INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

Similar documents
INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2010 AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

Każin tal-banda San Lawrenz

Każin tal-banda San Lawrenz

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

X inhu l-koran Imqaddes?

LUMINARIA. GUNJU 15 NRU. 120

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM

Awwissu 2011 Numru 81

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

Każin tal-banda San Lawrenz

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Settembru 2011 Numru 82

Fava Woodworks Co. Ltd.

9638/17 MIR/pmf 1 DGE 1C

Fava Woodworks Co. Ltd.

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

BATHROOM CENliRE Electrical & Plumbing. Blue Grotto Ave., Żurrieq Teleohone:

FRAR 2012 SIGNUM FIDEI 1

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

Każin tal-banda San Lawrenz

Kulhadd. F din il-harga IDHOL MEMBRU FIL -HAMRUN SPARTANS F.C. We re on the Web. Mail to : xahar. Dan ix-xahar. Hamrun Spartans F.C.

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Luminaria. Nru. 107 Diçembru cover

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

G. Borg Olivier Street, Sliema SLM 12. \J Telepħone

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

WERREJ 01. EKONOMIJA XOGĦOL INFRASTRUTTURA TRASPORT ENERĠIJA GĦAWDEX SOĊJETÀ LI TAĦSEB F'KULĦADD 76

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf

Editorjal. U ma kellux il-messija jbati dan kollu u hekk jid ol filglorja tieg u? (Lq 24,26) MIET BIEX JAGÓTINA L-ÓAJJA MARIO CURMI

Sant Agata Patruna ta Malta

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

werrej Sehem akbar għaż-żgħażagħ fil-ħajja pubblika... 4 L-ilsien Malti, ilsien żagħżugħ...11

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

IS-SEBA HADD TAL-GHID TLUGH IL-MULEJ FIS-SEMA, LAPSI 2015

ForzaNazzjonali.com. JIEN NAGĦŻEL malta

Passaport Ewropew għaċ-ċittadinanza Attiva

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti.

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

Vol 35 Nru 185 Lulju - Settembru 2014

Il-KESE isejjaħ għal programm ġdid ta azzjoni soċjali sabiex jiġu ffaċċjati realtajiet ġodda Għeżież qarrejja, EDITORJAL

Linji Gwida dwar il-kummerċ mal-unjoni Ewropea (UE) Settembru 2015

San Nikola ta Bari Isqof ta Myra

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

G aqda MuΩikali Vittorja - Naxxar Festa 2007

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

tal-mulej Programm ta implimentazzjoni ta proposti tas-sinodu Djoçesan fil-qasam tal-pastorali tal-media

EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja.

... ~ ~ ~ ~ ... ~ ... ; ; ; ; f and Philips Dealers Throughou"t l ; ; ; i. . i. ;. i J PHILIPS ~ ~ j PHILIPS SHOWROOMS j

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

April 2013 Numru 101

Nru. 90 April - Ìunju 2018

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

Il-Presepju. Fuljett ma ru mill- GÓAQDA ÓBIEB TAL-PRESEPJU - MALTA c/o 56, Amaltea, Triq il-marg, Attard ATD Malta. Óar a Nru.

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

Protest Gudizzjarju ta Liam Debono detentur ta karta tal-identita numru L;

L-Avveniment taż-żgħażagħ. Ewropew. Rapport EYE2018. L-Ewropa ssemma' leħinha! 100 idea għal futur aħjar

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

Luminaria Nru. 88 Marzu

Transcription:

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 IKUN MFAĦĦAR ĠESU KRISTU! AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA ISTITUT KATTOLIKU FLORIANA FRN 1441 TEL: 21 222239/21 237031 Website: www.akmalta.org Email: infosheet@akmalta.org DIĊEMBRU 2010 NUMRU 260 N E W S P A P E R P O S T Il-Presidenza Generali, Il-Membri tad-direttorju u d-dirigenti Centrali Jixtiequ jaghtu l-awguri sincieri ghall-milied Qaddis u s-sena Gdida mimlija rizq u barka lid-dirigenti Parrokkjali, Assistenti Ekklezjastici, lill-membri kollha tal-azzjoni Kattolika Maltija u l-familjari, Benefatturi, lill-familja kbira tal-morda u dawk b Dizabilità, Lill-Anzjani, b mod specjali dawk tad-dar Familja Mqaddsa, Naxxar u lil kulhadd. 1

