SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

Similar documents
LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

werrej Sehem akbar għaż-żgħażagħ fil-ħajja pubblika... 4 L-ilsien Malti, ilsien żagħżugħ...11

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

WERREJ 01. EKONOMIJA XOGĦOL INFRASTRUTTURA TRASPORT ENERĠIJA GĦAWDEX SOĊJETÀ LI TAĦSEB F'KULĦADD 76

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

Fava Woodworks Co. Ltd.

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

LUMINARIA. GUNJU 15 NRU. 120

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

9638/17 MIR/pmf 1 DGE 1C

Każin tal-banda San Lawrenz

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja.

RESULTS AND SCORERS Information compiled by Saviour Vella

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

Każin tal-banda San Lawrenz

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

POLITIKA GĦAL TAL-ĦWIENET 51 PROPOSTA GĦAL KUMMERĊJANTI ŻGĦAR

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

Fava Woodworks Co. Ltd.

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

Każin tal-banda San Lawrenz

ForzaNazzjonali.com. JIEN NAGĦŻEL malta

Każin tal-banda San Lawrenz

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

Settembru 2011 Numru 82

Passaport Ewropew għaċ-ċittadinanza Attiva

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

BORD TA INVESTIGAZZJONI DWAR SKOLA SAJF / KLABB 3-16 SAJF 2014 RAPPORT FINALI

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

L-Avveniment taż-żgħażagħ. Ewropew. Rapport EYE2018. L-Ewropa ssemma' leħinha! 100 idea għal futur aħjar

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

BATHROOM CENliRE Electrical & Plumbing. Blue Grotto Ave., Żurrieq Teleohone:

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

Il-KESE isejjaħ għal programm ġdid ta azzjoni soċjali sabiex jiġu ffaċċjati realtajiet ġodda Għeżież qarrejja, EDITORJAL

Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjarji. Kaz Nru. 032/2017. FG (l-ilmentatur) vs ARGUS Insurance Agencies Ltd. (C 597) (Il-Provditur tas-servizz)

L-istagun jaqbad ritmu.

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

X inhu l-koran Imqaddes?

Gwida dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u l-valutazzjoni dwar is-sigurtà

Victor. Ħbieb Ħuttaf! X għandna? editorjal. il-kumitat. il-kuntatt. il-klabb. mal-faċċata

G. Borg Olivier Street, Sliema SLM 12. \J Telepħone

Linji Gwida dwar il-kummerċ mal-unjoni Ewropea (UE) Settembru 2015

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

Awwissu 2011 Numru 81

B 2015 Suppliment tal-gazzetta tal-gvern ta Malta, Nru. 17,564, 6 ta April, 2004 Taqsima B

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

IL-GWIDA TIEGĦEK GĦAL BIDU ĠDID L-IRLANDA TAGĦTI ĦARSA LEJN IL-FUTUR TIEGĦEK

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

***I POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

Vol 35 Nru 185 Lulju - Settembru 2014

Vol 36 Nru 188 April - Ġunju 2015

BIEDJA U ŻVILUPP RURALI

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

Nru. 90 April - Ìunju 2018

P7_TA-PROV(2012)0452 Konferenza ta' Doha dwar it-tibdil fil-klima (COP 18)

Transcription:

BEACH GAMES L-KOM U AĠENZIJA ŻGĦAZAGĦ ORGANIZZAW BEACH GAMES F JUM IŻ- ŻGĦAŻAGĦ MDINA GRAN PRIX ISSIR F PAJJIŻNA BEJN IT-8 U L-11 TA OTTUBRU TEP F MALTA IL-MFA TOSPITA T-TEP MTG F PAJJIŻNA. PLATINI FOST DAWK PREŻENTI. KWALIFIKAZZJONI STORIKA GĦAT-TIM NAZZJONALI TAL- WATERPOLO SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT On The Move Skolasport huwa l-isem il-ġdid tal-programm tant popolari Skolasport. L-isem On the Move Skolasport huwa riflessjoni tal-kampanja Move li issa se tibqa għaddejja tul is-sena kollha, f kull attivita li se jkun qiegħed jorganizza SportMalta. Filfatt fis-17 ta Ottubru 2015 ser jibda staġun ieħor talprogramm tant popolari tax-xitwa On The Move Skolasport 2015-2016. 1

