UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Similar documents
UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti.

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

X inhu l-koran Imqaddes?

Settembru 2011 Numru 82

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Każin tal-banda San Lawrenz

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

-uniformi, -żiemel, -xitwa, -nemus, -sena, -storja, - nanna, - frott, - spiżjar, -għalliema

Fava Woodworks Co. Ltd.

Awwissu 2011 Numru 81

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SEKONDARJA RABAT EŻAMIJIET TA NOFS IS-SENA. Isem: Klassi: Numru tar-reġistru:

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

Gwida għall-edukaturi fuq il-pedagoġija u l-assessjar. L-Użu tal-approach li jiffoka fuq il-kisbiet mit-tagħlim. Il-malti LIVELLI

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

Każin tal-banda San Lawrenz

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

Fava Woodworks Co. Ltd.

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

San Nikola ta Bari Isqof ta Myra

Każin tal-banda San Lawrenz

Luminaria. Nru. 107 Diçembru cover

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

Vol 36 Nru 188 April - Ġunju 2015

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

Victor. Ħbieb Ħuttaf! X għandna? editorjal. il-kumitat. il-kuntatt. il-klabb. mal-faċċata

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

Każin tal-banda San Lawrenz

Vol 35 Nru 185 Lulju - Settembru 2014

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

April 2013 Numru 101

BATHROOM CENliRE Electrical & Plumbing. Blue Grotto Ave., Żurrieq Teleohone:

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

ORESTE CALLEJA U l-anġlu Ħabbar...

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

RESULTS AND SCORERS Information compiled by Saviour Vella

Sant Agata Patruna ta Malta

LUMINARIA. GUNJU 15 NRU. 120

Linji Gwida dwar il-kummerċ mal-unjoni Ewropea (UE) Settembru 2015

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

werrej Sehem akbar għaż-żgħażagħ fil-ħajja pubblika... 4 L-ilsien Malti, ilsien żagħżugħ...11

Transcription:

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT MATRICULATION AND SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE EXAMINATIONS BOARD

