UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

Similar documents
UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti.

Każin tal-banda San Lawrenz

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

Każin tal-banda San Lawrenz

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Fava Woodworks Co. Ltd.

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

Każin tal-banda San Lawrenz

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Settembru 2011 Numru 82

PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

Awwissu 2011 Numru 81

X inhu l-koran Imqaddes?

Każin tal-banda San Lawrenz

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

Fava Woodworks Co. Ltd.

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

Gwida għall-edukaturi fuq il-pedagoġija u l-assessjar. L-Użu tal-approach li jiffoka fuq il-kisbiet mit-tagħlim. Il-malti LIVELLI

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

Vol 36 Nru 188 April - Ġunju 2015

Vol 35 Nru 185 Lulju - Settembru 2014

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

-uniformi, -żiemel, -xitwa, -nemus, -sena, -storja, - nanna, - frott, - spiżjar, -għalliema

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

Luminaria. Nru. 107 Diçembru cover

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SEKONDARJA RABAT EŻAMIJIET TA NOFS IS-SENA. Isem: Klassi: Numru tar-reġistru:

San Nikola ta Bari Isqof ta Myra

LUMINARIA. GUNJU 15 NRU. 120

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja.

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

BATHROOM CENliRE Electrical & Plumbing. Blue Grotto Ave., Żurrieq Teleohone:

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

Victor. Ħbieb Ħuttaf! X għandna? editorjal. il-kumitat. il-kuntatt. il-klabb. mal-faċċata

ORESTE CALLEJA U l-anġlu Ħabbar...

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

Sant Agata Patruna ta Malta

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

WERREJ 01. EKONOMIJA XOGĦOL INFRASTRUTTURA TRASPORT ENERĠIJA GĦAWDEX SOĊJETÀ LI TAĦSEB F'KULĦADD 76

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

L-Avveniment taż-żgħażagħ. Ewropew. Rapport EYE2018. L-Ewropa ssemma' leħinha! 100 idea għal futur aħjar

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

FRAR 2012 SIGNUM FIDEI 1

Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjarji. Kaz Nru. 032/2017. FG (l-ilmentatur) vs ARGUS Insurance Agencies Ltd. (C 597) (Il-Provditur tas-servizz)

Transcription:

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT MATRICULATION AND SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE EXAMINATIONS BOARD 1

AM IL-MALTI MAY 2010 SESSION EXAMINERS REPORT In-Numri u l-perċentwali tal-gradi Grad A B C D E F Assenti Total Numru ta Kandidati 20 80 186 74 51 29 31 471 % mit-total 4.2 17.0 39.5 15.7 10.8 6.2 6.6 100.0 Kumment Ġenerali dwar il-livell tal-malti Miktub fit-tliet Karti Hija kemxejn inkwetanti l-persistenza ta għadd ġmielu ta żbalji ortografiċi fit-tweġibiet tal-kandidati, flimkien ma ħila espressiva fqira li nkixfet permezz ta sintassi mibnija ħażin, reġistru informali żżejjed (ngħidu aħna, iċ-ċuċati, ċwieċ ), u ħolqien ta termini li ma jeżistux (ngħidu aħna, signifiċi, mifniqa ). L- eżaminaturi jqisu li l-ħila espressiva tal-kandidati naqset xi ftit mis-snin ta qabel, kemm minħabba r- raġunijiet imsemmijin, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta ideat oriġinali miktubin b Malti idjomatiku. L-ideat sterjotipati fil-komponiment ġenerali, il-punti irrilevanti fit-tweġiba għall-mistoqsija tal-lingwistika, u t- tweġibiet ippreparati għall-komponimenti letterarji jixhdu li, fil-parti l-kbira tagħhom, il-kandidati ma kellhomx ħila jibnu argumenti individwali u kreattivi li jwieġbu dak li kien mitlub b mod speċifiku millmistoqsija. Kummenti fuq l-ewwel Karta Il-komponiment Waqt li ntgħażlu t-titli kollha tal-komponiment ġenerali, il-parti l-kbira tal-kandidati ppreferew dawn iż-żewġ titli: Għalija l-aqwa valur hu... u Il-librerija tiegħi tikber miegħi. Għad li f dawn il-komponimenti kien hemm xi ideat tajbin ħafna, il-livell ġenerali tal-kitba niżel minn dak tas-snin ta qabel, l-aktar minħabba nuqqas ta kreattività u żbalji ortografiċi. Fost il-kandidati li għamlu l-komponiment Mistoqsijiet li nixtieq nagħmel lill-adulti, kien hemm min daħħal wisq mistoqsijiet, li wħud minnhom ma kinux daqstant realistiċi. Uħud mill-kandidati li għażlu t-titlu Il-librerija tiegħi tikber miegħi ttrattaw dan it-titlu b mod metaforiku, iżda l-ideat kienu ġeneralment sterjotipati bi ftit li xejn oriġinalità. Il-parti l-kbira tal-kandidati li għamlu l- komponiment bit-titlu Bniedem avżat nofsu armat bnew l-ideat tagħhom fuq storja li, mill-ġdid, kienet nieqsa mill-oriġinalità, u ġeneralment marbuta ma temi tas-soltu bħad-droga u l-qtil. Fil-komponiment dwar Perikli qodma u ġodda fid-divertiment Malti ftit saret rabta bejn il-perikli qodma u dawk ġodda f dan iddivertiment, għax ħafna kandidati injoraw il-perikli qodma u ffukaw biss fuq perikli kontemporanji u komuni bħad-drogi, ix-xorb, it-tipjip, u l-festi. L-aħjar ideat dehru fil-komponiment li ntgħażel l-aktar, bit-titlu Għalija l-aqwa valur hu..., għad li anki hawn ħafna mill-kandidati stqarru ideat komuni fuq valur bħall-imħabba. 2