F konferenza tal-aħbarijiet, li saret illum, l-aġent kap eżekuttiv ta SportMalta Mark Cutajar qal li l-bidla kemm fl-isem il-ġdid tal-entita kif ukoll f dan ilprogramm vast u nnovativ kienet possibli biss bilkollaborazzjoni tal-għaqdiet sportivi u biddeterminazzjoni u l-lealta tal-ħaddiema ta SportMalta. Huwa qal li issa SportMalta wessa s-servizz tiegħu f aktar lokalitajiet f Malta u anke ċentru f Għawdex biex il-programm jagħti opportunita lil kulħadd isib ċentru qrib id-dar tiegħu. Filfatt minn din l-edizzjoni SportMalta ukoll qed joffri programmi speċifiċi mmirati għall-anzjani (60+) fejn saħansitra numru ta postijiet se jingħataw bla ħlas lil min japplika l-ewwel u jippreżenta l-karta anzjan. Din hija miżura oħra li turi kemm On The Move Skolasport 2015-2016 huwa verament miftuħ għal nies ta kull eta. Barra minn hekk, kompla Mark Cutajar, ilprezzijiet ta dawn il-programmi baqgħu baxxi biex jintlaħqu minn kulħadd. Zied jgħid li s-success huwa dovut ukoll lejn il-ħidma kontinwa ta kollaborazzjoni ma entitajiet internazzjonali bhal l-eose, l-enas, l-isca kif ukoll mall-istess Kummissjoni Ewropeja. Robert Portelli elenka fid-dettal dak li se jkun qed joffri On The Move Skolasport 2015-2016. Huwa sostna li din is-sena 5,000 ruħ mistennija jieħdu sehem, f 55 dixxiplini sportivi mmexxija minn madwar 200 kowċ professjonali. Se jibqgħu jinżammu d-dixxiplini popolari mal-parteċipanti bħall-żfin, ġinnastika, basketball, u għawm flimkien massessjonijiet FUNdamentals u Mini-Games immirati għat-tfal bejn l-4 u l-10 snin li għandhom l-għan li jintroduċi divesi ħiliet sportivi bażiċi fost it-tfal. Robert Portelli spjega kif għal sen oħra qed ikunu ntrodotti dixxiplini ġodda fosthom l-futsal u l-ġinnastika Ritmika li diġa kellhom suċċess kbir fil-programm Summer On The Move. 2

Matul is-sena se jkunu qegħdin jitwaqqfu tlett akkademji ġodda tal-volleyball, tal- Basketball u tal-ġinnastika bil-kollaborazzjoni tal-assoċjazzjonijiet rispettivi bilgħan li aktar tfal ta talent ikomplu jimxu l quddiem fl-isport. Dawn l-akkademji jingħaqdu mal-akkademji tat-triathlon u taż-żwiemel li kellhom riżultati positivi fis-snin li għaddew. On The Move Skolasport 2015-2016 mhux sempliċiment post fejn il-ġenituri jħallu t-tfal u jkomplu bil-qadi tagħhom, iżda huwa post fejn it-tfal jitgħallmu u jikbru flimkien. Dan il-programm huwa l-ewwel tarġa biex iħeġġeġ lit-tfal ikunu attivi biex ikollna socjetà b saħħitha fiżikament u mentalment. Indirizza l-konferenza tal-aħbarijiet s-segretarju Parlamentari għar-riċerka, l- Innovazzjoni, ż-żgħażagħ u l-isport Chris Agius li qal li dan huwa tassew żmien eċitanti għal SportMalta li għaddej mhux biss minn tibdil kosmetiku bħal dak talisem imma wkoll fil-viżjoni tal-isport għall-malta. Huwa qal li l-gvern se jibqa mpenjat bil-ħidma tiegħu biex aktar nies jersqu lejn l-attivita fiżika biex, anke flimkien ma entitajiet u ministeri oħra, tkompli tiġi ndirizzata l-pjaga kbira talobeżita. Saħaq li issa wara ħidma ta sentejn il-kunsill Malti għall-isport jinsab f qagħda finanzjarja stabbli. Dan sar għaliex ingħatat attenzjoni partikolari lillkontabilita, lill-finanzi, filwaqt li saret ħidma biex l-assocjazzjonijet ikollhom iktar servizzi. SportMalta jixtieq javża lill-pubbliku li l-applikazzjonijiet għall-programm On The Move Skolasport 2015-2016 jinsabu online fuq is-sit ta SportMalta kif ukoll jista jsir il-booking online minn dan il-link http://www.sportmalta.org.mt/bookingsskolasport 3

