Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

Similar documents
PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SEKONDARJA RABAT EŻAMIJIET TA NOFS IS-SENA. Isem: Klassi: Numru tar-reġistru:

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

Sant Agata Patruna ta Malta

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

Każin tal-banda San Lawrenz

Każin tal-banda San Lawrenz

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Fava Woodworks Co. Ltd.

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

Każin tal-banda San Lawrenz

-uniformi, -żiemel, -xitwa, -nemus, -sena, -storja, - nanna, - frott, - spiżjar, -għalliema

Fava Woodworks Co. Ltd.

Każin tal-banda San Lawrenz

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

Victor. Ħbieb Ħuttaf! X għandna? editorjal. il-kumitat. il-kuntatt. il-klabb. mal-faċċata

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

LUMINARIA. GUNJU 15 NRU. 120

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

ORESTE CALLEJA U l-anġlu Ħabbar...

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

San Nikola ta Bari Isqof ta Myra

Vol 36 Nru 188 April - Ġunju 2015

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

PROGRAMM NOTTE BIANCA 2017

Luminaria. Nru. 107 Diçembru cover

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

Awwissu 2011 Numru 81

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

LEÓEN IS-SANTWARJU - Festa 2015 Pellegrinagg Kwadru Titulari, Madonna tal-grazzja 300 Sena Fostna

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Vol 35 Nru 185 Lulju - Settembru 2014

... ~ ~ ~ ~ ... ~ ... ; ; ; ; f and Philips Dealers Throughou"t l ; ; ; i. . i. ;. i J PHILIPS ~ ~ j PHILIPS SHOWROOMS j

L-GĦARB isem tal-qala. F'xi mapep ġieli tara I-

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

Settembru 2011 Numru 82

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

G. Borg Olivier Street, Sliema SLM 12. \J Telepħone

Different types of fishing vessels

April 2013 Numru 101

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti.

Nru. 90 April - Ìunju 2018

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

BATHROOM CENliRE Electrical & Plumbing. Blue Grotto Ave., Żurrieq Teleohone:

kif ]viluppa t-trasport f pajjizna.

Editorjal. U ma kellux il-messija jbati dan kollu u hekk jid ol filglorja tieg u? (Lq 24,26) MIET BIEX JAGÓTINA L-ÓAJJA MARIO CURMI

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

FRAR 2012 SIGNUM FIDEI 1

INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2010 AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

Transcription:

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

L-Imdina L-Imdina hija l-belt prinċipali antika ta Malta. Din hija waħda mit-tlett ibliet qodma tal-gżejjer Maltin. Dawn huma l-imdina, il-birgu u ċ-ċittadella. Innota fuq il-mappa l-pożizzjoni strateġika tagħha, il bogħod mill-baħar. Ikteb l-ismijiet tat-tlett ibliet skont l-ittra li hemm fil-mappa. A B Ċ Bħala għajnuna biex tiffamiljarizza ruħek mar-rotta ta dan il-fieldwork, ara dokumentarju dwar l-imdina fuq il-youtube. Id-dokumentarju huwa maqsum f żewġ partijiet: A. https://www.youtube.com/watch?feature=player_embedded&v=0unkki8zuxy B. https://www.youtube.com/watch?feature=player_embedded&v=irer0m7l_nc Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 2

Ir-Rotta tal-fieldwork Ibda minn ħdejn il-bieb Prinċipali tal-imdina. L-IMDINA kienet u għadha importanti ħafna fl-istorja ta pajjiżna. Għaliex? Fil-Medju Evu l-imdina kienet iċ-ċentru jew aħjar il-belt kapitali tal-gżejjer Maltin din baqgħet hekk sal-wasla tal-kavallieri ta San Ġwann f Malta fl-1530; Illum l-imdina għadha importanti speċjalment minħabba li tiġbed lejha kwantità kbira ta turisti kull sena. L-Istorja tal-imdina fil-qosor: In-nies ilhom jgħixu f dawn l-inħawi sa mill-preistorja. Fi żmien il-ħakma Rumana fuq Malta, hawnhekk kien hawn il-belt kapitali li kien jisimha MELITA. Melita ta Żmien ir-rumani kienet ħafna ikbar mill-imdina li naraw illum. Min ċekken il-belt ta Melita u dawwarha bis-swar? Ma nafux eżatt; jew l-għarab jew il-biżantini; nafu żgur imma li kienu l-għarab li semmewha MDINA. Wara l-ġrajja ta Monroy, ir-re Alfonso ta Aragona ta t-titlu ta CITTÀ NOTABILE lill-imdina. Meta l-kavallieri ta San Ġwann ġew Malta huma marru joqogħdu l-birgu; allura l-imdina ma baqgħetx il-belt kapitali ta Malta. Fl-1693 għamel terremot qawwi u bosta bini fl-imdina ġratlu l-ħsara. Wara dan it-terremot il-gran Mastru De Vilhena u l-perit tiegħu Francois Mondion bnew il-bini sabiħ li naraw l-imdina llum. Mondion fetaħ ukoll il-bieb Prinċipali li jidher fl-istampa. Illum l-imdina hija magħrufa bħala l-belt Siekta. Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 3

