UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Similar documents
UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti.

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

Fava Woodworks Co. Ltd.

X inhu l-koran Imqaddes?

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

Każin tal-banda San Lawrenz

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

Każin tal-banda San Lawrenz

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

Każin tal-banda San Lawrenz

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

Gwida għall-edukaturi fuq il-pedagoġija u l-assessjar. L-Użu tal-approach li jiffoka fuq il-kisbiet mit-tagħlim. Il-malti LIVELLI

Każin tal-banda San Lawrenz

Fava Woodworks Co. Ltd.

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

-uniformi, -żiemel, -xitwa, -nemus, -sena, -storja, - nanna, - frott, - spiżjar, -għalliema

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

Awwissu 2011 Numru 81

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

Vol 36 Nru 188 April - Ġunju 2015

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

San Nikola ta Bari Isqof ta Myra

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

Luminaria. Nru. 107 Diçembru cover

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

Settembru 2011 Numru 82

Victor. Ħbieb Ħuttaf! X għandna? editorjal. il-kumitat. il-kuntatt. il-klabb. mal-faċċata

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

BORD TA INVESTIGAZZJONI DWAR SKOLA SAJF / KLABB 3-16 SAJF 2014 RAPPORT FINALI

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

BATHROOM CENliRE Electrical & Plumbing. Blue Grotto Ave., Żurrieq Teleohone:

ORESTE CALLEJA U l-anġlu Ħabbar...

werrej Sehem akbar għaż-żgħażagħ fil-ħajja pubblika... 4 L-ilsien Malti, ilsien żagħżugħ...11

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf

Vol 35 Nru 185 Lulju - Settembru 2014

FRAR 2012 SIGNUM FIDEI 1

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SEKONDARJA RABAT EŻAMIJIET TA NOFS IS-SENA. Isem: Klassi: Numru tar-reġistru:

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

LUMINARIA. GUNJU 15 NRU. 120

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

Malli ghalqet f Awwissu 2016, qaluli li niehu biss bejn 26,000-27,000.

Sant Agata Patruna ta Malta

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjarji. Kaz Nru. 032/2017. FG (l-ilmentatur) vs ARGUS Insurance Agencies Ltd. (C 597) (Il-Provditur tas-servizz)

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

RESULTS AND SCORERS Information compiled by Saviour Vella

Transcription:

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT MATRICULATION AND SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE EXAMINATIONS BOARD