European Week of Sport Il-fuq minn 10,000 ruħ ħadu sehem fil-ġimgħa Ewropea tal-isport. Ġimgħa li fiha saru bosta attivitajiet sportive f diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Il-kummisjoni Ewropea ħolqot il-ġimgħa Ewropea tal- Isport, biex tgħin fil-ġlieda kontra l- inattività fiżika. L-għan ewlieni ta din il-ġimgħa kien li kemm jista jkun iċ-ċittadini Ewropej jintlaħqu mill-messaġġ #BeActive u jkunu spirati biex l-attività fiżika, sempliċi kemm hi sempliċi, issir parti minn ħajjithom. SportMalta, kien il-kordinatur Nazzjonali tal- European Week of Sport f Malta. Madanakollu l- attivitajiet saru b kollaborazzjoni ma bosta klabbs sportivi, entitajiet privati, sponsors, NGOs u oħrajn. SportMalta ħejja programm vast t attivitajiet li laqtu kemm is-settur edukattiv, il-postijiet tax-xogħol, attivitiajiet sportivi fuq barra kif ukoll attivitajiet f gyms u klabbs sportivi, fejn l-pubbliku seta jieħu sehem. Fost l-attivitajiet prinċipali, SportMalta estenda Summer on the Move b ġimgħa b xejn għal kulħadd. F'jum ir-regatta saret l-maltco Indoor Rowing Challenge, attività innovattiva bil-ħsieb li tikkumplimenta r-regatta nazzjonali, u tressaq aktar nies lejn l-isport tal-qdif. Tajjeb wieħed isemmi li 4

f din il-ġurnata waħedha ħadu sehem madwar 300 persuna li l-eta tagħhom varjat. 120 persuna ħadu sehem fil-maltco Indoor Rowing Challenge u l fuq 150 qaddief fir-regatta Tradizzjonali ta Jum il-vitorja. Sar xow taż-żfin Elements fil-kumpless Tal-Kottonera bis-sehem ta 200 parteċipant mill-programm Summer on The Move, kif ukoll SportsFest fil-kumpless ta Ħal Kirkop u festa ta sport u attivitajiet li jippromovu l-attivita fiżika fil-bajja s-sabiħa ta Birżebbuġa biex b hekk temmet il-gimgħa Ewropea tal-isport f Malta. Barra dan kollu, SportMalta ħoloq vidjow biex iħajjar lill-ħaddiema fl-uffiċini jkunu aktar attivi fuq il-post tax-xogħol bl-iktar mod sempliċi u bl-inqas tfixkil. SportMalta jirringrazzja lill-pubbliku li ħa sehem matul din l-ġimgħa. SportMalta se jibqa mpenjat biex din il-ġimgħa tibqa fil-kalendarju ta attivitajiet prinċipali tiegħu flimkien ma inizjattivi oħrajn sabiex ilkoll flimkien ningħaqdu fil-ġlieda kontra l- obeżità u l-ħajja inattiva. 5

