AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

Similar documents
Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

ORESTE CALLEJA U l-anġlu Ħabbar...

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

Każin tal-banda San Lawrenz

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

Fava Woodworks Co. Ltd.

Awwissu 2011 Numru 81

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

Settembru 2011 Numru 82

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

Fava Woodworks Co. Ltd.

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Każin tal-banda San Lawrenz

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

Każin tal-banda San Lawrenz

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

Każin tal-banda San Lawrenz

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

San Nikola ta Bari Isqof ta Myra

Victor. Ħbieb Ħuttaf! X għandna? editorjal. il-kumitat. il-kuntatt. il-klabb. mal-faċċata

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

-uniformi, -żiemel, -xitwa, -nemus, -sena, -storja, - nanna, - frott, - spiżjar, -għalliema

Luminaria. Nru. 107 Diçembru cover

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

LUMINARIA. GUNJU 15 NRU. 120

BATHROOM CENliRE Electrical & Plumbing. Blue Grotto Ave., Żurrieq Teleohone:

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

G. Borg Olivier Street, Sliema SLM 12. \J Telepħone

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

Vol 36 Nru 188 April - Ġunju 2015

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti.

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

Sant Agata Patruna ta Malta

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

FRAR 2012 SIGNUM FIDEI 1

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

Il-Presepju. Fuljett ma ru mill- GÓAQDA ÓBIEB TAL-PRESEPJU - MALTA c/o 56, Amaltea, Triq il-marg, Attard ATD Malta. Óar a Nru.

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

RESULTS AND SCORERS Information compiled by Saviour Vella

Nru. 81 Jannar - Marzu L-INAWGURAZZJONI TAL-FTUÓ UFFIÇJALI TAL-UFFIÇÇJU L-ÌDID TAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-ANZJANI 23 ta NOVEMBRU 2015

X inhu l-koran Imqaddes?

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

Vol 35 Nru 185 Lulju - Settembru 2014

April 2013 Numru 101

PROGRAMM NOTTE BIANCA 2017

L-GĦARB isem tal-qala. F'xi mapep ġieli tara I-

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

Kulhadd. F din il-harga IDHOL MEMBRU FIL -HAMRUN SPARTANS F.C. We re on the Web. Mail to : xahar. Dan ix-xahar. Hamrun Spartans F.C.

... ~ ~ ~ ~ ... ~ ... ; ; ; ; f and Philips Dealers Throughou"t l ; ; ; i. . i. ;. i J PHILIPS ~ ~ j PHILIPS SHOWROOMS j

Nru. 90 April - Ìunju 2018

ta Ge ova bis-s i ` u r-ra Apprezza gunevolezza ta Ge ova ` Apprezza l-lealt au l-ma fra ta Ge ova d-dixxiplina ta Ge ova Ssawrek

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Transcription:

AHBARONLINE AĦBAR LI DAĦLET ISSA >> NAVIGATION Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku Tirrapporta Mariah Camilleri I 21:33 I 3 ta Frar 2017 Għadha kif daħlitilna informazzjoni li ftit tal ħin ilu f San Pawl seħħ inċident tat traffiku li sfortunatament ħalla persuna mweġġgħa li kellha tiddaħħal għall kura fl Isptar Mater Dei. Nifhmu li għall ħabta tat tmienja u nofs tal lejla tfajla ta dsataxil sena minn San Pawl stess kienet għaddejja minn Triq San Ġwakkin bil mutur, meta għal xi raġuni tilfet il kontroll, waqgħet minn fuq il mutur u tkaxkret għal

Fittex diversi metri. Ma jidhirx li kien hemm vetturi oħra involuti f dan l inċident. Fuq il post issejħet ambulanza li ħadet lit tfajla l isptar, u sa issa l kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa. Huwa mifhum li qrib fejn seħħ l inċident, fl inħawi magħrufa bħala Tat Torri, kien hemm grupp ta żgħażagħ li bħalissa qegħdin l għassa tal pulizija biex jagħtu x xhieda tagħhom bil għan li l pulizija tkun tista tifhem x seta kkawża dan l inċident. USER LOGIN PASSWORD LOGIN Din l aħbar għadha qed tidħlilna u għaldaqstant nistennew li iktar tard inkunu nistgħu nagħtukom aktar informazzjoni.