AZZJONI KATTO L IK A MAL TIJA IN FO R MATI ON SHEET D IC EMB R U 2010 MADWARNA Assistent Ekkleżjastiku Ġdid għaż-żak Nagħtu merħba lil Fr. Reuben Gauci u nilqgħuh fil-familja kbira tal-azzjoni Kattolika Maltija. Bħala Assistent Ekkleżjastiku taż-żak Fr. Reuben ser ikun qed jassisti pastoralment lilladoloxxenti u liż-żgħażagħ tagħna fil-ħajja u l-ħidma tagħhom fil-gruppi li għandna mmexxija miż-żak f diversi parroċċi. Abbonament Ħuġġieġa Inħeġġeġ lill-membri taċ-ċirkoli kollha biex jieħdu ħsieb jabbonaw fil-ħuġġieġa. Din isservi ta gwida għal-laqgħat li jsiru ta kull ġimgħa kif ukoll għal-irtiri. Id-Delegata Stampa Tajba jew il-president ta kull ċirkolu għandhom jieħdu ħsieb jaraw li kull membru tabbona biex ikollha kopja tal-ħuġġieġa. Din hija rivista maħruġa uffiċjalment mill-azzjoni Kattolika Maltija għall-membri tagħha u jekk ngħidu li aħna membri impenjati fl- AKM għandu jkollna kopja f idejna. Leħen is-sewwa u Tagħna t-tfal Infakkar li dawn huma żewġ gazzetti maħruġa mill-akm, waħda hija l-unika gazzetta reliġjuża li għadha tiġi ppubblikata u toħroġ kull ġimgħa; filwaqt li l-oħra hija gazzetta ta kull xahar mimlija tagħrif, tagħlim u logħob għat-tfal. Ħudu ħsieb li tabbonaw intom u lit-tfal jew neputijiet tagħkom. Festa ta Kristu Re L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P għamel żewġt appelli fid -diskors li għamel fil-festa ta Kristu Re. L-Arċisqof appella sabiex kull Nisrani jimxi fuq l-eżempju ta Ġesù. Aċċenna wkoll għal fatt li kull bniedem għandu jiġi mogħti d-dinjità li ħaqqu u dan qal nistgħu niksbuh biss jekk aħna naraw lilna nfusna fihom. It-tieni appell kien li t-tagħlim neżerċitawh u nippruvaw noħolqu bidla fejn hu possibbli. Dan għandu jkun l-għan prinċipali ta kull nisrani, cioè li jirrappreżenta lil kull min hu batut. B hekk veru neżerċitaw eżempju nisrani - dak li ma nibqgħux passivi quddiem it-tbatija ta ħaddieħor iżda nagħtu kas ta min hu fil-bżonn. Dan id-diskors huwa rifless sewwa fil-viżjoni u l-missjoni tal-akm li ppreżentajna fl-assemblea Ġenerali. 2

AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 Fil-Viżjoni nsibu li l-imseħbin tal-azzjoni Kattolika Maltija: Ifittxu wiċċ il-mulej f umanità sfigurata mit-tbatija u l-inġustizzja. (Kontemplazzjoni u impenn soċjali) - KRISTU FIL-FQIR. Fil-Missjoni nsibu li l-imseħbin tal-azzjoni Kattolika Maltija: Bix-xhieda u l-ħidma tagħhom jgħinu lil ħuthom jiltaqgħu m Alla u jilqgħuh f ħajjithom, b mod speċjali f impenn favur il-ġustizzja u servizz ta mħabba lill-fqar. (Niżirgħu l-fidi filwaqt li naħdmu għall-ġustizzja)-impenn FAVUR IL-FQAR. Inħeġġiġkom tiddiskutu aktar fil-fond fuq dawn iż-żewġ punti. Carmen Agius President Ġenerali TESSERAMENT ĊENTRALI is-sibt 8 ta Jannar 2011 fis-6.00 ta filgħaxija Sala Mons. Gonzi, Istitut Kattoliku, Floriana NIBDEW B QUDDIESA LI FIHA JSIR IT- TESSERAMENT TAD-DIRIĠENTI ĊENTRALI WARA NAQSMU FLIMKIEN IX-XEWQAT TAJBA GĦAS-SENA L-ĠDIDA. 3

AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA INF ORMATION SHEET DICEMBRU 2010 ATTIVITAJIET GĦAX-XAHAR TA DIĊEMBRU 2010 Ħamis 2 Fergħa Nisa Kunsill Ċentrali - 9.30 ta' filgħodu - Istitut Kattoliku Ħamis 2 Fergħa Xebbiet Kunsill Ċentrali - fis-6.00 ta' filgħaxija- Istitut Kattoliku Ġimgħa 3-5 ŻAK Live-in ŻAK B Kara Sibt 4 ŻAK BREAK FREE - Quddiesa organizzata miż-żak Ibraġ Ħadd 5 Fergħa Xebbiet High Tea Ħamis 9 Fergħa Nisa Laqgħa Soċjali Romol - dettalji f pagna 6 Ħamis 9 Fergħa Xebbiet Rtir tal-avvent, St. Joseph Retreat Home, Rabat Ġimgħa 10-13 ŻAK ŻAK Hal Tarxien & ŻAK Żabbar live-in Tlieta 14 Direttorju Laqgħa fis-6.00 ta' filgħaxija Erbgħa 15 Ħidma Morda Laqgħa tal-kummissjoni fis-6.00 ta filgħaxija Ħamis 16 Fergħa Nisa Skola tal-appostolat - 9.30 ta' filgħodu - Istitut Kattoliku Ġimgħa 17 Fergħa Rġiel Kunsill Ċentrali - fil-5.30 ta' filgħaxija. Wara laqgħa soċjali għall-membi kollha f Sala Dandria fis-6.00. Ħadd 19 ŻAK Support Group - 7.30 ta filgħaxija - Dar Nazaret Tlieta 28 ŻAK End of Year Activity - Step 2011 JANNAR 2011 Ħamis 6 Fergħa Nisa Kunsill Ċentrali - 9.30 ta' filgħodu - Istitut Kattoliku Ħamis 6 Fergħa Xebbiet Kunsill Ċentrali - fis-6.00 ta' filgħaxija- Istitut Kattoliku Sibt 8 Diriġenti Kollha Tesserament Ċentrali - Sala Mons. Gonzi - fis-6.00 ta filgħaxija 4

AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 ĦINIJIET TAL-FTUĦ TAS-SEGRETERIJA TAL-AZZJONI KATTOLIKA FL-ISTITUT KATTOLIKU FLORIANA MATUL IL-ĠRANET TAL-MILIED:- 24 ta Diċembru jiftaħ sas-1.00 ta wara nofsinhar 31 ta Diċembru jiftaħ sas-1.00 ta wara nofsinhar AMMINISTRAZZJONI ĊENTRALI FILWAQT LI NIXTIEQU NAWGURAW LILL-MEMBRI KOLLHA MILIED ĦIENI U SENA MIMLIJA RISQ NIX- TIEQU NFAKKRU LIL PRESIDENTI TAĊ-ĊIRKOLI BIEX JGĦADDU L-INFORMAZZJONI LI TINSAB FL- INFORMATION SHEET LILL-MEMBRI KOLLHA. GRAZZI TAL-GĦAJNUNA!!! 5