Attivitajiet Sportivi oħra Ritratt 1: FIAT 500 Club Italia jżur Malta. Huma ltaqgħu mas-segretarju Parlamentari Chris Agius f Bormla Rit. 2: Ying Yang kickboxing club Team Noel Disa' atleti kkompetew fir-raba' edizzjoni ta' Gladiators Night għall-atleti debuttanti. Sebgħa minnhom ħarġu rebbieħa fittaqbida tagħhom. Ritratt 3: Table Football Valletta Subbuteo Club rebħu l- maġġoranza tat-titli nazzjonali, li ġew organizzati mill-malta Table Football Sports Association. Ritratt 1: George Vella George Vella rebaħ midalja tal-fidda fl-ewwel Deaf European Marathon Championships. Ritratt 2 u 3: Hockey It-tim Nazzjonali tal-hockey ħa sehem fil-eurohockey Nationa Championship IV wara assenza ta għaxar snin u kwalifikat għas-semifinali. Ritratt 3: Beach Games Pescara. Malta ħadet sehem fil-beach Games li saru f Pescara u fost l-oħrajn irnexxielha tgħaddi għall-kwarti tal-finali fil-beach handball. Ritratti: Bowling 18 il-bowler żagħżugħ u żagħżugħa ħadu sehem b suċċess fin-norwich Junior Open u il-london Junior Open. 6

MOVE Week F Settembru SportMalta Kien wkoll impenjat f MOVE Week, ġimgħa oħra ta attivitajiet fiżiċi madwar il-pajjiż bħala parti mill-kampanja #BeActive. MOVE Week hija avveniment annwali fl-ewropa li sservi ta vetrina biex aktar nies jitħajjru jkunu attivi fiżikament u ssir flimkien mal-international Sports and Culture Association (ISCA). L-attivitajiet prinċipali f MOVE Week kienu Dancing in the City, Walk the Towers u Walk,Cycle, Run din talaħħar organizzata mill-grupp Żgħażagħ Gudja b risq id- Dar tal-providenza nhar il-ħadd 27 ta Settembru filgħodu. Dancing in the City hija mmirata għal dawk kollha li jħobbu ż-żfin, speċjalment line-dancing, ballroom u sequence. Din is-sena kien hemm 3 attivitajiet, l-ewwel waħda saret ir-rabat, it-tieni wahda fix-xatt ta Bormla f Dock One u t-tielet waħda fil- Valletta Waterfront. Saret it-tieni edizzjoni ta Walk the Towers, li hija mmirata għal dawk li huma aktar avventurużi. Din l- attivita tikkonsisti f mixja li tinzamm fuq 3 ijiem u tieħu lill-parteċipanti mal-kosta ta Malta fejn fost l-oħrajn ser ikunu qed jgħaddu minn ħdejn bosta torrijiet storiċi li għandna f pajjiżna. 7

Jintemm il-kors għall-amministraturi Nifhmu l-importanza ta Life Long Learning, filwaqt li ngħinu lill-ħaddiem itejjeb il-ħiliet tiegħu biex ikun jista jimla l-vakanzi li jitħallew vojta minħabba skills gap. Dan kien kliem is-segretarju Parlametari għar-riċerka, l-innovazzjoni, ż-żgħażagħ u l-isport Chris Agius meta ndirizza lil dawk preżenti fiċ-ċerimonja ta għoti taċċertifikati tal-kors ESF 4.216 SUCCESS Capacity Building Programme for Public Service Sports Administrators organizzat mill-kunsill Malti għall-isport, bilkollaborazzjoni ta European Observatoire of Sport and Employment. Kienu74 persuna li temmew b suċċess dan il-kors awarded mill-mcast u jinsab f CPD Level 5 award.. Il-kors, li ġie żvillupat mill-mcast flimkien mal-kms fuq bażi ta occupational profiles li ġew iddeterminati mill-proġett, li kien maqsum f erbgħa modules u fl-aħħar tal-kors il-parteċipanti ngħataw iċ-ċans li jattendu għall-internship barra l-pajjiż. Uħud mill-parteċipanti, 12 b kollox, segwew kors 8