It-taqsira jew l-ittra Fit-taqsira, wieħed min-nuqqasijiet l-aktar evidenti kien l-ikkupjar kelma b kelma ta partijiet sħaħ mis-silta li ngħatat, mingħajr l-isforz tal-kandidati biex iqassru s-silta fi kliemhom. Ħafna mit-tweġibiet inkludew dettalji inqas importanti waqt li ħallew xi punti ewlenin barra. L-għażla ħażina tal-punti l-aktar rilevanti u l-ikkupjar kelma b kelma kienu l-aktar żewġ fatturi li tellfu l-marki. L-istudenti li għażlu l-ittra marru aħjar minn dawk li wieġbu t-taqsira, għax għarfu jargumentaw fuq issuġġett b mod xieraq. Tliet nuqqasijiet rikorrenti fit-tweġibiet għal din il-mistoqsija kienu r-ripetizzjoni talistess ideat, il-kummenti dwar il-gazzetta minflok is-suġġett tal-ittra li dehret fiha, u t-tul żejjed fl-espressjoni ta ideat li setgħu jingħadu f inqas kliem. Xi wħud mill-kandidati kienu nieqsa mill-prudenza fil-kummenti tagħhom, waqt li oħrajn inqdew bil-frażi sewqana żgħażagħ minflok sewwieqa żgħażagħ. Il-lingwistika Maltija Il-komponimenti tal-lingwistika kollha ntgħażlu, iżda l-kandidati ppreferew l-aktar il-komponiment dwar ilbilingwiżmu. B mod ġenerali l-kandidati dehru ppreparati f kull mistoqsija. Għalkemm diversi minnhom marru tajjeb fil-mistoqsija dwar il-bilingwiżmu, xi wħud tawlu wisq fuq l-iżvilupp tal-bilingwiżmu tul is-snin, b fatti irrilevanti għall-mistoqsija jew impreċiżi għall-aħħar. Xi kandidati ftit li xejn iffukaw fuq il-ħtieġa talbilingwiżmu f Malta, kif talbet il-mistoqsija, u minflok inħlew jagħtu definizzjoni fit-tul tal-bilingwiżmu, jew jiddiskutu l-iżvantaġġi tiegħu mingħajr attenzjoni xierqa mogħtija lill-vantaġġi. Barra minn hekk, għadd ta studenti injoraw għalkollox is-siwi tal-ilsien Malti biswit l-għarfien ta ilsna oħra. Fil-komponiment dwar issemantika, li kien l-anqas wieħed li ntwieġeb, kien hemm ħafna tweġibiet tajbin, iżda tweġibiet oħrajn taw iktar tagħrif milli ntalab. Il-komponiment dwar il-malti bħala lsien imħallat kien l-aktar wieħed li kellu materjal irrilevanti. Kien hemm kandidati li taw wisq tagħrif irrilevanti dwar l-istorja ta Malta, waqt li oħrajn inħlew wisq fuq l-element semitiku u Ingliż, mingħajr ma ttrattaw sew l-element rumanz. Ftit mill-kandidati ma saħħux l-argumenti tagħhom b eżempji xierqa, waqt li ħafna ttrattaw ta fuq fuq l-affissi mitlubin millmistoqsija. Il-livell tal-malti miktub fl-ewwel karta Waqt li numru mdaqqas ta kandidati esprimew ruħhom b Malti tajjeb u b ortografija tajba, ftit biss minnhom urew ħila jiktbu mingħajr ebda żball. Min-naħa l-oħra, ftit kienu l-kandidati li batew biex ifissru ruħhom bil- Malti. Ftit kandidati, li mhux ta min jinjorahom, urew ħila kbira fil-kitba b Malti idjomatiku kif għandu jkun. Madanakollu, l-impressjoni ġenerali tal-eżaminaturi hija li kiber l-għadd ta kandidati li għamlu ħafna żbalji tal-ortografija, anki f dan il-livell avvanzat ta studju tal-lingwa. L-eżaminaturi qegħdin jiġbdu l-attenzjoni, fuq kollox, lejn dawn in-nuqqasijiet li dehru fil-kitba: Żbalji fis-sintassi u fl-idjoma bħal: l-aqwa valur hija l-imħabba (l-aqwa valur huwa l-imħabba); jiddependi fuq (jiddependi minn); jilgħab parti (jagħti sehem); grazzi għall-istorja (bis-saħħa talistorja); jagħmel użu minn (jinqeda); jiġi f kuntatt (jiltaqa ma ); beda jiġi mal-kuntatt (beda jiltaqa ma ). Interferenzi lingwistiċi bħal: tirriżulta, jattratta, ikkonċernat, issejvjat f moħħi, lingwa globalizzata, numbri, tibbenefiċja ruħha, iddiskututi, l-adultezza, tranżlazzjoni, trasmissja, tavvanza ruħha, riflettut, traduċjati, bilingwiżu, fiżikali, iddeskrivuta. Ortografija żbaljata ta ħafna partiċelli bħal: mill-lingwa (mil-lingwa); minn naħa l-oħra (min-naħa l- oħra); għall-kliemhom (għal kliemhom). Ortografija żbaljata tal-pronomi mehmużin bħal: għandhu (għandu), minnha (minna) jew viċeversa, għalija (għaliha), għandha (għandna), kollhu (kollu). Ortografija żbaljata ta diversi kelmiet li fihom jew ma fihomx għ jew h bħal: jagħlmu (jgħallmu), jitagħlmu (jitgħallmu), żagħżagħ (żgħażagħ), għar (agħar), niltaqgħa (niltaqa ), jidru (jidhru), jilgħabu (jilagħbu), joqgħodu (joqogħdu), jiltaqaw (jiltaqgħu), ma setgħax (ma setax), jolqgħod (jolqot), tolqgħotni (tolqotni), jgħamlu (jagħmlu), melgħa (mela), mingħir (mingħajr), jinagħtaw (jingħataw), bagħtut (batut), joqgħodu (joqogħdu), jifmhu (jifhmu), erbgħa (erba ), nintaqgħa 3