L-MALTI FIL-LIVELL INTERMEDJU IS-SESSJONI TA MEJJU 2010 IR-RAPPORT TA L-EŻAMINATURI L-għadd ta kandidati li rreġistraw għall-eżami tal-malti fil-livell Intermedju din is-sena kien ta 626, kważi daqs dak tas-sena l-oħra (650). Madankollu meta wieħed iqabbel ftit ir-riżultati jsib li din is-sena kien hemm żieda fl-għadd ta dawk li kisbu l-ogħla żewġ gradi A u B. Dawk li kisbu grad A kien ta 35, żieda ta 29% filwaqt li dawk li kisbu grad B kien ta 78, żieda ta 20% fuq dawk tas-sena l-oħra. Fil-gradi l-oħra kien hemm tnaqqis l-aktar fil-grad Ċ, (-10%) u filgrad E, (-37%). Dawn id-differenzi jistgħu juru dak li dejjem osservajna f dan l-eżami: li hemm żewġ kategoriji ta kandidati li joqogħdu għal dan l-eżami. Hemm dawk li verament jidħlu jistudjaw dan is-suġġett bis-serjetà u jagħmlu ħilithom biex iġibu marki kemm jista jkun għoljin, u hemm oħrajn li jagħżlu li jistudjaw dan is-suġġett għax jaħsbu li l-malti, billi jittratta l- ilsien li bih jitkellmu kuljum, hu suġġett ħafif u ma jirrikjedix studju tqil u profond u għaldaqstant ma jimpenjawx ruħhom kif jixraq. Iżda jitqarrqu! Ħafna minn dawn it-talin forsi jaħsbu li għax ikunu għaddew mill-eżami taċ-ċes, se jgħaddu minn dak Intermedju. Ma jirrealiżżawx li l-malti fil-livell Intermedju jitlob aktar maturità, aktar studju profond, kemm filparti lingwistika kif ukoll f dik letterarja. Forsi dawn ikunu wkoll xi ftit batuti fis-suġġett u għax ma kellhomx għażla oħra, iddeċidew li jagħżlu l-malti f dan il-livell għax mingħalihom li ladarba mhux fil-livell Avvanzat, ħafif. Din iżda hija idea żbaljata u jirrealizzawha meta joħroġ ir-riżultat u jsibu li ġabu grad baxx wisq jew li weħlu. Din it-tabella turi kif marru l-kandidati f dan l-eżami din is-sena: GRAD A B Ċ D E F ABS REĠ NRU 35 78 198 169 54 83 9 626 % 5.6 12.5 31.6 27 8.6 13.3 1.4 100 L-ORALI (10%) L-orali tal-intermedju hu differenti mill-orali li jsir għall-eżami taċ-ċes. Fil-livell Intermedju l- kandidati jagħżlu suġġett mill-ħamsa li l-eżaminatur ipoġġi quddiemu u mbagħad irid juri l- fehmiet tiegħu dwaru f ħin ta bejn tmien jew għaxar minuti biex juri l-ħila lingwistika tiegħu fittaħdit bil-malti. Biex l-eżaminatur jagħti l-marka (0-10) irid josserva l-maturità tal-kandidat fittaħdit tiegħu bil-malti. Għalhekk il-marka tingħata fuq diversi kriterji marbutin mal-ħiliet fittaħdit u l-argumentazzjoni bħalma huma l-espressjoni tal-ħsieb, l-iżvilupp tal-ideat, l-għażla tal-vokabularju u fuq kollox l-użu tal-malti korrett mil-lat grammatikali u dak idjomatiku. Bħalma jiġri dejjem, kandidati li jkunu ħadu bis-serjetà l-istudju ta dan is-suġġett, aktarx li jkunu kapaċi jesprimu ruħhom tajjeb ħafna u jiksbu marka għolja. Iżda jibqa l-fatt li xi wħud minn dawn, jew minħabba l-mistħija jew għax neqsin mill-prattika, bilkemm jitħajru jiftħu ħalqhom u jrid ikun il-kuraġġ li jagħmlilhom l-eżaminatur biex jibdew jitkellmu dwar is-suġġett li jkunu għażlu. Kull sena tennejna li t-taħdit bil-malti għandu jiġi pprattikat fil-klassi sa millprimarja ħalli l-istudenti barra li jrabbu fihom ċerta kunfidenza, jitgħallmu jużaw Malti korrett fittaħdit tagħhom. Barra dan nibqgħu nissuġġerixxu l-importanza tal-qari ta kotba u rivisti bil- Malti; u dan ukoll irid jibda mill-klassijiet tal-primarja. Barra l-qari nissuġġerixxu wkoll is-smigħ ta programmi tajbin letterarji u ta diskussjoni fuq il-mezzi tax-xandir. Hu diffiċli ħafna li wieħed jakkwista l-ħila tat-taħdit b Malti korrett fi ftit xhur. L-EŻAMI TAL-KITBA (90%) TAQSIMA A IL-KOMPONIMENT ĠENERALI (30%) L-għażla li kellhom il-kandidati fil-karta tal-eżami kienet waħda tajba u raġonevoli. Mill-ħames titli li ngħataw din is-sena, l-aktar komponiment popolari mal-kandidati kien in-numru 2, Deċiżjoni importanti f ħajti (27%), u warajh in-numru 4, Ritratt qadim (24%); imbagħad innumru 5, L-aktar nies li jdejquni (20%), in-numru 3, L-għajta li dwiet mal-lejl (16%) u fl-aħħar in-numru 1, Id-djar ta għada (13%). Kif jidher mill-persentaġġi, kien hemm firxa mhux ħażin fuq it-titli kollha, bla ebda preferenza lejn xi titlu partikolari. 2