Wieġeb billi timla l-vojt jew taqta sing: (xi risposti tista ssibhom min-noti li hemm f paġna 2 ) 1. Qabel tibda dieħel lejn l-imdina hemm tabella. Sib din l-informazzjoni: F liema sena sar il-bieb tal-imdina?. 2. Qabel tidħol mill-bieb Prinċipali tal-imdina, ħares lejn ix-xellug, wara ħares ukoll lejn il-lemin. X tara meta tħares l isfel? (foss, kappella, ċinema, skola). 3. Min fetaħ dan il-bieb Prinċipali li jidher fl-istampa ta paġna 1? i) Ir-Rabtin ii) Il-Gran Mastru La Valette iii) Il-Perit Mondion iv) L-Isqof ta Malta Idħol fil-pjazza żgħira li hemm fid-daħla tal-imdina. 4. Ikteb l-ismijiet tat-tliet qaddisin li hemm fuq il-bieb Prinċipali tal-imdina fuq ġewwa. Iktibhom fl-ordni kif qegħdin, mix-xellug għal-lemin. Agħżel minn dawn li ġejjin: (San Bert, Santa Marija, Sant Agatha, Santa Ċeċilja, San Anard, San Ġorġ Preca, San Publiju, San Pawl) a) b) ċ) Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 4

5. In-naħa tax-xellug, Inti u dieħla mill-bieb tal-imdina għandek issib lapida tal-irħam imwaħħla mal-ħajt. Din il-lapida tfakkar meta l-maltin irvellaw kontra l-ħakma tal-franċiżi. Kien propju hawnhekk li beda l-irvell li wassal biex jitkeċċew il-franċiżi minn Malta biex minflokhom ġew l-ingliżi. Ikteb l-ismijiet ta tnejn mill-vittmi Maltin ta dan l-irvell: i) ii) 6. Din il-lapida turina li xi darba l-gżejjer Maltin kienu maħkuma mill-franċiżi. Fil-fatt il-gżejjer Maltin kienu maħkuma minn ħafna qawwiet u pajjiżi barranin. Minbarra l-franċiżi semmi, żewġ pajjiżi barranin li xi darba kienu jaħkmu fuq il-gżejjer Maltin: i) ii) 7. Fl-istampa li qed tara fuq il-lemin hemm it-torri tal-għassa; hawnhekk kont issib il-gwardjani tal-imdina, dejjem lesti biex iżommu l-ordni fil-belt. i) Illum dan il-bini huwa magħruf bħala (il-katidral; il-foss; it-torri tal-istandard) ii) Illum il-ġurnata dan it-torri qiegħed jintuża bħala. Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 5

iii) Taħseb li dan it-torri huwa miżmum fi stat tajjeb, jew huwa mitluq u miżmum fi stat ħażin?. iv) Min taħseb li jista jgħin biex dan it-torri u bosta bini ieħor fl-imdina ikunu restawrati u miżmuma fi stat tajjeb? Agħżel minn dawn li ġejjin: (il-pulizija, il-kunsill lokali, is-suldati, il-ħaddiema tal-banek). 8. Fil-pjazza ta quddiem it-torri, tista tara wkoll palazz sabiħ. Ħares sew lejn dan il-palazz, idħol fil-bitħa sabiħa li għandu quddiemu. Dan il-palazz huwa mibni fuq stil importanti ħafna, jgħidulu l-istil BAROKK. Stil Barokk huwa stil li fih ħafna disinji u kumplikazzjonijiet. Fittex din l-informazzjoni fil-bitħa tal-palazz. i) Dan il-palazz inbena (mill-gran Mastru De Vilhena, mill-arċisqof ta Malta, mill-president ta Malta, mis-sindku tal-imdina) ii) Manoel de Vilhena kien (il-gran Mastru, il-president, il-prim Ministru) ta Malta li rranġa u sebbaħ ħafna l-belt tal-imdina. iii) Fl-istess Palazz illum insibu mużew importanti ħafna, dan huwa (il-mużew il-kbir, il-mużew tal-istorja Naturali, il-mużew Arkeoloġiku). iv) Dan il-mużew huwa importanti ħafna għal Malta għax (fih jaħdmu ħafna wejters, iżuruh ħafna turisti, fih jagħmlu l-eżamijiet tax-xjenza). Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 6