(niltaqa ), xogħolijiet (xogħlijiet), maqgħuda (magħquda), nigħdu (ngħidu), magħġġla (mgħaġġla), bil-mogħod (bil-mod), jrgħabbi (jrabbi), tagħat (tat), żgħażugħ (żagħżugħ), edin (qegħdin), ijad (qiegħed), magħtul (matul), tagħarif (tagħrif), tijow (tiegħu), jinqgħalu (jintqalu), sogħda (soda), jġġgħaluni (jġagħluni). Ortografija żbaljata ta diversi kelmiet oħra bħal: tlitt snin (tliet snin), iġifieri (jiġifieri), ħabba (minħabba), kemm il-darba (kemm-il darba), prova (ipprova), mportanti (importanti), Ngliż (Ingliż), in-naqsuhom (innaqqsuhom), tħalna (dħalna), mħakma (maħkuma). Żbalji fil-ġens jew fl-għadd ta xi kliem, bħal: il-kelma reliġjon użata fil-maskil; kliem użata fil-plural; persuna użata fil-maskil. Użu ta kliem vulgari bħal: iċ-ċuċati, ċwieċ. Termini tekniċi użati b mod żbaljat bħal: kolonja (ħakma), romantiċi (rumanzi), semantiku (Semitiku), cold switching (code-switching). (N.B. Il-kliem fil-parentesi juri l-kelma jew il-frażi korretta). Konklużjoni Minn dan ir-rapport bl-eżempji hu evidenti li, għalkemm hemm għadd żgħir ta kandidati li qegħdin joqogħdu attenti kif jiktbu l-malti, hemm ħafna oħrajn li għadhom jagħmlu ħafna żbalji bażiċi, l-aktar flortografija. Hemm numru żgħir ta kandidati li waqgħu f interferenzi lingwistiċi mit-taljan u mill-ingliż. Hemm numru żgħir ieħor li ma jiddejjaqx juża kliem kemxejn vulgari. Jagħmlulek il-qalb dawk il-ftit kandidati li jippruvaw ifissru ruħhom b lingwa ħajja u b ortografija mingħajr nuqqasijiet, l-aktar filkomponiment ġenerali. Imma l-eżaminaturi jħossu li din is-sena dan l-għadd kien żgħir wisq. 4