B mod ġenerali, il-livell ma kienx wieħed ħażin. Deher biċ-ċar li ħafna kienu dawk il-kandidati li taw kas għall-preżentazzjoni f dak li għandu x jaqsam it-tqassim tal-paragrafi. Xi wħud imbagħad kellhom ideat tassew tajbin u adattati għat-titlu li għażlu u dehret ċerta maturità fliżvilupp tagħhom, aktar u aktar meta wieħed iqis l-użu ta Malti sabiħ, mexxej u idjomatiku li jġagħlek tieħu gost taqra l-komponiment. Innutajna wkoll, b mod ġenerali, titjib fl-ortografija u fis-sintassi. Iżda... nuqqasijiet kien hemm. Xorta għadek issib min għadu jikteb komponiment fejn issib paragrafu wieħed fil-korp taxxogħol u b Malti li ma tantx jagħmel ġieħ lil art twelidna. Xi kandidati dehru li kitbu l- komponiment tagħhom mingħajr ma ħasbu ftit qabel. Dak li ġiehom f moħħhom dak il-ħin, qabdu u niżżluh mingħajr lanqas biss ippruvaw janalizzaw x qegħdin jiktbu jew kif suppost jesprimu dak li jridu jgħidu b Malti korrett. Dan nikkunsidrawh bħala nuqqas kbir u serju. Kien hemm min kellu ortografija fqira ħafna u ta livell medjokri, bi żbalji banali u tassew koroh. Dan kollu ma tippretendihx f dan il-livell u aktarx li min għamel dawn l-iżbalji jidħol f dik il-kategorija li semmejna aktar qabel, jiġifieri ikun wieħed li għażel li jistudja l-malti fil-livell Intermedju għax mingħalih li ma tridx ħafna studju la mhux dak Avvanzat. Barra minn hekk, kien hemm dawk li ma żammewx mat-tul tal-komponiment u kitbu anqas minn 450 kelma kif kien mitlub minnhom. Mhux wieħed jew tnejn kitbu anqas minn 300 kelma. Kien hemm xi wħud li ħallew dan il-komponiment ġenerali għall-aħħar u aktarx minħabba li mbagħad ma kellhomx ħin biżżejjed kitbu anqas minn 250 kelma. Huwa kruċjali li l-istudenti jiġu mħarrġa sew mill-għalliema tagħhom biex jiktbu għat-tul meħtieġ u li l-aktar xogħol li jġorr marki għandhom jibdew bih. Dawk li ma żammewx mat-tul ġew kollha penalizzati. Min jidħol jistudja għal dan il-livell irid iżomm f moħħu li t-tul tal-komponiment irid jirrifletti livell ogħla millkomponiment li wieħed jippretendi fl-eżami taċ-ċes. Kien hemm nuqqas ta ideat oriġinali f dawk li għażlu komponimenti numru 2 (Deċiżjoni importanti f ħajti) u numru 4 (Ritratt qadim). Taqra ta wieħed qisek qed taqra ta kollha. Finnumru 2 speċjalment, id-deċiżjoni kienet kważi dejjem l-għażla tal-karriera jew jekk jitkompliex l-istudju. Sa ċertu punt tifhimha, ladarba l-kandidati qegħdin jgħixu dan il-waqt immedjat, madankollu kien hemm min ħareġ b ideat differenti, bħall-għażla jekk imurx jiżfen professjonalment barra minn Malta, jew jekk jidħolx qassis, jew jilgħab il-ballun ma xi tim famuż barrani. Fosthom kollha spikka komponiment partikolari fejn il-kandidati kitbu dwar iddeċiżjoni jekk ineħħux ħajjithom b idejhom jew le, u għal fejn waslu f dak l-istat, bit-turbamenti u d-dwejjaq kollha li għandhom. Għalkemm ma ttrattax suġġett pożittiv, b danakollu x-xogħol kien tassew interessanti u miktub b sengħa li ġġagħlek tieħu gost taqrah. Ir-ritratt qadim kważi dejjem kien tal-familja, nanniet jew ġenituri li mietu, u li sabuh meta kienu qed igerfxu għand in-nanna jew f xi kexxun! Fin-numru 5, L-aktar nies li jdejquni ħarġu tabilħaqq l-aktar difetti komuni fil-poplu, fosthom l- għira, l-għażż, il-faċċoliżmu, il-ħbieb foloz, dawk li ma jafux jieħdu deċiżjoni, fissazzjoni żejda, antagoniżmu, fanatiċiżmu (politika u futbol l-aktar). F L-għajta li dwiet mal-lejl tħaddmet ħafna l-immaġinazzjoni, u kull min għażilha ħareġ b ideat tassew oriġinali u varjati. Il-biċċa l-kbira ta dawk li kitbu dan il-komponiment kisbu marki tajbin għax kellhom Malti tassew mexxej u idjomatiku. L-aktar li ddiżappuntaw kienu dawk li għażlu komponiment numru 1, Id-djar ta għada. Bosta kienu dawk li aktar ikkonċentraw fuq id-djar tal-lum u tal-bieraħ milli fuq dawk tal-ġejjieni, u fuq il-ħarsien tal-ambjent... Tgħoddhom fuq is-swaba ta id waħda dawk li ħarġu b ideat futuristiċi, bħal li tiftaħ il-bieb billi tlissen kelma jew billi tgħaddi idek minn quddiem moniter u l- komputer jagħrfek; jew bir-robots li jagħmlu ċertu xogħol fid-dar. Dan kollu juri nuqqas ta qari u nuqqas ta għarfien fuq x qed jiġri madwarna llum. Komponiment tajjeb jiddependi ħafna fuq it-tfassil ta pjan maħsub qabel ma wieħed jiġi għallkitba. Għalkemm kien hemm min dan għamlu, anzi kiteb ukoll il-pjan ta kif se jqassam ixxogħol, deher ċar li ħafna kandidati m għamlu xejn minn dan. Mhux biss, iżda taw x wieħed jifhem li bdew jiktbu bla ma kellhom l-iċken ħjiel fejn iridu jaslu bl-ideat jew l-argumenti tagħhom, u sikwit irrepetew dak li kienu qalu qabel għax ma ħasbux ftit qabel ma ġew għallkitba. Dawn it-talin g]andhom jiġu mħarrġa aktar fil-kitba tal-komponiment. Dan in-nuqqas 3