9. L-arma li qed tara fir-ritratt tal-lemin hija l-arma tal-gran Mastru De Vilhena. Żewġ postijiet fejn tista tara din l-arma huma: Mal-faċċata tat-torri tal-istandard Fuq wara tal-bieb tal-imdina Mal-Imdina Dungeons Mal-Għassa tal-pulizija Taħt il-bust ta De Vilhena mal-faċċata tal-palazz de Vilhena Mill-pjazza fejn qegħdin Pjazza San Publiju, ibqa nieżel fuq il-lemin, minn Triq Inguanez. Għandek issib pjazzetta ħelwa. 10. Hawn insibu l-post fejn jiltaqa l-kunsill Lokali tal-imdina llum. i) X jismu dan il-misraħ illum? ii) Liema uffiċjali minn dawn li ġejjin jiltaqgħu fil-bini tal-kunsill Lokali? (is-sindku, Ministri, kappillani, Kunsilliera, il-gran Mastru, Kavallieri). Inkomplu l-fieldwork.. Mill-pjazza ta quddiem il-kunsill Lokali ibqa sejjer lejn il-pjazza tal-katidral; fil-pjazza ħares sew madwarek u innota; fittex l-istampi li ġejjin u irrispondi l-mistoqsijiet dwarhom. Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 7

11. Ħares lejn dan il-bini li jidher fl-istampa tal-lemin. i) Illum, fl-imdina, ġewwa dan il-bini nsibu (l-mużew tal-katidral, l-palazz tal-gran Mastri, l-iskola tal-patrijiet ta San Pawl, l-armerija) ii) Dan il-bini fl-antik kien is-seminarju. Fis-Seminarju jitgħallmu dawk li bi ħsiebhom isiru (għalliema, suldati, sorijiet, qassisin). Illum is-seminarju qiegħed ir-rabat Malta. Dur fuq il-lemin u tiġi fi Pjazza San Pawl. 12. Fl-istampa tal-lemin jidher il-katidral ta Malta. Il-Katidral huwa l-knisja prinċipali tad-djoċesi Maltija. Il-Katidral ta Malta huwa ddedikat lil (San Pawl, Santa Marija, San Pietru, Sant Agata). Fl-1693 kien sar terremot Malta. Il-Katidral ġarrab ħsarat kbar. Ħares lejn ir-ritratt li hawn fuq il-lemin. Juri mudell tal-katidral kif kien qabel it-terremot. Qabbel bejn il-katidral kif inhu llum u kif kien dak iż-żmien. Semmi Żewġ tibdiliet li tista tinnota. i) ii) Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 8

Innota li l-pjazza ta quddiem il-katidral jisimha PJAZZA SAN PAWL. Itla l-pjazza kollha dahrek lejn il-katidral imbagħad ikser lejn il-lemin; it-triq li qbadt jisimha Triq Villegaignon; fuq ix-xellug ta Triq Villegaignon issib il-knisja Tal-Karmnu) 13. Il-Knisja tal-madonna tal-karmnu: Hawnhekk, fl-1798, meta Malta kienet maħkuma mill-franċiżi, il-maltin raw lill-franċiżi se jisirqu d-damask. Il-Maltin tant irrabjaw li bdew jiġġieldu lill-franċiżi biex ikeċċuhom minn Malta. Damu sentejn jiġġieldu sakemm irnexxielhom ikeċċu lill-franċiżi. L-istatwa li hemm fil-kantuniera turi (lill-madonna tal-karmnu, Sant Agatha, Santa Tereża). Kompli miexi Triq Villegaignon kif taqbeż il-knisja tal-karmnu, tara Palazz sabiħ bit-twieqi mibnija fuq stil Sikulu-Normann; dan il-palazz jismu PALAZZO FALSON. 14. PALAZZO FALSON: Palazzo Falson kienet dar privata li llum qiegħda f idejn il-fondazzjoni PATRIMONJU MALTI. Għal żmien twil kienet id-dar privata tal-kaptan Gollcher dan twieled fl-1889 u miet fl-1962. Kien il-kaptan Gollcher li laqqam din id-dar id-dar NORMANNA. Bosta turisti llum iżuru din id-dar biex jammiraw il-kċina, l-istudju, l-armerija, is-salott, il-kamra tal-ikel, il-librerija u bosta kmamar interessanti oħra. Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 9

