A. il-ħames edizzjoni miżjuda. Ippublikata mill-kulleġġ San Alwiġi. Paġni 53 sa 57. Meta ta' snin tfuliti Niftakar fil-ġrajjiet, Li bqajt inżomm ġo qalbi, Fost l-egħżeż tifkiriet, Tiġi malajr quddiemi Id-dehra tal-jum kbir, Tal-festa Ii kull sena F'raħal twelidi ssir. Dil-festa hi ta' Nikola, Li fost il-qaddisin, Kien hekk għażiż minn dejjem Għalina s-siġġiwin. Niftakar f dik il-festa, It-toroq kollha sbieħ, Imżejna bil-bandieri, Iperpru mal-irjieħ, U bil-ħaxix tal-liedna, Imdendla mal-armar, Minn fuq pilandra għall-oħra, Weqfin quddiem id-djar, U fuqhom tazzi mlewna, Bil-ftila mixgħulin, Ixerrdu dawl ipetpet Mat-toroq imxarrbin, Bix-xita ta' Diċembru, Kiesaħ bil-bard u sried, Iswed bis-sħab Ii jdallam Il-firxa tas-smewwiet. Niftakar il-murtali, Jiftħu bħal palm ta' xrar, U t-tikkitrakki jfaqqgħu, U l-logħob sabiħ tan-nar; U d-daqq tal-banda u qniepen, Imħallta t-tnejn flimkien, Jimla bil-ferħ ir-raħal, Jidwi ma' kullimkien; U n-nies ilkoll ferħana, Bl-isbaħ ilbies libsin, Quddiem il-knisja l-kbira, Fil-misraħ miġburin, U l-knisja li minn barra Tidher bħal katidral, Bil-portku u bil-faċċata, Bil-lejl ħuġġiega nar, U li minn ġewwa ssaħħrek, Bil-pitturi ħajjin, Bil-kapitelli mwerrqa, BI-arkati miftuħin, U bid-damask u l-linef, Bl-artali u bl-art ta' rħam, Kollox ileqq u jlellex B'deheb, fided u ram. Fost dan il-ġmiel ta' arti, Li fiha hemm miġbur, Dejjem laqtitni x-xbieha, Wara l-artal maġġur. Paġna 14 minn 19

Dix-xbieha hi ta' Nikola, Inkwatru kbir sabih, Fejn jidher tal-artista Il-ġenju li hemm fih. Juri kif darba ħeles Minn taħt il-misilmin Tfajjel twajjeb Ii darba F'idejhom waqa' Isir. Għax meta fil-bżonn talbu, Qabeż malajr għalih Kif jaf Nikola jaqbeż Għal kull min jafda fih. Ridt hawn fil-qosor nigbor Dil-waħda mill-ġrajjiet, Li hi tal-kbir Nikola Fost l-aqwa għeġbijiet; Biex dejjem fina tikber L-imħabba tagħna lejh, W hu dejjem jibqa' fuqna Iżomm ħarstu u jdejh. * * * * * Kien tfajjel, kien jismu Bażilju Minn tagħna, fuq tiegħu, sabiħ, U kbira l-imħabba li kellhom Missieru u ommu għalih. Kulħadd kien iħobbu għax dħuli, U l-għaqal Ii kellu kien kbir, Kien jidher f'imġibtu fi kliemu, Qatt kelma lil ħadd ta' tmaqdir. Minn ċkejken dik ommu rabbietu Fil-biża' lejn Alla l-mulej, U nisslet ġo qalbu l-imħabba Lejn Kristu tad-dinja Feddej. U kellu mħabba oħra qaddisa, Li f'sidru għeruqha rabbiet, U tħeġġet mas-snin ġewwa qalbu Bħal ġamra ta' nar tas-smewwiet. Għax ħabb minn żgħoritu 'l Nikola, Mill-Knisja minn dejjem miżmum, Bħal wieħed qaddis li fis-sema Fost l-ikbar u l-aqwa hu meqjum. Nikola, Arċisqof ta' Mira Kien anġlu tas-sema fuq l-art, Ifewwaħ fis-safa ta' ruħu Bil-fwieħa tal-ġilju u tal-ward. U kellu qalb kbira li kienet Taf tħobb lil kulħadd