DearestDiary.org Andrea s secret diary Write your note Fri-03-Feb-2017 Għażiż djarju, Naf, naf ili ħafna ma nikteb hawn (sorry), imma BILFORS irrid ngħidlek x ġara llum! Jew aħjar ngħid ilbieraħ, għax diġà saru kważi s-siegħa ta filgħodu. Il-ma u l-pa tfew issa, FL-AĦĦAR! X xenata għamluli! Veru ma kellix aptitha wara l-hassle tal-inċident u sagħtejn l-għassa tal-pulizija Anke liż-żgħira qajmu bl-għajjat! U issa ASSOLUTAMENT m għandix ngħas ma nistax nieqaf naħseb fuq dak li ġara. Ħsibt fik għax ftakart li meta nikteb inħossni aħjar :) Aħjar nibda mill-bidu għax se nġennek, hux? Mela, filgħaxija ħriġna l-isquad tas-soltu: jien u Emma u l-erba boys, u drum roll please 7

skiddjat Martina Carabott bil-mutur, EŻATT QUDDIEMNA! Xena TAL-BIŻA kienet! Għallewwel ma konniex nafu min hi, imbagħad għarfitha Emma. Xi dwejjaq, meta nara xi ħaġa hekk jien niffriża KOMPLETAMENT! Ma nkunx naf x se naqbad nagħmel. Kif kien ġrali meta Rob kien baqa dieħel fil-ħġieġa tal-bieb tal-bitħa u qasam rasu. Nibqa ċċassata, litteralment. Vera nħossni guilty imbagħad, għax ngħid missni għamilt xi ħaġa ANYWAY, imnalla kien Frans, li qabad u ċempel l-emerġenza. Ġiet l-ambulanza, u wara ftit ġew il-pulizija. Imbagħad kellna mmorru L-GĦASSA biex jagħmlu rapport fuq l-inċident xejn speċjali tbh, imma bdejt nimmaġina li kont fuq xi episodju ta CSI belha, hux? Ħeqq, qatt ma kont dħalt f għassa tal-pulizija qabel! Ma ttinix tort li nkun xi ftit hyped :) Pulizija minnhom vera kien beżqa, istra (mhux ix-xiħ, l-ieħor)! Beda jitnejjek b Shay ġabu żibel miskin :( Kelli aptit inqum għalih u ngħawġu! ANYWAY, jien ma kont se ngħidilhom xejn lill-ma u l-pa (taf kif jagħmlu inti!!!), imma

Emma riedet BILFORS tibgħat messaġġ lil missierha. Għalxejn ippruvajt inwaqqafha. Imbagħad OVVJAMENT! missierha ċempel lill-pa, u xi kwarta wara ġew hemm għalina :( Il-pa kien inkazzat duħħan ħiereġ minn imnieħru kien jonqsu! Mur ara x kien jagħmel kieku għamilna xi bluhata ta veru! Biex tgħaxxaq qabeż dal-pulizija l-bassa (naħseb ħabat rasu ma xi mkien LOL!) u qisu ried jgħid li l-inċident kien tort tagħna! (OVVJA, xi ħadd ċuċ qallu bil-logħba li konna qed nilagħbu. Ara vera hawn min iparla mingħajr ma jieqaf jaħseb ftit ta!) Anzi l-pulizija l-ieħor ix-xiħ hero għalija għamel għalih u waqqgħu għan-nejk quddiem kulħadd. Imma taf xiex? Moħħi qed jgħidli li din l-istorja hemm iktar warajha. Għandi impressjoni vaga li f xi ħin ġrat xi ħaġa STRAMBA, li mhix f postha, u li ħallietni konfuża, imma ma nistax niftakar x kienet. Forsi mhi xejn ta forsi tant dħalt fl-atmosfera CSI li moħħi qed jiġri bija IS-SOLTU! X kienet, imma? Issa għalxejn nibqa niffissa fuqha għax mhux se niftakar. Moħħi weħel, bħal meta jiġġamja

l-kompjuter b dak iċ-ċirku jdur fin-nofs. U iva, no worries, issa nkun aljenata nagħmel ħaġa oħra, u f daqqa waħda jiċċara KOLLOX quddiem għajnejja, bħal meta tiġi l-leħħa tas-sajjetta u f mument tixgħel kulm hemm. (Ġejjin il-metafori issa dak ifisser li għajejt, LOL!!!) Imma hekk se jiġrili, ŻGUR. Se jkolli nidħol norqod għax ma niflaħx inżomm għajnejja miftuħin!!! Nerġa nikteb għada, promise :) Gn xx Andrea