Kummenti fuq it-tieni Karta Il-poeżija: Taqsimiet A u B Il-mistoqsijiet kollha ntgħażlu, iżda l-aktar li ntwieġbu kienu l-ewwel mistoqsija ta Taqsima A u t-tieni mistoqsija ta Taqsima B. Kien hemm diversi tweġibiet tajbin, u dan wera kif il-kandidati li kitbuhom verament studjaw u ħejjew ruħhom kif xieraq għal dan l-eżami. Madanakollu, il-livell ġenerali tat-tweġibiet ma kienx sodisfaċenti. In-nuqqas ta ħila fil-kitba tal-komponiment letterarju dehret fil-maġġoranza talkandidati, u kien hemm ħafna raġunijiet għal dan: Ibda biex, id-dipendenza assoluta fuq in-noti li jingħataw l-istudenti ma għenithomx wisq biex jesprimu ruħhom b mod liberu, aktar u aktar lil dawk li ppruvaw jitgħallmu n-noti bl-amment. Uħud minn dawn tal-aħħar kważi rnexxielhom f dan, waqt li oħrajn tfixklu għax insew partijiet mill-materjal studjat u qatgħu fil-qasir. Għal dan il-livell, il-komponimenti tal-biċċa l-kbira kienu qosra wisq, tassew xotti fl-argumenti, u limitati għal erba jew ħames poeżiji biss. Barra minn hekk, il-kandidati wrew li ma jafux jiżviluppaw l- argumenti li riedu jiktbu dwarhom. L-istudenti donnhom tħarrġu aktar fuq notamenti li jagħtu parafrasi tal-poeżiji milli fuq il-kitba ta komponiment letterarju b diskussjoni u b argumenti maturi u rilevanti. Dan jidher mill-fatt li ħafna, minflok iddiskutew jew argumentaw fi kliemhom, taw biss ħsieb jew parafrasi qasira ta xi poeżiji rilevanti għat-tema tal-mistoqsija. Aktar min-noti li jġiegħlu lill-istudenti jkunu sterjotipati fit-tweġibiet tagħhom, il-kandidati ħtieġu taħriġ fil-binja ta komponiment letterarju li juri ċerta maturità u indipendenza fl-apprezzament tal-poeżija Maltija daqskemm fl-użu tal-lingwa Maltija, it-tip ta maturità li tixraq lil dan il-livell avvanzat. Xi wħud urew b mod ċar li ma studjawx bis-serjetà, jew ma studjaw propju xejn mill-materjal tas-sillabu. Dan jixhed il-ħtieġa ta aktar serjetà fl-istudenti matul il-kors ta studju u aktar interess personali tagħhom fil-ġbir ta materjal rilevanti dwar it-temi u x-xogħlijiet poetiċi tas-sillabu. Kien hemm min wieġeb Taqsima A bix-xogħlijiet poetiċi ta Taqsima B u viċeversa. Għadd ġmielu ta kandidati ħawdu l-poeti (l-aktar Ġorġ Pisani ma Ġorġ Zammit, u viċeversa) jew ilpoeżiji, u xi wħud anki azzardaw jivvintaw ħwejjeġ li ma jeżistux fil-poeżiji li għamlu referenza għalihom. Il-kwotazzjonijiet mhux dejjem kienu eżatti. Kien hemm tweġibiet li ħallew barra poeti ċentrali għat-tema tal-mistoqsija, bħal Anton Buttigieg li ġieli lanqas biss issemma fil-komponiment dwar l-ambjent Naturali. Xi wħud sempliċiment urew livell ta kritika letterarja baxx wisq għal dan l-eżami, u fil-ħila kritika tagħhom bilkemm laħqu l-livell sekondarju tal-eżami tal-malti, tant li tabilħaqq kien jixirqilhom ilkumment tal-mistħija jew tal-biki mniżżel taħt it-tweġiba tagħhom. It-tweġibiet kixfu sew in-nuqqas kbir ta qari tal-kritika letterarja u n-nuqqas daqstant kbir tal-prattika kontinwa tal-kitba, bil-konsegwenza ta espressjoni sikwit dgħajfa. Għalkemm l-ortografija f dawn it-taqsimiet tal-poeżija ma kinitx mgħarrqa ħafna, xorta kien hemm fost il-kandidati min għadu ma jafx ir-regoli bażiċi tal-kitba tal-lingwa Maltija. F dan il-livell, wieħed ma jistax jagħlaq għajnejh għal dawn l-iżbalji, speċjalment meta magħhom ikun hemm żbalji sintattiċi serji. Ta min jiġbed l-attenzjoni wkoll ta dawk il-kandidati li bilkemm tagħraf il-kitba tagħhom għax jiktbu b ittri żgħar wisq, jew b ittri ġo xulxin, jew b kaligrafija kważi indeċifrabbli. Il-preżentazzjoni ta kaligrafija ċara għandha titqies parti minn dak li hu mistenni f eżami ta dan il-livell. 5