u taf tħenn. Għall-foqra u għad-dgħajfa maħqura, Kien tarġa, kien faraġ u kenn. Is-sema kien għażlu biex fostna Fil-qilla tar-rwiefen ikun, Bħal Ragħaj illi jħares il-merħla, Tal-Knisja mexxej u patrun. Kien kbir fit-taqbida u qalbieni, Mal-għadu kien sħiħ daqs il-blat, Kien hemm tixgħel f'ħarstu u ġo demmu Il-ħila tal-qalb ta' suldat. Għalhekk għall-għedewwa kien ismu Inissel il-biża' fil-qlub, Għalhekk fl-istess ħin għal uliedu Kien isem imbierek, maħbub. Fir-raħal fejn twieled Bażilju, Nikola kien ħafna għażiż. Kulħadd kien iqimu u jħobbu, Kien hu tal-parroċċa l-qaddis. U lilu kull sena f Diċembru, Biex ġieħ u biex qima jagħtuh Fil-festa li kienu jagħmlulu Ilkoll kienu qalbhom juruh. Dik kienet tassew festa kbira Tassew festa għażiża u tal-qalb Ta' hena tas-sema li jferraħ, Ta' fidi, ta' mħabba u ta' talb. Paġna 15 minn 19

Hemm ġewwa fil-knisja tar-raħal, Imżejna bi ġmiel ta' tiżjin, Tifħir kienu jinsġu 'l Nikola, Madwaru flimkien miġburin. U magħhom kont tara 'l Bażilju Ma' omm u missieru għarkobbtejh, Jitgħaxxaq b'nikola, dik ħarstu Imsammra, mitlufa f għajnejh. * * * * * Kien darba fix-xitwa, fil-għodu, Kien ġa daħal sewwa Jannar, Bix-xita, bil-bard li jġib miegħu Bir-riħ u bid-dlam u biċ-ċpar. X'ħin f daqqa fir-raħal ta' Tiro, Instama' mat-toroq agħjat Li kiser is-skiet ta' fil-għodu, Bħal ħsejjes tal-ħalel mal-blat. Għax niżlu għal għarrieda bħal isqra It-Torok minn wara l-għoljiet, Bil-qilla, ġo qalbhom imqita, Tal-ħamla qerrieda tal-wied. U daħlu fid-djar u fir-rziezet, U serqu kull ħaġa u ġarrew Lin-nies illi qabdu f'idejhom, Imbagħad għebu f'daqqa kif ġew. Fost dawk illi nqabdu u nsterqu, Kien magħhom Bażilju, miskin, Imma ommu u missieru b'xortihom It-tnejn baqgħu ħielsa u ħajjin. It-telfa t'ibinhom laqtithom Ġo qalbhom bħal xafra tan-nar, U bkewh lil Bażilju bla sabar Bla heda, bil-lejl u bin-nhar. U talbu 'l Nikola bil-ħerqa, Biex jidħol mis-sema għalih, U jħarsu mill-qilla tal-mislem U qawwi jroddhulhom u sħiħ. * * * * * It-Torok frattant lil Bażilju Fil-bogħ'd ġo belt kbira ħaduh Fis-suq fejn jinbiegħu l-ilsiera, Biex jiġi ma' sħabu mibjugħ. Fis-suq il-bambin għoġbu jlaqqgħu, Ma' wieħed magħruf bħala Emir, Li ħabbu kif rah u li riedu, B'kull prezz ikun tiegħu ilsir. U ħabbu għax rah hekk fuq tiegħu, Hekk twajjeb u mġissem sabiħ, U riedu li jkun dejjem miegħu, Biex jista' f'kull ħaġa jaqdih. Bażilju imma f'qalbu miġruha Bin-niket u tqattar bid-demm, Għax bogħod minn missieru w ommu, Li ħalla warajh f'baħar hemm. Ma kienx jista' jsib daqsxejn faraġ, U waħdu kien jibki fis-skiet, U talab ħerqan biex fi ħdanhom Darb'oħra jrodduh is-smewwiet. U ftakar f'nikola ta' Mira, Li dejjem żamm bl-aqwa ħabib, Li dejjem tul ħajtu kien ħarsu U ħelsu f'kull għawġ u tiġrib. U talbu 'l Nikola b'kull ħniena Li biha taf titlob ir-ruħ, Magħfusa mid-dwejjaq tal-ħajja U mgħargħra ġo baħar ta' dmugħ. Kien jaf, kien iħoss Ii Nikola Mhux sejjer hekk waħdu jħallih; Kien jaf, kien iħoss li f'dil-prova Kien żgur li ser jidhol għalih. * * * * * Paġna 16 minn 19