AZZJONI KATTO L IK A MAL TIJA IN FORMATIO N SHEET D IC EMB R U 2010 SEGRETARJAT ASSISTENZA SOĊJALI TAL-AZZJONI KATTOLIKA Objettivi tal-ħidma tas-sas għal matul din is-sena Soċjali 1 Inkunu parti mill-pjan ta Alla Il-Pjan ta Alla għal kull wieħed u waħda minna huwa ħafna drabi misteru. Imma ħaġa waħda hi żgura li Alla jridna nużaw b mod sħiħ ir-rigali kollha li tana. L- imħabba tagħna lejn Alla hija imkejjla b kemm aħna lesti li nħobbu lil xulxin kif inħobbu lilna nfusna u li nagħmlu r-rieda ta Alla f kollox. Din għandha tkun kuljum il-viżjoni tagħna matul din is-sena u dejjem. 2 Integrati b mod sħiħ fil-programm tal-azzjoni Kattolika Is-SAS se jkun preżenti fl-iżviluppi li se jseħħu hekk kif l-azzjoni Kattolika Maltija din is-sena se twettaq fil-prattika dak li ġie diskuss dan l-aħħar xhur b mod intensiv f diversi fora tal-a.k.m. bl-għan li jiġu evalwati diversi ħidmiet tal-a.k.m. Is-SAS se jkun kontinwament preżenti wkoll fil-programm kif ikun imfassal mid-direttorju tal-azzjoni Kattolika. 3 Fi ħdan id-djoċesi ta Malta u fil-komunità kollha Is-SAS huwa konxju ħafna mill-ħtieġa li naħdmu kemm jista jkun mill-viċin u flimkien ma entitajiet oħra fid-djoċesi li jaħdmu fl-appostolat tal-karità u ħidma soċjali. Il-Kunsill Caritas huwa l-ogħla organu fil-knisja f dan l-aspett u l-preżenza tas-sas hija kontinwa u attiva. Kontinwament ukoll il-parteċipazzjoni tas-sas mal- Istituzzjonijiet Governattivi u NGO s fejn tidħol il-ħidma soċjali u karitattiva. 4 Formazzjoni Huwa assolutament indispensabbli li nkunu iffurmati sewwa biex naqdu lill-bniedem fil-bżonn. Mal-motivazzjoni spiritwali tagħna jrid ikun hemm dejjem ilpreparazzjoni u t-tagħlim biex is-servizz ikun kemm jista jkun tajjeb. 5 Kuntatt maċ-ċirkoli tal-a.k.m. fil-parroċċi L-iżvilupp tal-kummissjoni Djakonija fil-parroċċi bidlet xi ftit jew wisq il-kuntatt tagħna mal-livell parrokkjali. Għal din ir-raġuni se jsir sforz biex ikun hemm kuntatt aktar mill-viċin maċ-ċirkoli tal-a.k.m. fil-parroċċi. 6 Advocacy Hija responsabbiltà ta kull min għandu rieda tajba li jressaq quddiem l-awtoritajiet sitwazzjonijiet soċjali li qed iġibu tbatija lil xi individwu u/jew faxex fis-soċjetà li ma jkunux qed iżommu l-pass mal-progress soċjali. Is-SAS se jkun attiv f din iddirezzjoni. 7 It-Tagħlim Tal-Knisja Universali fuq temi soċjali jikkumplimentaw l-ispirtu evanġeliku li huwa l-ispirtu tal-mulej. Naraw li l-membri SAS u kull membru tal- A.K.M. jfittex li jkun midħla sewwa ta dan it-tagħlim Soċjali. 8 Insaħħu l-istrutturi tas-sas biex is-servizz ikompli jitjieb. 6

AZZJONI KATTO L IK A MAL TIJA IN FORMATIO N SHEET D I C EMB R U 2010 SEGRETARJAT ASSISTENZA SOĊJALI TAL-AZZJONI KATTOLIKA Quddiesa ta Radd il-ħajr u Laqgħa bejn il-ħbieb Nhar il-ġimgħa 10 ta Diċembru, 2010 Bħal ma nagħmlu ta kull sena fi żmien il-festi tal-milied u l-bidu tas-sena l-ġdida, din is-sena wkoll, se norganizzaw Quddiesa ta Radd il-ħajr u laqgħa bejn il-ħbieb u l-familjari sabiex filwaqt li nirringrazzjaw lil Alla għall għajnuna tiegħu matul is-sena li għaddiet, niltaqgħu ftit bejnietna u nawguraw l-isbaħ xewqat lil xulxin. Din il-laqgħa se ssir nhar il-ġimgħa 10 ta Diċembru, 2010 fis-6.30 ta filgħaxija fis-sala Mons. Dandria, l-istitut Kattoliku, Floriana. Kalendarju b informazzjoni u Ħidma li qed titwettaq mis-s.a.s. Għadu kif ħareg il-kalendarju S.A.S. għas-sena 2011 b informazzjoni, programm u ħidma li qed titwettaq mill-istess S.A.S. ma ħutna filbżonn. Min jixtieq aktar kopji ta dan il-kalendarju jistà jċempel l- Uffiċċju Ċentrali fuq in-numru tat-telefon: 21 220286. HIGH TEA GĦALL-ANZJANI TAD-DJAR TAL-KNISJA Is-SAS jorganizza dan il-high TEA bil-kollaborazzjoni tal-uffiċċju Ċentrali tad-djar tal-knisja tal-anzjani. Dan se jsir fit-topaz HOTEL - Bugibba nhar il-ġimgħa, 7 ta Jannar 2011 fl-3.45 ta filgħaxija. Ikun hemm ukoll programm ta varjetà. SERVIZZ BIL-MINIBUSES Nixtiequ nappellaw b mod partikulari lil dawk il-parroċċi li qatt s issa ma għamlu użu minn dan is-servizz. Araw fil-parroċċa fejn hemm anzjani li ma joħorgux minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Ibbukkjaw ħarġa biex huma wkoll iħossuhom parti mill-komunità. Ċemplu fuq 21 226920 u ħallu MESSAĠĠ fuq l-answering Machine u s-sur Theuma jċempel lura hu stess jew fuq il-mobile No: 99452768 (Joe Theuma Driver). F każ ta diffikultà ċemplu l-uffiċċju SAS 21220286 u agħmlu l-booking tagħkom 7