serju huwa wkoll effett tan-nuqqas ta qari li ilna s-snin nirrepetu f dawn ir-rapporti u li huwa l- ħtija ewlenija tal-livell baxx tal-kitba bil-malti li qed jidher fil-karti tal-eżamijiet. Hawn nerġgħu għal darb oħra nissuġġerixxu lill-għalliema fil-livelli kollha biex l-ewwel nett jagħmlu minn kollox biex iħajru lill-istudenti tagħhom jaqraw ħafna (u llum mhemm l-ebda skuża li ma jsibux kotba interessanti bil-malti), u t-tieni jagħtu ħafna importanza lill-kitba kreattiva talkomponiment fejn l-istudenti jistgħu jitħarrġu kif jesprimu ruħhom b Malti korrett u bis-sens. Wieħed irid iżomm f moħħu li dan mhux xi proċess li jieħu ftit xhur jew billi wieħed imur xi lezzjonijiet tal-privat; dan il-proċess irid jibda mill-klassijiet tal-primarja u jissaħħaħ fil-ħames snin tas-sekondarja. Bħala eżaminaturi osservajna żball sintattiku serju li kien xi ftit frekwenti u li ħassibna ftit. Dan kien in-nuqqas ta qbil bejn in-nomi u l-aġġettivi li jikkwalifikawhom, bħal mara għaqli ; jew bejn il-verb u s-suġġett tas-sentenza, bħal it-tifla mar.... Innutajna b interess li dan l-iżball dejjem sar meta s-suġġett kien fil-ġens femminili u mhux fil-ġens maskili. Minn dan l-aspett, wieħed jasal biex jgħid li l-lingwa Maltija għal xi wħud mill-maltin saret qisha lingwa barranija. Ħasra tabilħaqq. Kandidati bħal dawn ma jistgħux jgħaddu jew iġibu marki għoljin f dan l- eżami ta dan il-livell. Naturalment kien hemm ukoll l-iżbalji ortografiċi tas-soltu l-aktar fejn tidħol l- għ, l- ie, l- h/ha, konsonanti doppja eċċ. F dan il-livell, żbalji bħal dawn jitqiesu aktar serji għar-raġuni ovvja li dak li jkun, ma jkun għamel l-ebda progress fir-regoli grammatikali matul is-sentejn kors postsekondarju. Żbalji oħrajn ta kliem miktub ħażin jindika nuqqas ta għarfien lingwistiku jew traskuraġni fil-kitba. Nuqqas kbir ieħor kien dak ta lingwaġġ sfurzat, jew għax il-kandidat ma kienx jaf kif se jesprimi ruħu bil-malti u nqeda bl-ingliż jew xi drabi anki bit-taljan, jew għax ilkandidat ma għamilx distinzjoni bejn il-malti mitkellem u l-malti miktub. Dawn l-iżbalji kollha huma effetti tan-nuqqas ta qari ta kotba bil-malti, u fuq kollox nuqqas ta prattika ta kitba bil- Malti. Nissuġġerixxu li l-għalliema f dan il-livell jibqgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-istudenti tagħhom meta jiltaqgħu ma żbalji bħal dawn fix-xogħlijiet li jikkoreġulhom! TAQSIMA B IL-KOMPONIMENT FUQ IL-LINGWISTIKA (20%) Ukoll