AM IL-MALTI MAY 2010 SESSION EXAMINERS REPORT Grade A B C D E F Abs Total Number 29 87 192 47 57 25 28 465 % of Total 6.2 18.7 41.3 10.1 12.3 5.4 6.0 100.0 L-Ewwel Karta Il-komponiment Is-suġġetti kollha ntgħażlu għalkemm il-komponimenti bl-isem Mit-tieqa ta Kamarti (mistoqsija e) u Il-flus l-aħjar li tfaddalhom jew li tonfoqhom? kienu l-iktar li ntgħażlu. B mod ġenerali kien hemm xi ideat tajbin ħafna u kien hemm livell aħjar mis-snin ta qabel. Diversi ideat kienu oriġinali u miktubin b Malti idjomatiku, u fihom iddaħħlu diversi qwiel li jsaħħu l-argumenti. Ma naqsux xi nuqqasijiet. Ngħidu aħna fil-komponiment (a) ġieli ġiet irrakkontata storja li ftit li xejn tkun realistika u li ma tantx tikkonvinċi li l-imħabba ma tmut qatt. Dwar il-komponiment (b) xi kandidati ttrattaw iktar l-elementi tal-malti milli raġunijiet għala jistudjaw il-malti. Il-komponiment ta diversi kandidati kien mimli żbalji tal-grammatika u tal-ortografija. Dwar komponiment (d) ħafna mill-ideat kienu jixxiebħu ħafna u bi ftit oriġinalità. Fil-komponiment (e) kien hemm l-iktar varjetà ta ideat. Kien hemm diversi każi ta xeni ta kampanja jew ħajja tipika Maltija tal-imgħoddi. Il-komponiment (e) huwa l-inqas wieħed li ntgħażel, għalkemm dawk il-ftit li għażluh jidher li huma familjari malfilms. It-taqsira jew l-ittra Nistgħu ngħidu li kien hemm aktar kandidati li għażlu l-ittra milli t-taqsira. Kien hemm ħafna kandidati li marru tajjeb fit-taqsira. B mod ġenerali dwar l-ittra ħafna marru tajjeb x aktarx għax issuġġett tat-toroq huwa xi ħaġa li tiġbed l-attenzjoni ta ħafna. Ġeneralment il-kummenti kienu ta kritika għall-istat tat-toroq Maltin, u ftit li xejn kienu l-kummenti ta tifħir. Normalment il-format talittra ġie rispettat, għalkemm ma naqsux dawk il-ftit li ħallew barra l-indirizz tagħhom u kitbu biss l- indirizz tal-editur tal-gazzetta. Difett ikrah li deher huwa meta għadd mhux żgħir ta kandidati għalqu l-ittra b sentenzi bħal:...nirringrazzjak tal-ħin tiegħek u talli smajt il-fehma tiegħi. ;...grazzi tal-ispazju li offrejtli fil-gazzetta tiegħek... ;...nittama li tikkonsidra l-ittra tiegħi u tagħmel kull ma tista dwar din il-problema. Il-lingwistika Maltija Il-komponimenti tal-lingwistika kollha ntgħażlu għalkemm il-komponiment (b) dwar is-sintassi ma tantx kien imfittex. B mod ġenerali l-kandidati dehru ppreparati f kull mistoqsija. Għalkemm diversi marru tajjeb f mistoqsija (a), xi wħud tawlu wisq fuq l-iżvilupp tal-aspett tal-bilingwiżmu tul is-snin. Xi wħud spiċċaw li ftit li xejn ittrattaw l-istat attwali tal-bilingwiżmu f Malta. Filkomponiment dwar is-sintassi, fil-biċċa l-kbira t-tweġibiet kienu iktar notamenti milli komponiment kif għandu jkun. Il-komponiment dwar il-malti lsien imħallat kien l-aktar wieħed li weġbuh u ħafna wieġbu tajjeb. Kien hemm xi wħud li taw wisq tagħrif storiku dwar l-istorja ta Malta, u dan ma kienx relevanti għall-mistoqsija. Kien hemm min inħela wisq fuq l-element semitiku bla ma ttratta sew l-elementi rumanz u ingliż. Kien hemm xi ftit kandidati li ma saħħux l-argumenti tagħhom b eżempji xierqa. 2