AZZJONI KATTO L IK A MAL TIJA IN FORMATIO N SHEET D IC EMB R U 2010 KUMMISSJONI ROMOL se torganizza Laqgħa Soċjali Nhar il-ħamis 9 ta Diċembru, 2010 Fil-Canifor Hotel, Qawra PROGRAMM 10.00 a.m. Tluq minn fejn l-istitut Kattoliku, Floriana 10.45 a.m. Quddiesa fil-knisja ta San Guzepp Ħaddiem, ix-xemxija 12.00 p.m. Ikla Buffet fil-canifor Hotel, Qawra (tazza nbid jew luminata inklużi) 3.00 p.m. Tluq lura lejn id-dar. Il-ħlas huwa ta EUR 19.00 inkluż it-trasport u EUR 16.00 bla trasport. Il-booking isir it-tnejn 6 ta Diċembru 2010 mill-10.00 am sal-5.00 p.m. Għal aktar dettalji tistgħu tikkuntattjaw lil Ms Georgina Zammit fuq in-numru tat-telefon 21 694980 jew lil Ms Inez Mizzi fuq in-numru tat-telefon 21 496828. Nisperaw li narawkom!!!! 8

AZZJONI KATTO L IK A MAL TIJA IN FORMATIO N SHEET D I C EMB R U 2010 TINSIEX IĠĠEDDED L-ABBONAMENTI TIEGĦEK FIR-RIVISTI TA L-AZZJONI KATTOLIKA Abbonament Huġġieġa mill-bookshop - EUR 5.50 Abbonament Ħuġġieġa bil-posta - EUR 6.00 Leħen is-sewwa - EUR 20.00 Imla l-formula ta hawn taħt u ibgħatha sat-18 ta Diċembru 2010 flimkien mal-ħlas lil: Azzjoni Kattolika Maltija, Attn: Ms Helma Vella, Librerija Azzjoni Kattolika, Istitut Kattoliku, Floriana FRN 1441 ABBONAMENT GĦAS-SENA 2011 Isem u Kunjom:... Indirizz:...... Numru tat-telefon/mobile u imejl:... Immarka fejn japplika għalik: Abbonament fil-ħuġġieġa mill-bookshop tal-a.k.m. ( 5.50) Abbonament fil-ħuġġieġa bil-posta fl-indirizz ta hawn fuq ( 6.00) Abbonament fil-leħen is-sewwa għas-sena 2011 ( 20.00) Din l-informazzjoni hija kunfidenzjali u mhux se tingħata lil terzi persuni. 9