hawnhekk, l-għażla li kellhom il-kandidati fil-karta tal-eżami kienet waħda tajba u raġonevoli. It-tliet mistoqsijiet li ngħataw kienu konċiżi u ċari. Madankollu, il-maġġoranza talkandidati għażlu l-aktar mistoqsija numru 2 dwar il-malti bħala lsien imħallat u dik numru 1, dwar il-bilingwiżmu. Ftit ħafna għażlu n-numru 3 dwar is-sintassi li kienet dwar il-binja tassentenza. F mistoqsija numru 1, kien hemm ħafna li aktar għamlu karrellata fuq l-importanza tal-lingwa Ingliża u kemm għandna nitgħallmuha sewwa milli fuq l-aspetti proprja tal-bilingwiżmu. Barra minn hekk ħafna ma enfasiżżawx l-importanza tal-erba fatturi prinċipali, li lingwa tkun tafha tabilħaqq billi taqraha tajjeb, tifhimha bla diffikultà, titħadditha sew, u tiktibha kemm jista jkun bla żbalji. Bosta tkellmu sew fuq l-erba aspetti tal-bilingwiżmu u l-kompetenzi li għandu jkollu bniedem biex jissejjaħ bilingwali, imma ma taw l-ebda eżempju mit-taħdit; għaldaqstant tnaqqsulhom xi marki għax kien hemm indikat fil-mistoqsija li riedu jagħtu l-eżempji. Kien hemm uħud li ma semmewhomx kollha l-erba aspetti (oriġini kapaċità funzjoni attitudni), kif ukoll oħrajn ikkonċentraw biss fuq l-aspett ta attitudni biss. U mhux kulħadd saħaq fuq l- importanza tal-bilingwiżmu fejn jidħlu l-aspetti soċjali, politiċi, ekonomiċi u dawk li għandhom x jaqsmu mal-edukazzjoni. Il-mistoqsija numru 2 dehret li kienet l-iktar waħda favorita għax fiha tidħol ukoll l-istorja ta pajjiżna u tal-ilsien Malti. Il-maġġoranza tal-kandidati li għażlu din il-mistoqsija taw għadd kbir ta eżempji kif kien mitlub minnhom, u xi wħud dehru li studjaw tajjeb dan is-suġġett għax ittweġiba tagħhom kienet dettaljata. Iżda kien hemm min, u mhux wieħed jew tnejn, li ma taw l- ebda eżempju mit-taħdit ta kuljum, mill-ħajja tal-poplu Malti u li juri kif żviluppat il-lingwa Maltija matul iż-żmien, kif wara kollox kien mitlub espressament fil-mistoqsija. Kien hemm uħud ukoll li ma tawx importanza lil xi wieħed mill-elementi li jsawru l-ilsien Malti. Bosta kkonċentraw iżżejjed fuq l-element rumanz, u mbagħad fuq iż-żewġ elementi l-oħra (is- Semitiku u l-anglosassonu) ftit li xejn kitbu. Dawk il-ftit li għażlu mistoqsija numru 3 kollha marru tajjeb, għax daħlu fid-dettall fuq kull aspett tal-mistoqsija kif kienet imqiegħda. Jidher ċar li dawn il-kandidati kienu tassew imħejjija tajjeb fuq l-aspetti kollha tas-sintassi u l-kumplessitajiet tal-lingwa. Ix-xogħlijiet kollha kellhom 4