Kummenti dwar il-kitba B mod ġenerali hemm numru mhux ħażin ta kandidati li kapaċi jesprimu ruħhom b Malti tajjeb u b ortografija tajba. Saħansitra kien hemm diversi li kitbu mingħajr żbalji xejn. Xi kandidati batew biex ifissru ruħhom bil-malti, waqt li ħafna oħrajn urew li huma kapaċi ħafna f dan il-qasam. Saħansitra kien hemm numru mdaqqas ta kandidati li wrew ħila li jiktbu b Malti idjomatiku kif għandu jkun. B danakollu din is-sena wkoll ma naqasx l-għadd ta kandidati, ukoll f dan il-livell, li għamlu ħafna żbalji tal-ortografija. Ta min jinnota dawn in-nuqqasijiet li dehru fil-kitba: Żbalji fis-sintassi bħal: il-malti hija lingwa (il-malti huwa lingwa); jiddependi fuq (jiddependi minn); jilgħab parti (jagħti sehem); grazzi għall-istorja (bis-saħħa tal-istorja); jagħmel użu minn (jinqeda); jiġi f kuntatt (jiltaqa ma ); jisfuma fix-xejn (jispiċċa għal kollox); aspetti li jiġu indirizzati (aspetti li jieħdu ħsiebhom); jattendi għall-esiġenzi (jieħu ħsieb ilbżonnijiet/ħtiġijiet). Interferenzi lingwistiċi bħal: tirriżulta, jattratta, ikkonċernat, jidħol fix-xena iddiskututi; immeżurabbli; introduċjujati; redikoluż; prodoċuti; inkoraġġuż; traduċati. Ortografija żbaljata ta ħafna partiċelli bħal: mill-lingwa (mil-lingwa), f skola (fi skola), minn naħa l-oħra (min-naħa l-oħra), għall-kliemhom (għal kliemhom). Ortografija żbaljata tal-pronomi mehmużin bħal: għandhu (għandu), minnha (minna) jew viċe versa, għalija flok għaliha; għandha flok għandna; kollhu (kollu); għajnejha flok għajnejja. Ortografija żbaljata ta diversi kelmiet li fihom jew ma fihomx għ jew h bħal: jagħlmu (jgħallmu), jitagħlmu (jitgħallmu), żagħżagħ (żgħażagħ), għar (agħar), ma nsemmgħux (ma nsemmux) niltaqgħa (niltaqa ), jilaqgħu (jilagħqu), jidrhu (jidhru), jilgħabu (jilagħbu), joqgħodu (joqogħdu), jittellaw (jittellgħu), jistaw (jistgħu), qedgħin (qegħdin), l-għena (lhena), imaxx (imgħax), jgħamlu ( jagħmlu), natu (nagħtu), mingħir (mingħajr), jinagħtaw (jingħataw), bagħtut (batut), joqgħodu (joqogħdu), jifmhu (jifhmu), ma setgħax (ma setax), tagħna (tana), erbgħa (erba ), nintaqgħa (niltaqa ), bettiegħ (bettieħ), xogħolijiet (xogħlijiet), nibdgħu (nibdew), jaqgħad (jgħaqqad), jaffeġ (jgħaffeġ), malgħajr (maljr), mogħod (mod). Ortografija żbaljata ta diversi kelmiet oħra bħal: tlitt snin (tliet snin), iġifieri (jiġifieri), ħabba (minħabba), kemm il-darba (kemm-il darba), prova (ipprova), mportanti (importanti), s- student (l-istudent), s-saltan (ssaltan) is-semma (issemma). Użu ħażin ta kliem fil-ġens jew fl-għadd bħal: reliġjon użata fil-maskil; il-kelma kliem użata fil-plural; persuna użata fil-maskil, sema użata fil-femminil. Użu ta kliem vulgari. Konklużjoni Minn dawn il-kummenti joħroġ ċar li għalkemm hemm għadd sabiħ ta studenti li qed joqogħdu attenti kif jiktbu l-malti, għad hemm oħrajn li għadhom jagħmlu ħafna żbalji elementari, l-aktar flortografija. Hemm numru żgħir ta kandidati li waqgħu f interferenzi lingwistiċi mit-taljan u mill- Ingliż.. Jimmeritaw kull apprezzament dawk il-bosta studenti li fittxu li jfissru ruħhom b lingwa ħajja u b ortografija mingħajr nuqqasijiet, l-aktar fil-komponiment ġenerali. Hawn deher tajjeb ħafna l-isforz kbir li sar mill-għalliema u minn bosta studenti. 3