Il-kritika letterarja tal-poeżija Il-kritika letterarja tal-poeżija f din il-karta titlob stħarriġ kritiku fit-tul u ddettaljat fuq poeżija waħda minn tnejn, skont ix-xejriet tematiċi u stilistiċi tagħha. Dan l-istħarriġ jitlob, fost affarijiet oħra, interpretazzjoni u evalwazzjoni. Madanakollu, il-biċċa l-kbira tal-kandidati ppruvaw jistqarru xi tfisser il-poeżija li għażlu, jew x qiegħed jgħid il-poeta fi kliemhom, mingħajr ma għamlu analiżi kritika. Waqt li dawn il-kandidati marru mill-ewwel għall-interpretazzjoni tal-poeżija bi ftit jew ebda evalwazzjoni kritika, oħrajn wettqu l-iżball oppost li jinnutaw l-elementi figurattivi u stilistiċi mingħajr ma jgħidu x funzjoni għandhom dawn l-elementi fil-poeżija, jew x effett iħallu fuq il-binja tematika. Dawn il-kummenti li ġejjin juru n-nuqqasijiet l-aktar ġenerali fit-tweġibiet għal din il-mistoqsija: Ħafna kandidati kien aktar moħħhom biex jistabbilixxu jekk il-poeżija hijiex moderna jew tradizzjonali, tant li xi wħud inħlew jispjegaw id-differenza bejn il-poeżija moderna u dik tradizzjonali b mod ġenerali. Oħrajn taw l-istess deskrizzjoni ġenerali fuq il-karatteristiċi tal-poeti (l-aktar Marjanu Vella, minħabba li kien wieħed mill-poeti li kellhom jistudjaw). Kien hemm xi wħud mill-kandidati li tħawdu fuq id-differenza bejn sunett Shakespearjan u sunett Petrarkjan. Kien hemm fosthom min qagħad jispjega l-karatteristiċi ta dawn is-sunetti mingħajr ma rabat dak li qal mat-tema tas-sunett ta Vella. Ħafna kienu dawk il-kandidati li ma kinux jafu x se jagħmlu bit-termini letterarji fil-kritika tagħhom, u dehru qegħdin jippruvaw jimpressjonaw biss b dawn it-termini li daħħlu. Ngħidu aħna, kien hemm dawk li semmew termini bħal epanalessi, omojotelewto, u poliptoto, u taw definizzjonijiet tagħhom studjati kelma b kelma mid-dizzjunarju ta Oliver Friggieri, imma mbagħad ma qalux x sehem kellhom dawn l-elementi fil-poeżija. Kien hemm min ma jafx sewwa xi tfisser il-kelma arkajku, u applikaha għal eżempji bħal reżħa u qiegħa. Kien hemm min ma kienx ċert mill-forom ta xi kliem, u qabad u vvinta forma (ngħidu aħna, signifiċi, qarqal, mifniqa ) jew tfixkel fis-sura ta forma korretta (ngħidu aħna, reċitenza, twaqqi [minflok tqawwi ], endekasillaba ). F dan il-livell wieħed ma jistenniex żbalji bħal emfassi, qegħdha, magħmulha, jintużgħu, u jużagħhom, u lanqas li l-kandidati ma jkunux jafu d-differenza bejn dawn il-pari: min/minn, erba /erbgħa, siwi/siewi, sieket/ siket. 6