AZZJONI KATTO L IK A MAL TIJA IN FORMATIO N SHEET D IC EMB R U 2010 FERGĦA KOPPJI MIŻŻEWĠIN Għeżież Paci fl-art lil bnedmin ta Rieda Tajba. Hekk kantaw l-angli fil-lejl li twieled Ġesù Bambin ġo għar f maxtura. Ir-Re tar-rejiet twieled fqir fost il-bhejjem biex isaħħnuh. Jien u int ser inħalluh jitwieled fostna, fost ħutna foqra u għajjiena bil-miżerji u l-mard fost l- inġustizzji u l-kruha ta l-egoiżmu, il-mibgħeda, l-għira l-ġlied u n- nuqqas ta mħabba? HUMA GĦANDHOM IL-ĠUĦ UKOLL Għeżież membri tal-azzjoni Kattolika dan huwa l-iskop tagħna lkoll li permezz tiegħek u tiegħi naslu għandhom u nitimawhom billi ngħinuhom b kull mod possibbli materjalment u spiritwalment. U kif kienet tagħmel Mother Theresa tagħtihom l-ewwel għajnuna ta mħabba u ta ġustizzja. Għalhekk inkunu għaqlin flok ħafna rigali li jispiċċaw u kartolini b dawk il-flus nixtru bżonnijiet essenzjali lil foqra ħutna. Immorru u nżuru xi nies li jgħixu weħidhom. Il-kartolina tagħna għandha tkun it-tbissima, l-għafsa ta l-id jew xi telefonata b messaġġ ta paċi u ferħ. Inkunu l-istilel li niddu fid-dlam u r-rgħajja li nuru t-triq fejn twieled Ġesù. Però qabel xejn irrid inħalliħ jitwieled ġo qalbi. Nixtiequ minn qalbna l-milied it-tajjeb lil President is-sinjura Carmen Agius, lil assistenti ekkleżjastiċi u lil membri kollha tal- Azzjoni Kattolika Fergħa Koppji M Anne u Anthony Sultana GET TOGETHER Bħala ftuħ tas-sena 2011, nhar il-ħadd 9 ta Jannar, 2011 se norganizzaw GET TOGETHER. Dan se ikun bejn it- 3.00 u s-6.00 ta filgħaxija. Ser ikun hemm film u wara refreshments. Aktar informazzjoni fil-ħarġa li jmiss. Inħeġġukom sabiex tattendu għal din il-laqgħa fejn inkunu nistgħu niltaqgħu u nsiru nafu aktar lil xulxin mill-qrib. Narawkom M Anne u Anthony Sultana 10

AZZJONI KATTO L IK A MAL TIJA IN FORMATIO N SHEET N O VEMB R U 2010 KUMMISSJONI FUND RAISING AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA Il-president u l-membri tal-kummissjoni Fundraising jixtiequ jirringrazzjaw lil numru sabiħ ta membri, familjari u ħbieb li attendew għal pranzu ta Novembru. L-attività li jmiss se tkun propju lejliet il-festa ta San Gwann Bosco nhar il-ħadd 30 ta Jannar 2011. Tkun ħaġa xierqa li dakinhar il-membri jattendu aktar bi ħġarhom u jistiednu lil Assistenti Ekkleżjastiċi u anke xi saċerdoti oħra li jew jgħixu waħedhom jew li jħabirku fil-parroċċi tagħna. Għalhekk nistednukom biex tħallu dik il-ġurnata mingħajr impenji oħra u filwqat li nisperaw li jkollna attendenza numeruża biex hekk inkunu nistgħu nawguraw lil xulxin sena oħra ta ħidma fl-għalqa tal-mulej. Aktar informazzjoni tingħata fil-ħarga li jmiss. Kummissjoni Ħidma għall-morda u Persuni b Diżabilità SOLIDARJETÀ- Il-programm li tippreżenta l-a.k.m. ddedikat lill-morda u persuni b diżabilità bl-isem SOLIDARJETÀ qed jinstema kull nhar ta Ħadd bejn 7.15 u 7.45 ta filgħaxija fuq Radju Malta. Dawn huma d-dati tal- Programm għax-xahar ta Diċembru: 5, 12, 19 u 26. 11

AZZJONI KATTO L IK A MAL TIJA IN FO R MATI ON SHEET D IC EMB R U 2010 NEWSPAPER POST AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA ISTITUT KATTOLIKU FLORIANA FRN 1441 LIBRERIJA AZZJONI KATTOLIKA FLORIANA Wieћed isib ukoll: Kull tip ta kotba reliġjużi bil-malti u bl-ingliż gћall-kbar u gћat-tfal, kotba ta interess ġenerali, oġġetti reliġjużi statwi, ikoni, santi, stationery, rigali u ћafna affarijiet oћra. Jistgħu jinxtraw ukoll Book Tokens u Gift Vouchers. Ħinijiet tal-ftuћ: Matul il-ġimgћa - 9.00 ta filgћodu sa nofsinhar, 4 sas- 7.30 ta filgћaxija u s-sibt filgћodu biss. Tel: 21 237031 Gћalhekk ixtri r-rigali tiegћek minn din il-librerija u barra li tkun qed tagћti rigal mill-qalb tkun qed tgћin lil Azzjoni Kattolika Maltija fil-ћidma tagћha. 12