Għaddiet qrib is-sena minn mindu Bażilju ilsir ġie maqbud U kien minn missieru u minn ommu, Minn daru u minn ħbiebu mifrud. Kien darba f'diċembru, sew sewwa Lejlet meta kienet issir Il-festa ġo raħal twelidu Lill-Isqof Nikola bil-kbir. Bażilju miskin, bil-ħsieb tiegħu U b'qalbu kien hemm dak in-nhar, Ma' ħbiebu ma' ommu u missieru, Fil-knisja tar-raħal, fid-dar. U f'wiċċu kien jidher in-niket, Bħal sħaba li ttaqqal il-qalb, U beka u xerred dmugħ jaħraq, Li ħareġ ta' ruħu mat-talb. Sew sew dak in-nhar ġewwa daru L-Emir kellu festa mal-ħbieb, Li soltu kien jagħmel kull sena, U jħejji minn qabel b'kull ħsieb. U ntebaħ l-emir minn fil-għodu Bid-dmugħ li kien jixref f'għajnejn Iċ-ċkejken Bażilju u jfarrġu Ipprova b'kliem ħlejju ta' xejn. U wkoll indunaw il-mistiedna, U lkoll riedu jafu l-għaliex. Jekk minnhom xi ħadd kien li naqsu Jitkellem bla biża' u jgħid fiex. Hu qallhom l-għaliex u fissrilhom B'nifs mgħaġġel u b'leħen jirtogħ'd Kif sew f'dawk il-jiem ta' Diċembru Ġo raħal twelidu fil-bogħ'd, Kien hemm festa kbira 'l Nikola, Arċisqof ta' Mira, qaddis, Ta' setgħa u mħabba tal-għageb, Lill-art u lis-sema hekk għażiż. U qallhom kif darba tul ħajtu Kien qajjem xi tfal mill-imwiet, Li bniedem bla qalb, bla kuxjenza Kien qatel u qatta' biċċiet. Darb'oħra l-ġieħ salva ta' tlieta, Xebbiet, li missierhom marsus Bid-dejn u bil-faqar kien wasal Biex jaħseb li jbigħhom għall-flus. U ħafna u ħafna oħra qalilhom, Ġrajjiet li 'l Nikola juruh, Fil-milja tas-setgħa Ii biha Hekk riedu s-smewwiet iżejnuh. U lkoll donnhom tbikkmu x'ħin semgħu Tat-tfajjel Bażilju dal-kliem, Hekk jaħraq bil-ħeġġa ta' mħabbtu, Hekk ħlejju u jfewwaħ bis-sliem. U qam minnufiħ kollu mqanqal U qallu 'l Bażilju, l-emir; "Għaliex ma jiġix San Nikola U jieħdok, 'kk tassew hu hekk kbir!" U ġara kif spiċċa dan kliemu, Hekk f daqqa fis-saqaf inħass, Ċaqliq u tħaxwix ta' xi haġa, Li ġagħ'lhom iħarsu 'l fuq ċass. U dehret bħal sħaba u ġo nofsha T'Arċisqof bil-lbies wieħed xiħ, Bil-leħja, bil-baklu u bil-mitra, B'wiċċ twajjeb, daħkani u sabiħ. U raw dak il-ħin lil Bażilju, Hemm fejnhom u bħalhom miblugħ, Jinqata' mill-art tiela' fl-ajru Mix-xwejjaħ minn xagħru merfugħ. U baqgħu l-emir u l-mistiedna Imbikkma, ħarsithom `il fuq Mistagħġba kif f daqqa mix-xwejjaħ, Ġie t-tfajjel minn fosthom misruq. Paġna 17 minn 19