L-EWWEL PARTI: INĊIDENT

Pre- l-istorja Kellhom jiltaqgħu l-ġnien bħas-soltu, fis-sebgħa u nofs. Andrea kellha timxiha mid-dar għax missierha kien għadu ma wasalx mix-xogħol, u t-triq dehritilha itwal mis-soltu. Is-sajf ta qabel kienet waqgħet minn fuq iż-żiemel u weġġgħet irkoppitha x-xellugija, u kultant kienet terġa tħossha. Ma setgħetx tħaffef għax ma kull pass irkoppitha bdiet tiġbed, b rabja, bħallikieku riedet tfakkarha li teżisti. Kull tant żmien jiġi r-riħ tagħha, kienet tgħidilha ommha, mimlija bl-għarfien mediku li akkumulat wara snin issegwi kull tabib li jmur jimla rokna f xi programm tar-radju jew tat-televixin. Biex tgħaxxaq, il-bankina kienet niedja bl-irxiex li kien ilu jdemma l-ġurnata kollha u kellha tarma mixja ta fjamingu biex tevita li tiżloq. Għall-inqas it-temperatura ma kinitx kattiva għal Frar. Kienet komda mingħajr ma kellha għalfejn tilbes nofs il-gwardarobba. 13

Fl-aħħar waslet. Francesco u Emma kienu diġà qegħdin hemm, ras ma ras fuq il-bank tas-soltu, dak tal-pikniks bil-mejda fin-nofs. Kif lemħuha, it-tnejn ħarsu f direzzjonijiet differenti fl-arja u nqalgħu minn ma xulxin bil-mod, taparsi każwalment, taf kif? Hi! Ilkom hawn? Mhux ħafna ta, qal Francesco. Tipo xi għaxar minuti? kompliet Emma. Andrea żżerżqet fil-bank, u Emma daret lejha u qaltilha, Ħlomt bik dal-lejl And! Ħażin! Xi ħlomt? Ħlomt li għandek pet! Ħeħe, hekk mur għidilha l ommi, kemm tibda tħokk! Konna shopping il-mosta u f daqqa waħda ħriġt kaxxa tipo tal-plastik mill-backpack, u ġo dil-kaxxa kellek il-pet : kienet gecko! Ħaħa. Gecko wiżgħa hux? Mela wiżgħa pet? Mela, sis, dażgur li pet. Naf wieħed għandu xi ħamsa u ffissat fuqhom, qabeż Francesco. No way! Ma nimmaġinanix irrabbi wiżgħa, xi kruha. U kemm qed toħlom stramb dal-aħħar, Em? La nibda nistudja l-psikoloġija, fuqek nagħmilha t-teżi! 14

Waqt li nfaqgħu jidħqu, Andrea dehrilha li għajnejn Francesco kienu qishom imċajprin, imma ma kienx hemm dawl biżżejjed biex tkun ċerta. Int ok, Frans? Tidher stressjat! Jaqaw ħlomt xi koċċ tgerfix int ukoll? Le, le, jien qatt ma niftakar xi nkun ħlomt, sis. Għajnejja qed idejquni. Naħseb ġejja infection oħra. Andrea ħarset lil hinn mill-mejda u lemħet lil Nathan ġej min-naħa tal-iskola. Kieku kien liebes kostum tal-karnival minn dawk l-esaġerati, kien ikun jingħaraf xorta. Kien ġej b dik il-mixja mfettħa tiegħu, qisu jrid jirreġistra l-art li qed jimxi fuqha bħala proprjetà tiegħu, u b dirgħajh miftuħin qisu kien bilqiegħda fuq tron u baqa fil-pożizzjoni rjali. Istra, kemm ma nifilħux, ħasbet Andrea waqt li għolliet għajnejha l fuq, bħallikieku xtaqet tkeċċi dubbiena minn fuq moħħha mingħajr ma tuża jdejha. Permezz tas-sensors b saħħithom li għandha, Andrea mill-ewwel innutat li jdejn Nathan kienu mikxufin minn minkbejh l isfel, bil-kmiem imbuttati l fuq u l-ġakketta bit-tixmira. Stramba, għax veru ma kienx bard imma lanqas ma kien temp tal-fwawar! Andrea, fan kbira ta serje 15