It-Tieni Karta Taqsimiet A u B B mod ġenerali wieħed jista jgħid li din is-sena, aktar minn snin oħra kien hemm aktar kandidati li jidher li studjaw għax l-esejs li kitbu, kemm f Taqsima A kif ukoll f Taqsima B kienu ta livell sodisfaċenti. Dawn kienu kapaċi jiktbu b ċertu tul billi jikkummentaw u jargumentaw b mod dettaljat dwar it-tema li għażlu li jiktbu dwarha. Anki r-referenzi u l-kwotazzjonijiet li bihom riedu jsaħħu l-kitba tagħhom kienu adattati u preċiżi. Rigward l-għażla tal-mistoqsijiet deher li f Taqsima A donnha ntgħoġbot aktar l-ewwel mistoqsija, dik dwar l-identità ta Poplu, milli t-tieni waħda li kienet dwar l-ambjent Naturali. F Taqsima B, ittieni mistoqsija dwar It-Tiġrib tal-ħajja, ntgħażlet ftit aktar mill-ewwel waħda li kienet dwar L- Esperjenza Reliġjuża. Ħafna kandidati wrew li l-poeżija ma humiex midħla tagħha. Dan irriżulta f esejs qosra ħafna, dgħajfa, b argumenti u kummenti sempliċi wisq li xejn ma jixirqu lil dan il-livell. Dawn il-kandidati donnhom għandhom l-idea li dan is-suġġett titgħallmu biss min-noti li jagħtuhom l-għalliema u għalhekk jippruvaw jitgħallmuhom bl-amment. Billi ħafna minn dawn in-noti jikkonsistu biss filħsibijiet tal-aktar poeżiji importanti, il-kandidati, għalkemm jagħrfu liema huma dawk il-poeżiji relatati mat-tema, flok jikkummentaw jew jargumentaw, jagħtu biss sensiela ta ħsibijiet tal-poeżiji u fejn jiftakru jagħtu xi kwotazzjoni. Dawn urew li ma jafux jiktbu komponiment letterarju imma ddependew wisq fuq in-noti li ngħataw. Wieħed jista jsemmi diversi difetti serji li ma tistennihomx minn studenti tal-livell avvanzat: L-agħar wieħed hu meta kandidat juri li ma jafx jesprimi ruħu tajjeb, bħal wieħed li jrid jgħid xi ħaġa u ma jafx x se jaqbad jgħid jew ma jafx kif. Ħafna minn dawn il-kandidati kitbu dak li ġiehom f moħħhom bla ma lanqas biss ħasbu jew ippjanaw ftit qabel bdew jiktbu. Issib minnhom li għalkemm ikunu jwieġbu mistoqsija ta taqsima, idaħħlu poeti u xogħlijiet tat-taqsima l-oħra. Ħafna tweġibiet kienu qosra wisq għal dan il-livell. Mhux aċċettat li fi tweġiba l-kandidat jagħmel referenza għal erba jew ħames poeżiji biss u ħlief ħjiel tal-ħsieb ma jagħtix. Wieħed irid isemmi wkoll it-taħwid ta poeżiji u poeti u kwotazzjonijiet ineżatti u xi drabi vvintati. Il-kitba u l-espressjoni ta xi wħud kienet tassew fqira. Diversi kandidati kellhom żbalji serji ħafna fl-ortografija u fis-sintassi. Għalihom il-punteġġjatura donnha ma teżistix. Dawn ilkandidati wrew ċar li ma studjaw xejn. Il-livell ta dawn il-kitbiet lanqas hu aċċettabbli għall-eżami taċ-ċes, aħseb u ara għal-livell avvanzat. Fost eżempji ta dan it-tip kien hemm dawn: Marjanu Vella fil-poeżija tiegħu Ħoreb isemmi l-ġrajja ta Mosè fuq il-muntanja meta rċieva l-għaxar sagramenti ; Għar Dalam ħareġ u kiber minn ġol-baħar ; F poeżija oħra ta Ġorġ Pisani Ħaġar Qim hemm element tal-patrijottiżmu għaliex jissemgħu n-nisa li kienu sejrin fix-xelters biex jistkennu mill-bombi ; Il-poeti tal-ewwel nofs tas-seklu għoxrin għamlu minn kollox biex jiddefendu lil art twelidhom, saħansitra anki xerrdu demmhom biex jaraw lil Malta ħielsa mill-ħakkiema. Difett komuni kien jikkonċerna l-argumenti tajbin li ma kinux żviluppati kif jixraq għal dan il-livell avvanzat. Ħasra li ħafna kandidati kienu xotti u limitati wisq fl-analiżi tal-poeżiji li bihom riedu jsaħħu l-argument li kienu qed jiktbu dwaru. Kienu jġibu aktar marki kieku elaboraw aktar it-tweġibiet tagħhom. 4