ieħor ta tlett ijiem bl-isem ta Train the Trainers, li jagħti lok lill-kms sabiex torganizza l-korsijiet huma stess. Sa sena ilu l-fondi għal dan il-kors kienu għoddhom intilfu, li ma kienx għall-ħidma sfieqa li għamlet l-amministrazzjoni riċenti. Dan saħqu l-aġent Kap Eżekuttiv tal- Kunsill Malti għall-isport Mark Cutajar li spjega kif t-temi tal-kors innifsu, l- attivita fiżika, good governance, leadership u event coordination, ser ikunu l-bażi tar-riforma tal-kms. Iċ-Ċermen tal-kunsill Malti għall-isport Luciano Busuttil ħabbar li l-kms irnexxielu jakkwista aktar fondi tal-erdf li ser jkunu utilizzati sabiex il-pixxina tal- Kumpless Sportiv tal-qroqq tkun tista tutilizza ġibjun. B dawn il-fondi l-pixxina ser tkun qed taħdem b enerġija alternattiva, blenfasi jkun li jitnaqqas il-konsum ta enerġija u tintuża waħda li hija anqas ta ħsara lill-ambjent. Indirizzaw dawk preżenti wkoll Kirstie Simpson li kienet id-direttur tal-kors f isem EOSE u Leanne Bartolo li rrapreżentat lill-parteċipanti. Iċ-ċertifikati kienu preżentati minn Dr Silvio Debono, President tal-bord tal-governaturi tal- MCAST, l-kap Eżekuttiv tal-eose Aurelien Favre u l-course Director EOSE Kirstie Simpson fil-preżenza tal-aġent Kap Ezekuttiv Mark Cutajar, ċ-ċermen tal-kms Luciano Busuttil u s- Segretarju Parlamentari Chris Agius. 9

Regatta: Id-distrett tal-marsa jirbaħ iżżewg kategoriji Il-Marsa rebħu ż-żewġ kategoriji tar-regatta ta Jum il-vitorja 2015. Il-Port il-kbir għal darb oħra serva ta sfond għal din ir-regatta li fiha ħadu sehem 7 distretti. Huma pparteċipaw f għaxart itlielaq f żewġ kategoriji differenti; A u B. Fil-ġurnata tat-tlielaq alternaw bejn kategorija A u B, bl-akbar stennija bħas-soltu tkun dik għall-aħħar żewġ tiġrijiet. Din is-sena l-għaqda Regatta Nazzjonali ingħatat l-inkarigu li torganizza t-tlielaq hi. L- E.T. tiegħu l-arċisqof ta Malta assista għallewwel tellieqa wara li kellem lill-qaddiefa u delegati. Il-preżentazzjoniji tas-shield saru miċ-ċermen tal-kms Luciano Busuttil u s-segretarju Parlamentari Chris Agius. 10

Sejħa ta interess għad- Disinn, Bini u l-operat ta' Motor Recreation and Education Park. Il-Gvern ippubblika sejħa t interess għad-disinn, Bini u l-operat ta' Motor Recreation and Education Park. F konferenza tal-aħbarijiet is-segretarju Parlamentari Chris Agius qal illi l-gvern tela bilmandat elettorali li jgħid li flimkien malistakeholders involuti jkun identifikat sit għalliżvilupp ta korsa tal-motorsport, possibilment blinvolviment tas-settur privat. Il-konferenza talaħbarijiet tallum turi fiċ-ċar kemm verament dan ilgvern iwettaq dak li jwiegħed u issa, wara ħidma intensiva, ninsabu f pożizzjoni li nibdew nilqgħu l- espressjonijiet ta interess, nevalwawhom u eventwalment nwettqu l-ħolma ta bosta entużjażti u jkollna trakka ta livell internazzjonali f pajjiżna kompla jgħid is-segretarju Parlamentari. Huwa kompla jgħid li meta tagħlaq din is-sejħa t interess, il-gvern ser jara li jkun immassimizzat il-potenzjal ekonomiku tal-art mittiefsa, speċjalment fejn jirrigwardja ħolqien ta postijiet tax-xogħol. Huwa sostna li dan huwa sport li minn dejjem ġab riżultati lejn pajjiżna anke jekk s- sewwieqa tagħna jsibuha diffiċli finanzjarjament sabiex jikkompetu fuq bażi regolari barra minn xtutna. Il-Gvern u SportMalta jippruvaw jgħinu mill-aħjar mod li jistgħu madanakollu bit-twettiq ta din il-ħolma ser jkunu attirati lejn pajjiżna 11