ħafna eżempji varjati u validi msieħba wkoll bis- siġar li fissru sew ix-xogħol tal-kostitwenti talkelma eċċ. Kollox ma kollox, il-livell kien mhux ħażin fejn tidħol il-lingwistika, għalkemm ħafna mill-marki jaqgħu fil-firxa ta (10 13). Ftit waslu sas-17-il marka mill-massimu ta 20. TAQSIMA Ċ IL-KOMPONIMENT FUQ IL-POEŻIJA (20%) F din it-taqsima ngħataw żewġ mistoqsijiet, waħda fuq it-tema tal-ambjent Naturali u oħra fuq it-tema tal-identità ta Poplu. Għalkemm kien hemm bosta kandidati li wieġbu dwar l-ambjent naturali, il-maġġoranza ħassewhom aktar komdi jwieġbu dwar l-identità ta poplu. Mittweġibiet għaż-żewġ mistoqsijiet ħareġ ċar li kienu ħafna l-kandidati li taw l-istess tweġibiet permezz ta komponimenti studjati bl-amment sal-anqas dettall: struttura, paragrafi, punteġġjatura u kwotazzjonijiet. L-isfortuna hi, li dawn it-talin tefgħu fuq il-karta dak li studjaw bl-amment biss, mingħajr ma wieġbu direttament dak li kien mistenni minnhom millmistoqsija. Dawn il-kandidati tilfu ħafna marki għax ma wrewx il-ħila personali tagħhom. Firrapport ta kull sena jsir aċċenn għall-istudju bl-amment tan-noti li l-istudenti jingħataw. Qatt ma kkundannajna dawn in-noti, iżda li student jitgħallimhom bl-amment u mbagħad jirriġettahom fuq il-karta tal-eżami, juri nuqqas ta tħejjija serja u fuq kollox nuqqas ta maturità. L-istudenti għandhom jiġu mgħarrfa li n-noti li jagħtu jridu jgħinuhom u jiggwidawhom biex permezz tagħhom jitgħallmu jirriflettu u janalizzaw ix-xogħlijiet letterarji li jridu jistudjaw għalleżami u b hekk jifformaw ġudizzju aktar personali li bih ikunu jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet tależami b mod matur. It-tweġibiet għaż-żewġ mistoqsijiet għaldaqstant kellhom nuqqas kbir ta riflessjoni u analiżi letterarja tax-xogħlijiet letterarji msemmija mill-kandidati kif inhu mistenni f dan il-livell. Kien hemm saħansitra kandidati li taw biss il-ħsieb tal-poeżiji mingħajr ebda riflessjoni u analiżi, kif ukoll mingħajr ebda twaħħid ta poeżiji ma xulxin biex iwieġbu l-mistoqsija. Kien hemm għadd ġmielu minnhom li wieġbu b forma ta lista ta poeżiji bi ħsieb qasir ħafna u xejn iżjed, minflok forma ta komponiment li għandu jkun fih kummenti/argumenti dwar it-tema partikolari. F xi wħud mill-esejs, l-introduzzjoni u l-għeluq kienu foqra ħafna biex ma ngħidux medjokri. Saħansitra kien hemm kandidati li f dan il-livell għadhom ma jafux li paragrafu jikkonsisti aktar minn sentenza