Kummenti fuq it-tielet Karta Id-drama Bosta kandidati kienu kapaċi jisiltu partijiet mit-testi b rilevanza għall-mistoqsija ta din it-taqsima. Xi ftit kandidati nħlew jiktbu dak kollu li kellhom imħejji għall-eżami fil-kors tal-istudju, bla ma taw ebda kas ta liema tweġiba speċifika kienet mistennija minnhom. B mod ġenerali, iżda, il-kandidati marru ftit aħjar f din it-taqsima milli marru fit-taqsimiet letterarji tat-tieni karta. Ħafna kandidati wrew li studjaw kif għandu jsir l-istħarriġ ta karattru fi dramm. Huma għamlu dan billi ddeskrivew il-burdati diversi u d-diskors tiegħu. Għalkemm ħafna kitbu dwar il-personalità sħiħa talkarattru, xi wħud irrakkuntaw biss sensiela ta azzjonijiet tiegħu. F din it-taqsima, ma naqsux dawk il-kandidati li wrew nuqqas ta għarfien tal-ortografija, anki fil-każ ta kliem ħafif, komuni u elementari. Il-Malti ta ħafna kandidati f din it-taqsima kien tajjeb u idjomatiku, iżda filkaż ta kandidati oħrajn deher il-bżonn li jaqraw bil-malti u jitħarrġu fl-għarfien tiegħu wisq aktar. Il-qari tattesti tas-sillabu huwa importanti ħafna, iżda dan għandu jwassal biex isir il-qari ta kotba oħra wkoll. Eżami ta dan il-livell għandu dejjem l-għan li jiżviluppa l-ħila kritika u analitika tal-kandidati permezz tal-qari. Bi sforz bħal dan, il-livell tat-tweġibiet għal dan l-eżami jista jitjieb. In-narrattiva Il-biċċa l-kbira tal-kandidati kellhom reazzjonijiet siewja għall-mistoqsija ta din it-taqsima, u b hekk urew li qraw studji kritiċi rilevanti. Dan l-aspett għen ħafna biex diversi kandidati offrew sensiela ta konklużjonijiet interessanti. Għalkemm kien hemm għadd ta studenti li reġgħu wieġbu din it-tip ta mistoqsija billi rrakkuntaw fil-qosor u fi kliemhom l-istorja tat-testi, għadd ieħor ta studenti ppreżentaw argumenti u konklużjonijiet kritiċi validi. B mod ġenerali, għalhekk, il-kandidati marru ftit aħjar f din it-taqsima milli marru fit-taqsimiet letterarji tat-tieni karta. Ħafna kandidati wrew li studjaw kif għandu jsir l-istħarriġ ta karattru f rumanz jew f novella. Huma għamlu dan billi ddeskrivew id-dehra fiżika tiegħu, flimkien mal-burdati diversi u d-diskors tiegħu. Għalkemm ħafna kitbu dwar il-personalità sħiħa tal-karattru, xi wħud irrakkuntaw biss sensiela ta azzjonijiet tiegħu. L-istess rimarki li saru fit-taqsima tad-drama dwar l-ortografija u dwar il-ħtieġa ta qari aktar mifrux missillabu jgħoddu wkoll għal din it-taqsima. Il-kritika letterarja tal-proża Ħafna mill-kummenti fuq Taqsima Ċ tat-tieni karta jgħoddu wkoll għal din it-taqsima. Bosta kienu dawk ilkandidati li nħlew jirripetu s-silta li għażlu fi kliemhom, minflok ma jikkritikaw ix-xejriet letterarji u tematiċi tagħha. Fil-kitba tagħhom xi kandidati żiedu fatti li mhumiex fis-siltiet mogħtija. Kien hemm għadd żgħir ta tweġibiet b paragrafi mimlijin ideat li ma jsegwux minħabba nuqqas ta rabta bejniethom, waqt li ideat oħrajn kienu ambigwi. Barra minn hekk, kien hemm kandidati oħrajn li ttraskuraw il-punteġġatura u l-ortografija f din it-tweġiba. Iċ-Ċerpersin Il-Bord tal-eżaminaturi Mejju 2011 7