Xi wħud dehru li kienu tgħallmu diversi kwotazzjonijiet bl-amment u akkost ta kollox riedu jdaħħluhom fl-esej allavolja kienu irrelevanti għall-argument. Taqsima Ċ Il-maġġoranza tal-kandidati għażlu l-ewwel poeżija, dik ta Charles Bezzina Qiegħed Nhewden u Naħseb. Kien hemm diversi esejs tajbin li għamlu stħarriġ kritiku dettaljat kif talbet minnhom ilmistoqsija. Dawn il-kandidati wrew li kienu tħarrġu sew fil-kritika letterarja għax kitbu dwar l- aspetti ewlenin tal-kritika ta poeżija f dak li għandu x jaqsam max-xejriet tematiċi u stilistiċi tagħha. Dawn huma kandidati li jistħoqqu kull apprezzament u tifħir. Min għażel il-poeżija l-oħra Idejn ta George Zammit aktarx għotor għax ma fehemx id-diversi allużjonijiet li fiha. Kważi ħadd ma semma li Zammit irrefera għall-ħajja Maltija u d-drawwiet ta żmienu. Min imur tajjeb f din it-taqsima jurik kemm verament ikun studja u tgħallem is-suġġett. Dan għaliex dik il-poeżija ma jkunx raha jew spjegahielu xi ħadd qabel. Dak li l-kandidat jikteb ikun tabilħaqq prodott tiegħu u hemm juri l-ħila tiegħu fil-kritika letterarja għax japplika dak li tgħallem fl-analiżi li jagħmel tal-poeżija. Hemm bżonn li l-istudenti jaqraw aktar kitbiet ta kritika letterarja. Ħafna ma jafux kif jorganizzaw il-kitba ta esej ta din it-taqsima. Xi kandidati filli jkunu qed jiktbu dwar il-ħsieb tal-poeżija, meta f daqqa waħda jgħidu xi ħaġa dwar il-metrika fl-istess nifs. Jidher li dawn jibdew jiktbu bla ma jaħsbu qabel. Difett komuni kien dak li ħafna mxew strofa strofa u rriduċew il-kitba tagħhom għal waħda tedjanti. Kien hemm min fisser biss fi kliemu l-poeżija u ma kiteb xejn dwar ix-xejriet stilistiċi tagħha. Oħrajn insew jgħidu xi ħaġa dwar il-metrika filwaqt li xi wħud saħansitra żbaljaw fl-għadd tal-istrofi jew fl-għadd tas-sillabi fejn anki wrew li għadhom lanqas tgħallmu kif ikejlu l-versi sempliċi ta poeżija tradizzjonali. Oħrajn fittxu l-figuri tad-diskors u l-esej tagħhom kien jikkonsisti f lista ta dawn il-figuri tad-diskors. Konklużjoni Ħaġa li għandha tissemma hi ċ-ċerta traskuraġni li minn sena għal oħra donnha qiegħda tikber. Din dehret mhux biss fil-preżentazzjoni tat-tweġibiet fejn ġieli lanqas tagħraf il-kitba għax ilkaligrafija hija orribbli, imma l-aktar fin-nuqqas ta punteġġjatura jew f punteġġjatura bl-addoċċ (eż. marki dijakritiċi mħollija barra, ismijiet bl-ewwel ittra mhix kapitali u difetti oħra li wieħed ma jistennihomx minn student li ilu jikteb bil-malti għal aktar minn tnax-il sena u meta jaf li qiegħed jagħmel l-eżami biex jingħata ċertifikat tal-livell avvanzat). Il-kandidati li marrru tajjeb jirriflettu l-fatt li tant għalliema u tant studenti ħadmu bis-sħiħ biex jintlaħaq il-livell xieraq f dan l-eżami. Kelma ta apprezzament kbir tmur lill-għalliema u lillkandidati li ħadmu ħafna biex jinkisbu riżultati tajbin. It-Tielet Karta Taqsima A - Id-Drama Il-parti l-kbira tal-kandidati ppreferew jiddiskutu d-dramm ta' Diacono. Il-parti l-kbira tal-kandidati li wieġbu fuq Ebejer marru tajjeb u dawk li ma tantx marru tajjeb ġralhom l-istess f'taqsimiet oħra tal-karta. Minn dawk li wieġbu fuq Diacono 17% biss ġabu minn 7 sa 9 marki filwaqt li 38% minn dawk li wieġbu fuq Ebejer ġabu minn 7 sa 9 marki. Mhux il-kandidati kollha fehmu sewwa l- funzjoni ta' Selima u t-tifsira simbolika. Mhux il-kandidati kollha taw lill-karattru ta' Pawlina l- importanza li tixraqlu. Tnaqqsu l-marki minħabba l-ortografija u l-iżbalji grammatikali jew l- istruttura, nuqqas ta' siltiet u eżempji biex isaħħu dak li ddiskutew, ripetizzjoni ta' ideat, nuqqas ta' bilanċ, narrazzjoni tal-plot, ħruġ barra mis-suġġett. Jidher li għadd kbir ta' studenti jirriproduċu n- noti li jingħataw fil-lezzjonijiet u biċċiet minnhom ma jafux jagħżlu minnhom skont x'tirrikjedi l- 5