waħda. Fil-fatt l-introduzzjoni u l-għeluq ta diversi komponimenti kienu magħmulin biss minn sentenza waħda u kien hemm min fl-għeluq irrepeta dak li kien qal flintroduzzjoni. Ġie nnutat ukoll il-fatt li xi kandidati lanqas biss qraw il-poeżiji. Dan għaliex taw fatti u tagħrif kompletament ħżiena li ma jeżistux fil-poeżiji msemmija minnhom. Barra dan kien hemm ukoll min ħalla barra jew ta l-isem ħażin tal-poeta vis-à-vis ix-xogħol jew ta verżjoni ġdida lill-isem tal-poeta (eż: Nikol Zammit minflok Nikol Biancardi, Mario Sammut minflok Mario Azzopardi, Achille Massa minflok Achille Mizzi). Sfortunatament ukoll kien hemm numru ta kandidati li kitbu fil-qosor wisq, b xi wħud li kitbu biss paragrafu wieħed bħala tweġiba jew jagħmlu referenza għal erba jew ħames xogħlijiet biss. Aspett ieħor li joħroġ mittweġibiet taż-żewġ mistoqsijiet hu li kienu bosta dawk il-kandidati li ffukaw l-aktar fuq ixxogħlijiet letterarji ta poeti tradizzjonali u jew (i) ħallew barra għal kollox xogħlijiet letterarji ta poeti moderni jew (ii) ma kienx hemm bilanċ bejn poeti tradizzjonali u oħrajn moderni kif kien mistenni minnhom. Barra minn hekk ma naqsux kwotazzjonijiet żbaljati, sintassi fqira, żbalji ortografiċi u espressjoni Maltija dgħajfa ħafna li xejn ma tixraq lil dan il-livell. Għall-mistoqsija dwar it-tema tal-ambjent Naturali l-kandidati semmew bosta poeżiji li b xi mod jew ieħor kollha huma relatati mat-tema. Madankollu fost l-aktar preferuti kienu: Il-Moll, Iż-Żabra, Il-Ħolma t Alla u xi oħrajn li kienu fost dawk li kellhom jistudjaw għall-eżami taċ-ċes. Bosta kienu dawk li wieġbu tajjeb u ħarġu r-relazzjonijiet differenti bejn in-natura u l-bniedem kif jidhru mill-perjodu romantiku sa dak modern. Oħrajn, li baqgħu biss fuq il-poeti romantiċi, ma waslux iwieġbu l-mistoqsija għaliex ir-relazzjoni differenti ma ndirizzawhiex. Mill-banda l- oħra, għall-mistoqsija dwar l-identità ta Poplu ftit kien hemm diversità fir-referenza ta poeżiji u għadd ġmielu ta tweġibiet irreferew għal dawn il-poeżiji biss: Il-Għanja tar-rebħa, Għanja lil Malta, Lil Mikiel Anton Vassalli, Ħerba, Samuraj, Inċest, Duluri u Monologu mill-gżira tal- Isponoż. Dawn ix-xogħlijiet ukoll huma indikati fir-rapport tal-eżaminaturi tas-sena l-oħra (2009), bħallikieku mhemmx poeżiji oħrajn. Aktarx li dan sar minħabba l-influwenza kbira tannoti li jingħataw l-istudenti u għax dawn tal-aħħar ma jimirħux aktar lil hemm minn dawn l- imberkin noti. 5