kompetizzjonijiet ta livell internazzjonali li fihom jistgħu jieħdu sehem anke sewwieqa lokali. Dan jkompli jgħin lill-atleti tagħna jiksbu l-esperjenza u jikbru fittalenti tagħhom. Il-ħtieġa għall-motor Recreation and Education park, kienet ilha tinħass. Filfatt minn rapport ikkummissjonat mis-segretarjat Parlamentari għar-riċerka, l- Innovazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport lil numru ta' dilettanti tal-motorsport lokali rriżulta li bħalissa m'hemm l-ebda ċirkwiti tat-tlielaq f Malta li jilħaq standards internazzjonali li jista jrawwem t-talent eżistenti. Il-Gvern permezz ta din l- espressjoni ta interess jixtieq illi, l-proponent jidentifika lok xieraq li joffri aspetti diversi relatati mal-motorsport. Il-proċess Mid-29 ta Settembru, dawk interessati li jissotomettu proposta għal dan il-proġett, għandhom jagħmlu kuntatt mal-privatisation Unit biex jiġbru kopja tad-dokument. Dan id-dokument ser ikun jista jinġabar sal-11 ta Diċembru 2015. L-aħħar jum li fih ser jintlaqgħu is-sottomissjonjiet huwa l-20 ta Jannar 2016. Dawk interessati għandhom jikkuntattjaw il-privatisation Unit fuq l-emejl: privatisation.meib@gov.mt jew www.privatisation.gov.mt. 12

Il-logħob tal-fisec f Malta Malta kellha riżultati mħallta meta ospitat s-67 edizzjoni tal-logħob tal-fisec, li għalihom kien hawn madwar 800 atleta minn 12-il pajjiż differenti fosthom il-brażil, sabiex jieħdu sehem f sitt dixxiplini sportivi differenti; l-atletika, l-basketball, il-football, il- Futsal, l-għawm u il-volleyball. Fil-basketball (girls) Malta rebħet bronże u fil-football Team A spiċċa fit-tielet post u Team B fir-raba. Fl-għawm, Malta rebħet dawn il-midalji: Deheb Gabriel Dimech 100m freestyle & 50m freestyle Michael Stafrace 50m breastroke Fidda Amy Micallef 200m breastroke Michael Stafrace 200m & 100m breastroke Francesca Falzon Young 50m freestyle Bronż Swimming Team Boys 4x200m Boys freestyle Amy Micallef 100m breastoke Michael Stafrace 200m breastroke 13

Jordan Calleja 200m freestyle Jeremy Bugeja 50m freestyle Charice Ceccarelli 100m Butterfly Fl-Atletika Malta rebħet: Deheb Luca Martini Hammer Jessica Bonnici 3000m Nicole Attard Glivau 400m Fidda Luke Camilleri 1500m Karol Spiteri Hammer Laura Sammut 1500m Bronz Miguel Grixti Javelin Girls 4 x 100m relay Luke camilleri 800m Għoti ta Assitenza 19-il għaqda / atleti ndividwali bbenefikaw minn skemi ta assistenza tal-kms. Waqt id-diskors tiegħu tal-okkażjoni s-segretarju Parlamentari Chris Agius aċċenna għall-fatt li kull atleta, assoċjazzjoni jew federazzjoni tinħtieġ fondi sabiex tibqa sostenibbli. Huwa saħaq li għalhekk is-segretarjat bl-għajnuna tal- KMS qed jaħdem sabiex fil-futur qarib tinbidel il-liġi u l-klabbs ikunu jistgħu jużaw l-art tagħhom u jiftħu negozju sabiex l-introjtu jgħin lill-klabb innifsu. 14