mistoqsija. Ħafna mill-konklużjonijiet huma batuti u ma jaslux jagħlqu fuq nota qawwija li turi l- konvinzjoni tal-kandidati. Taqsima B - In-Narrattiva Il-mistoqsijiet kienu jitolbu li tkun mistħarrġa tema, jew ir-relazzjonijiet ta' karattru. Il-parti l-kbira tal-kandidati ppreferew jiddiskutu r-rumanz ta' Sammut iktar minn l-antoloġija ta' novelli. Imma aktar min-nofs ta' dawk li għażlu lil Spiteri ġabu marka tajba filwaqt li 22% ġabu marka tajba f'mistoqsija 1 u 17% f'mistoqsija 2. Apparti fil-kitba tal-malti, intilfu l-marki fil-binja tal-esej u n- nuqqas ta' bilanċ fid-diskussjoni. Jidher li dan it-test fil-parti l-kbira nqara. F'mistoqsija 1 għadd ta' kandidati spiċċaw jirrakkontaw l-istorja u f'mistoqsija 2 ftit kienu dawk li ħarġu l-karattru ta' Fredu fir-relazzjonijiet mal-oħrajn kif suppost u l-konnessjoni ma nħolqitx. F'mistoqsijiet 3 u 4 in-novelli ma kinux mistħarrġa biżżejjed u lanqas ma ngħataw eżempji biżżejjed. Ħafna kandidati kitbu dak li studjaw bl-amment. Taqsima Ċ - Il-Kritika Letterarja Silta 1 li kienet iktar impenjattiva minn silta 2 intgħażlet minn 38% tal-kandidati li minnhom 55% ġabu marka tajba u silta 2 minn 62% li minnhom 36% ġabu marka tajba. F'mistoqsija 1 kien ikun xieraq li l-kandidati jsemmu l-konnessjoni mat-tradizzjoni reliġjuża u artistika popolari, il-ħafna linji tal-ħsieb għaddejja minn moħħ il-karattru ewlieni, kienx hemm żewġ irġiel f'ħajjitha, il-bidla u l- egoiżmu. Il-ħarsa retrospettiva tal-karattru fuq l-imgħoddi tiegħu kif ukoll il-bidla qegħdin fil-qofol ta' silta 2. Fiż-żewġ siltiet il-pellegrinaġġ tal-ħajja ma ssemmiex mill-kandidati. Uħud millkandidati ma tawx kummenti kritiċi imma qalu s-silta fi kliemhom. Kien hemm xi ftit kandidati li jafu kif għandha tkun mistħarrġa u apprezzata silta ta' proża. Marka tajba tfisser li l-kandidati għarfu t- temi u l-elementi tal-karatterizzazzjoni u esplorawhom sewwa, b'mod relevanti, ħaddmu xi terminoloġija tal-kritika u esprimew ruħhom b'mod ċar u b'tul xieraq u bl-użu ta' punteġġatura f'postha. Apparti żbalji bażiċi bħall-"għ"/ "h" mhix f'postha jew maqbuża, il-konsonanti doppji mħollija barra, l-"ie" fejn jimxi l-aċċent, pronomi mehmużin, nomi li jispiċċaw "-azzjoni" u aġġettivi li jispiċċaw "- abbli" bil-konsonanti d-doppja nieqsa, plurali miksurin b'konsonanti żejda, inkonsistenza flortografija, idjomi użati ħażin - "fejn laqat ħabat", "qabżitilha", biċċa idjoma jgħaqqduha ma' biċċa oħra li turi li la jafu l-waħda u lanqas l-oħra, ma jafux id-differenza bejn "sar", "ġara" u "seħħ", l- użu tal-5, is-6 u s-7 forma tal-verbi, kaligrafija impossibbli li tagħrafha, jidher li xi wħud millkandidati mhumiex esposti għal Malti tajjeb u mexxej u ma jaqrawx u jiktbu bil-malti kemm suppost biex jilħqu livell xieraq fis-suġġett. Xi wħud mill-kandidati kitbu fil-qosor għax ibatu biex jiktbu bil-malti, mhux għax ma kinux jafu s- suġġett, imma xorta jitilfu l-marki. Jidhru wkoll interferenzi mill-ingliż u fl-aħħarnett ħafna impreċiżjonijiet li jiżvelaw li mhux il-kandidati kollha jkunu qraw it-testi sħaħ imma n-noti biss. Minnaħa l-oħra jixraq kull apprezzament lill-istudenti u lill-għalliema li ħadmu biex f din il-karta wkoll intlaħaq il-livell xieraq. Iċ-Ċerpersin Il-Bord tal-eżaminaturi Mejju 2010 6