Hekk jidhru fl-inkwatru: bil-qiegħda Mal-mejda mimlija b'kull ġid, Għajnejhom 'il fuq lejn Bażilju, F'idejh bil-buqar tal-inbid. U f'daqqa Bażilju u x-xwejjaħ Is-sħaba xorbithom lit-tnejn, U għebu bla ħoss minn quddiemhom U ntilfu ġos-saqaf fix-xejn. * * * * * Intant omm Bażilju u missieru Mitlufa ġo baħar ta' mrar Fih biss kienu qalbhom u ħsiebhom F'ibinhom l-għażiż dak in-nhar. U bkewh u t-tnejn talbu għax xtaqu Għall-festa Ii magħhom ikun, U l-firda ħassewha ġo qalbhom Bħal xafra b'xifirha misnun. Kien dalam. Fid-dar kien hemm magħhom Biex faraġ ituhom xi ħbieb. X'ħin f daqqa fil-bitħa lkoll semgħu Min jgħajjat u jħabbat fuq bieb. Kulħadd qabdu biża' u nħasad Quddiem dak l-agħjat u taħbit, Għax ħasbu li t-torok ġew fuqhom, Biex jaħbtu għalihom mill-ġdid. U ssakkru bl-istaneg minn ġewwa, U d-dawl ta' madwarhom fis tfew, U talbu flimkien lil Nikola, U b'qalbhom ittaqtaq stennew. Stennew biex jaraw x'kienu sewwa Il-ħsejjes hemm barra fid-dlam, U x'kien dak l-istorbju għal għarrieda Li f'daqqa fil-bitħa kien qam. U qagħdu jissemmgħu ħerqana Iżommu nifishom maqtugħ, B'tkexkixa ta' bard ma' ġisimhom, Ħaddejhom imxarrba bid-dmugħ. 'Ma l-leħen li wasal f'widnejhom Kien leħen li donnhom għarfuh, Dehrilhom li dak kien il-leħen Ta' wieħed li ilhom jafuh. Fil-bidu kemm kemm setgħu jemmnu, 'Ma l-leħen kien qawwi, kien ċar, Kien leħen Bażilju li t-torok Sena ilu serqulhom mid-dar. U taru l-istaneg u nfetħu It-twieqi msakkrin u l-bibien U d-dwal reġgħu xegħlu u fil-bitħa, Ilkoll ħarġu jiġru flimkien. Min jista l-ferħ tagħhom ifisser U l-hena li fawwar mill-qlub, X'ħin l-omm u l-missier raw quddiemhom Lit-tfajjel ibinhom maħbub? Hu qallhom x'kien ġara, kif f'daqqa X'ħin jaqdi kien qiegħed l-emir U l-ħafna mistiedna, fil-mejda, Għax dak kien għalihom jum kbir, Mis-saqaf, deherlu ġo sħaba, Nikola, li niżel sa ħdejh, U qabdu minn xagħru, u refgħu 'Il fuq ħelu ħelu f'idejh. U miegħu ħass ruħu jittajjar Ġol-beraħ, bħal rixa ħafif, U f'tebqa ta' għajn ġewwa l-bitħa Sab ruħu mingħajr ma jaf kif. Ħafifa bhal leħħa ta' berqa Hekk xterdet mar-raħal l-aħbar, U qanqlet il-qalb ta' kull wieħed U nisslet il-ferħ ġo kull dar. U m'ommu u missieru u Bażilju Ilkoll marru l-knisja malajr, Biex 'l Alla ħanin u 'l Nikola Iroddu minn qalbhom kull ħajr. Paġna 18 minn 19

U l-għada fir-raħal ta' Tiro Kien jum ta' ferħ kbir għal kulħadd, U baqgħet dil-festa tissemma Għax bħalha ma saret żgur qatt. U baqgħu minħabba dil-ġrajja Sa llum lil Nikola jqimuh, U għadhom f'kull rokna tad-dinja Il-ġnus iberkuh u jħobbuh. Dil-ġrajja sabiħa ried lilna Ifakkar il-preti l-pittur, Fl-inkwatru tal-kor illi pinġa Li jidher hemm wara l-maġġur. Tgħallimna dil-ġrajja biex dejjem F'Nikola nafdaw f'kull tiġrib, Għax fih dejjem żguri li nsibu Il-qalb ta' missier u ħabib. Paġna 19 minn 19