Rata tat-taxxa anqas għall-plejers talwaterpolo Wara sentejn ta Gvern, il-plejers tal-futbol u l- waterpolo qed igawdu minn rata tat-tnaqqis ta taxxa, dan ikompli juri kif il-miżuri msemmija fil-budget ma baqgħux biss miktubin fuq karta imma qed jkunu attwati, dan kien kliem is- Segretarju Parlamentari Chris Agius waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-pixxina Nazzjonali tal-qroqq. Huwa spjega kif il-gvern ħaseb li għaddifferenza tas-snin ta qabel ma jħarisx biss li jinħolqu faċilitajiet ġodda imma wkoll li jgħin u jagħti l-importanza xierqa lill-atleti infushom u l-amministraturi. Il-miżura li ttieħdet fil-budget 2014 li kienet ir-rata mnaqqsa ta taxxa tad-dħul fuq xogħol part-time tal-futbollers, is-sena ta wara kienet estiża għal dawk tal-waterpolo. Din hija inċentiva oħra għall-atleti Maltin li tkompli tilħaq l-għan tal-gvern li jħalli aktar flus filbwiet ta dawk li dejjem iddikjaraw l-introjtu tagħhom, filwaqt li qed tgħin lillassoċjazzjonijiet ikollhom stampa aktar ċara tassalarji tal-plejers. B din il-miżura żdiedet wkoll il-konformita, filwaqt li huwa maħsub li blgħajnuna ta din il-miżura jkollna sport aktar trasparenti u leġittimu. Is-Segretarju Parlamentari qal li qed issir ħidma sabiex din il-miżura tkun estiża għall-dixxiplini oħra bil-ħsieb li jintlaħqu aktar atleti. 15

L-atleti u l-amministraturi ma bbenefikawx biss minn tnaqqis ta rata tat-taxxa, filfatt tul dawn l-aħħar sentejn saret ħidma fejjieda fil-kunsill Malti għall-isport li kien qiegħed jirreġistra telf finanzjarju sena wara sena. Kienu emendati l-kriterji tal-iskemi tal-assistenza ta SportMalta, biex issa qed jibbenefikaw minnhom numru akbar ta atleti u sar kors għall-amministraturi sportivi, bil-kollaborazzjoni ta EOSE fost l-oħrajn. Fadal xi jsir pero r-riżultati qegħdin diġa jinħassu min-nies, u juru biċ-ċar kemm dan huwa Gvern li jisma u li verament jwettaq dak li jwiegħed sostna s-segretarju Parlamentari. Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll mis-segretarju Ġenerali tal- Malta Football Association Bjorn Vassallo li filwaqt li faħħar din l-miżura li hija miftuħa kemm għall-plejers fil-klabbs u anke għall-plejers tat-tim Nazzjonali, għamel enfasi fuq ir-regolamenti ntrodotti mill-malta FA dwar il-liċenzjar tal-klabbs u l-financial fair play fejn il-klabbs ma jistgħux jaqaw lura fuq tlett overdue payables, jiġifieri s-salarji tal-plejers kuntrattati magħhom, il-ħlasijiet rigward trasferimenti ta plejers ma klabbs oħra u l-ħlas tat-taxxa skont kif titlob il-liġi. Huwa kompla jgħid li din il-miżura qed tkompli tgħin lill-isport sabiex titnaqqas l- ekonomija s-sewda u biex kulħadd jiddikjara d-dħul tiegħu. Aspett li jsaħħaħ ilgovernanza fl-isport bl-għan li l-amministrazzjoni u l-operat ikunu aktar professjonali u trasparenti. Huwa l-ħsieb li din il-publikazzjoni tibda tintbagħat kull xahrejn. Dawk l-assoċjazzjonijiet li jixtiequ li xi attivita li għamlu tidher fuq din il-pubblikazzjoni għandhom jibagħtu ritratt wieħed u informazzjoni dwaru lil janet.debrincat@sportmalta.org.mt. Il-KMS u s-segretarjat Parlamentari jirriserva d-dritt tal-għażla tar-ritratti li jkunu ppublikati. 16