investigattivi bħal CSI u Criminal Minds, temmen li kull imġiba stramba għandha spjegazzjoni, u din id-darba l-ispjegazzjoni kienet imwaħħla malpolz t idu x-xellugija u prominenti daqs reklam fuq billboard. Kien għadu xi tliet metri l bogħod meta qata ż-żigarella u b pompa kbira beda d-diskors tal-inawgurazzjoni tal-apple Watch ġdid li ġablu missieru minn Franza. Ara kemm hu tal-ostra, guys. Kollox nista nagħmel bih! Kollox attivat bil-vuċi, through Siri. Waranofsinhar mort il-gym u ppjanali l-workout kollu, u anke daqqli l-playlist tal-gym għal fuq ilheadphones. Lanqas kelli bżonn noħroġ l-iphone mill-but biss, għax kollox streaming bil-bluetooth. It-teknoloġija tal-futur, man. X ma nħobbux il missieri, għid? Anke nittekstja nista bih. Ara x se nagħmel, ara: Hey Siri, text Shay Spiteri and ask him if he s on his way Miguel ukoll għadu ma ġiex. Mhix problema, man. Ħa nibgħatlu text ukoll Sa xħin waslu Miguel u Shay, xi għaxar minuti wara, Andrea, Francesco u Emma laħqu saru midħla sew tal-karatteristiċi, il-funzjonijiet u l-għeġubijiet kollha tal-kbir Apple Watch ta Nathan. Għal xi mumenti kważi kważi bdew jistħajlu li 16

qed ikellimhom il-ġisem riinkarnat ta Steve Jobs innifsu. Kemm domtu, guys? Fejn bqajtu? B nifsu kemxejn maqtugħ, Miguel skuża ruħu. Qal li wasal tard għax xħin kien ħiereġ ra lil ommu titħabat biex twaħħal it-twieqi f posthom, tħassarha u qagħad jgħinha. U qal li mbagħad kif ħareġ millbieb ta barra ġie qattus idur miegħu li kien jidher bil-ġuħ, tħassru u qagħad jitimgħu u jisqih. Jekk Nathan kien qed ifakkarhom fi Steve Jobs, Miguel kien ix-xempju ta Mother Teresa. Shay gedwed xi ħaġa minn taħt l-ilsien li ħadd mill-oħrajn ma fehemha. Iżda ħadd ma talbu jirrepeti għax Shay is-soltu tiegħu tard. Fil-fatt, jekk fil-grupp kien hemm wieħed li kellu bżonn Apple Watch biex ifakkru li jeżisti kunċett imsejjaħ ħin u jgħinu jorganizza ħajtu, kien proprju Shay. Andrea flietu sew mill-ġnub t għajnejha. Kien liebes flokk isfar li qatt ma kienet ratu bih. Jixraqlu u jaqta mal-kulur t għajnejh. Mhux kulħadd jixraqlu l-isfar speċjalment fix-xitwa, imma Shay għandu dik it-tip ta smurija naturali li ma tmurx tinħeba mal-ewwel tokki tas-sena skolastika. Il-ħoss taċ-ċafċifa ħafifa tal-ilma għaddej minn taħt il-bankina ntradam mill-qrid dwar il- balla 17

xogħol li bellgħulhom għall-weekend. Emma qalet li barra żewġ assignments kellha test it-tnejn ukoll. Miguel ukoll kien inkwetat għax il-ġimgħa ta wara kellu jagħti presentation ta kwarta u dak jistħi ħafna. Ara l-ieħor! Xi trid tistħi? Kieku jien inbellahhom, ħa ngħidlek. Kieku s-slides bl-apple Watch inqallibhom Rajtu int, l-apple Watch tiegħi? Espressjoni ta disperazzjoni ħarġet fuq wiċċ dawk it-tlieta li kienu diġà jafu l-monologu ta Nathan blamment. Guys, se noqogħdu neqirdu fuq l-iskola llum ukoll? Ejja naqtgħuha naqra, illum il-ġimgħa ta Tridx nagħmlu waħda Truth or Dare? 18