TPENĠIJA: Sib xi ħaġa interessanti li qed tara madwarek u penġiha fil-kaxxa li ġejja. Tista tpenġi xi tieqa, pum ta bieb, ħabbata, gallarija, jew affarijiet oħra. Wara ikteb Kepxin ħdejn l-oġġett li penġejt. Ir-ritratt jurina triq dejqa fl-imdina. Probabbli rajt ħafna bħal din it-triq inti u ddur ġewwa l-imdina waqt dan il-fieldwork. It-toroq dojoq nistgħu nsejħulhom KARATTERISTIKA tal-imdina. 15. Liema minn dawn li ġejjin jistgħu jissejħu karatteristiċi tal-imdina? Immarka minn dawn: Post fejn niltaqgħu ma ħafna turisti. Darba kien hemm is-seminarju. Insibu l-akbar ċinema ta Malta. Djar mibnija fuq stil antik. Hemm ħafna garaxxijiet għax-xarabanks. Toroq dojoq. Bosta ġonna. Insibu l-katidral. Kompli miexi lejn il-wesgħa ta Sant Agata, jew kif inhi magħrufa Bastion Square (il-pjazza tas-sur). Hawnhekk issib pjazza ħelwa. Tista wkoll timxi ftit matul is-swar tal-imdina. Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 10

16. Ħares minn fuq is-swar tal-imdina. Bil-għajnuna tal-għalliem/a ikteb l-ismijiet ta tliet ibliet li qed tara minn fuq is-swar: i) ii) iii) Minn fuq is-swar, erġa lura u ikser fuq il-lemin, in-naħa ta Casa Del Tesoriere, u kompli miexi. Hemmhekk issib Triq l-imħażen. Imxi l isfel fi Triq l-imħażen, imxiha kollha sakemm tiġi fi Pjazza tal-mina tal-griegi. Oħroġ mill-imdina billi tgħaddi minn Bieb il-griegi. 17. X ħin toħroġ minn Bieb il-griegi tiġi (fil-foss, fil-pjazza tal-katidral, s-siġġiewi). 18. Taħt dawn iż-żewġ ritratti, ikteb: IL-BIEB PRINĊIPALI u BIEB IL-GRIEGI. 19. Liema hu l-eqdem, il-bieb Prinċipali jew Bieb il-griegi? B hekk ġejna fit-tmiem tal-fieldwork tagħna. Nittama li ħadtu gost tagħmluh u tgħallimtu bosta affarijiet interessanti fuq l-imdina Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 11

Mid-Dokument SSAR HANDBOOK numru 4 FIELDWORK L-istudenti tal-ħames Sena Primarja għandhom jagħmlu fieldwork ġo waħda mill-bliet antiki li ġejjin: L-Imdina Il-Birgu Iċ-Ċittadella Id-Dipartiment tal-kurrikulu u e-learning ħejja sett noti biex jintużaw waqt il-fieldwork. Dawn in-noti, minbarra li tpoġġew fuq il-fronter, qed jiġu stampati u mqassma lil kull student/a tal-ħames Sena. Filmati qosra dwar l-ibliet il-qodma tpoġġew fuq il-youtube biex l-għalliema u l-istudenti jkunu jistgħu jiffamiljarizzaw ruħhom mal-postijiet ta nteress imsemmija u mar-rotta li jsegwi l-fieldwork. Il-fieldwork għandu jitlesta sal-aħħar ta Jannar u jiġi assessjat mill-għalliema tal-ħames Sena fuq il-kriterji li ġejjin: Kriterji għall-assessjar Marki - massimu ta 20 a. parteċipazzjoni, il-ħila li ssegwi l-istruzzjonijiet 5 b. ħiliet ta osservazzjoni, identifikar u irrekordjar 5 ċ. l-interpretazzjoni tal-informazzjoni miġbura 5 d. Il-preżentazzjoni tad-dokument finali 5 TOTAL 20 Il-fieldwork jiġi assessjat minn massimu ta 20 marka. Il-marka tal-fieldwork tifforma parti mill-marka finali tal-istudji Soċjali fil-karta tal-eżami ta nofs is-sena. Tony Pace Marthese Mugliett Uffiċjal Edukattiv Primarja Għalliema tal-ħames Sena Ħajr lil: Edward Gilson Tpenġija fil-qoxra ta quddiem: Carmen Aquilina Pubblikazzjoni: EAU - DQSE Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 12