TAQSIMA D IL-KOMPONIMENT FUQ IN-NARRATTIVA/DRAMA (20%) Din it-taqsima kienet tikkonsisti minn erba mistoqsijiet li minnhom il-kandidati riedu jagħżlu waħda biss. Żewġ mistoqsijiet kienu fuq Il-Gaġġa, ir-rumanz ta Frans Sammut u t-tnejn l-oħra kienu fuq Il-Ġaħan ta Binġemma, id-dramm ta Francis Ebejer. Din is-sena, kontra dak li ġara s-sena l-oħra, il-kandidati ppreferew iwieġbu aktar dwar Il-Gaġġa, l-aktar mistoqsija numru 4. Madankollu d-dramm ta Ebejer xorta baqa popolari ma għadd ġmielu ta kandidati. Mittweġibiet li taw il-kandidati ħarġu ċari wkoll id-diversi aspetti difettużi li semmejna għallkomponiment dwar il-poeżija. Dawk li marru tajjeb ħafna taw tweġibiet li (i) kienu xhieda li qraw it-test u kienu kapaċi joħorġu b analiżi u b interpretazzjoni kritiċi, (ii) għamlu referenza u kitbu kwotazzjonijiet tajbin biex permezz tagħhom saħħew l-argumenti letterarji tagħhom, (iii) l-ideat kienu koerenti u jsegwu, (iv) introduzzjoni u għeluq effettivi, (v) xejn rakkontar tal-ġrajja bħallikieku l- eżaminaturi ma jafux l-istorja, (vi) indikazzjonijiet ċari ta empatija mal-karattru/i, (vii) analiżi strutturata tal-karatterizzazzjoni u l-ambjentazzjoni u l-effetti tagħhom fuq xulxin. Dawk li marru ħażin taw tweġibiet li (i) juru li t-test ma qrawhx billi taw tagħrif ivvintat, (ii) juru li t-test ma ġiex mistħarreġ sew u b hekk naqsu milli jagħtu interpretazzjoni kritika, (iii) wrew nuqqas tal-komponenti jew aspetti ewlenin tal-karatterizzazzjoni u tal-ambjentazzjoni, (iv) ma kien fihom l-ebda kwotazzjoni jew kien fihom kwotazzjonijiet mhux korretti, (v) rakkontar talġrajja qisu l-eżaminatur ma jafx it-test, (vi) komponimenti qosra ħafna saħansitra ta żewġ paragrafi, (vii) riproduzzjoni tan-noti li studjaw li sfortunatament ġieli kellhom dettalji mhux korretti, (viii) traskuraġni kbira fil-kitba u fil-preżentazzjoni, (ix) żbalji ortografiċi serji li juru nuqqas ta tagħrif grammatikali bażiku u (x) sintassi dgħajfa u espressjoni fqira li kultant bilkemm tinftiehem. Konklużjoni Il-bord tal-eżaminaturi jħoss li b mod ġenerali l-livell għadu mhux daqshekk sodisfaċenti. Kif issemma fil-bidu kien hemm ftit ċaqliq pożittiv, iżda jista jkun hemm ħafna aktar. M għandniex dubju li l-maġġoranza tal-għalliema jagħmlu ħilithom u j Alla jibqgħu jagħmlu dan sabiex ikunu ta strument biex inisslu fl-istudenti tagħhom aktar interess u mħabba lejn il-lingwa u l- Letteratura Maltija. Iżda dejjem jibqa l-fatt li jridu jkunu l-istudenti nfushom li għandhom jagħmlu l-almu tagħhom u juru interess matul il-kors ta studju kollu sa mill-bidunett, u mhux flaħħar ftit xhur biex ma ngħidux ġimgħat. Bħala konklużjoni nistgħu ngħidu li min ħa l-istudju ta dan is-suġġett bis-serjetà matul issentejn kors, wera interess, għamel ħiltu u ma ddependiex biss fuq in-noti li ngħata millgħalliema tiegħu, kiteb tweġibiet tajbin li kisbulu marki għoljin. Mill-banda l-oħra, min ħela ż- żmien jew ma nqatax mill-mentalità tas-sekondarja u kiteb komponimenti qosra wisq jew ta livell baxx, tilef ħafna marki b konsegwenza li jew m għaddiex jew ġab grad baxx. Min jagħżel li jistudja l-malti f dan il-livell irid iżomm f moħħu li l-interess fis-suġġett u s-serjetà fit-tagħlim jirriflettu l-maturità fit-tweġibiet fil-karta tal-eżami. Iċ-Chairperson Bord tal-eżaminaturi Mejju 2010 6