Sant Agata Patruna ta Malta

Similar documents
Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

Każin tal-banda San Lawrenz

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

Każin tal-banda San Lawrenz

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Fava Woodworks Co. Ltd.

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

Fava Woodworks Co. Ltd.

PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division

San Nikola ta Bari Isqof ta Myra

Luminaria. Nru. 107 Diçembru cover

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

LUMINARIA. GUNJU 15 NRU. 120

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

... ~ ~ ~ ~ ... ~ ... ; ; ; ; f and Philips Dealers Throughou"t l ; ; ; i. . i. ;. i J PHILIPS ~ ~ j PHILIPS SHOWROOMS j

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

Każin tal-banda San Lawrenz

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

Każin tal-banda San Lawrenz

Vol 36 Nru 188 April - Ġunju 2015

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

Vol 35 Nru 185 Lulju - Settembru 2014

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SEKONDARJA RABAT EŻAMIJIET TA NOFS IS-SENA. Isem: Klassi: Numru tar-reġistru:

FRAR 2012 SIGNUM FIDEI 1

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

Awwissu 2011 Numru 81

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

LEÓEN IS-SANTWARJU - Festa 2015 Pellegrinagg Kwadru Titulari, Madonna tal-grazzja 300 Sena Fostna

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

Settembru 2011 Numru 82

L-GĦARB isem tal-qala. F'xi mapep ġieli tara I-

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti.

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

BATHROOM CENliRE Electrical & Plumbing. Blue Grotto Ave., Żurrieq Teleohone:

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

X inhu l-koran Imqaddes?

G. Borg Olivier Street, Sliema SLM 12. \J Telepħone

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2010 AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

RESULTS AND SCORERS Information compiled by Saviour Vella

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

April 2013 Numru 101

Luminaria Nru. 105 Ìunju

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

Nru. 90 April - Ìunju 2018

Editorjal. U ma kellux il-messija jbati dan kollu u hekk jid ol filglorja tieg u? (Lq 24,26) MIET BIEX JAGÓTINA L-ÓAJJA MARIO CURMI

Luminaria Nru. 88 Marzu

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Il-Presepju. Fuljett ma ru mill- GÓAQDA ÓBIEB TAL-PRESEPJU - MALTA c/o 56, Amaltea, Triq il-marg, Attard ATD Malta. Óar a Nru.

ORESTE CALLEJA U l-anġlu Ħabbar...

Nru. 81 Jannar - Marzu L-INAWGURAZZJONI TAL-FTUÓ UFFIÇJALI TAL-UFFIÇÇJU L-ÌDID TAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-ANZJANI 23 ta NOVEMBRU 2015

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

-uniformi, -żiemel, -xitwa, -nemus, -sena, -storja, - nanna, - frott, - spiżjar, -għalliema

L-ATTI TA L-APPOSTLI. Guido Schembri ofm. L-Atti ta l-appostli - 1 -

Missjoni xejn façli. Editorjal ta Marcello Ghirlando ofm

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjarji. Kaz Nru. 032/2017. FG (l-ilmentatur) vs ARGUS Insurance Agencies Ltd. (C 597) (Il-Provditur tas-servizz)

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

Transcription:

Sant Agata Patruna ta Malta Kitba ta Noel Ciantar. Id-drittijiet tal-propjetà intellettwali (copyright) huma kollha miżmumin mill-awtur/i oriġinali tal-kitba u mis-sit. Ikteb lil webmaster@kappellimaltin.com għall-permess biex tuża dan il-materjal. Ftit għandna nformazzjoni preċiża dwar il-qaddisa Verġni u Martri Sant Agata, Qaddisa Patruna ta Katanja fi Sqallija, kif ukoll ta Malta. Jingħad Sant Agata twieldet f Katanja (jew Palermo) fiis-sena 231 W.K. minn familja nobbli u sinjura u ħadet il-martirju fi żmien il-persekuzzjoni tal-imperatur Decius madwar is-sena 251 W.K. L-istorja ta Sant Agata Isimha jfisser twajba u hija waħda mis-seba qaddisin nisa li jissemmew fil-kanoni tal-quddiesa apparti l-madonna. Minkejja li l-martirju tagħha huwa awtentikat ma għandniex dettalji preċiżi ta dan il-martirju. L-istejjer dwar il-martirju tagħha isegwi l-mappa ta stejjer oħrajn ta martri żgħażagħ xebbiet, jiġifieri talba għal żwieġ, rikatt ta denunzja li kienet Nisranija, interrogazzjoni, tortura, reżistenza b għajnuna sopranaturali u fl-aħħar trijonf b mewt qaddisa. L-istorja t Agata tgħid li għalkemm kienet wegħdet lilha nnifisha l Alla, l-uffiċjal Ruman Quinctianus ipprova jipperswadiha li tagħti lilha n-nifisha lilu sabiex b hekk ikun jista ma jixlihiex li kienet Nisranija. Imma Agata rrifjutat. Minħabba f hekk intefgħet fil-ħabs fejn sfat ittorturata billi qalgħulha sidirha barra. Imbagħad inagħtat il-mewt billi ħarquha fuq ġamar tal-faħam jaqbad. L-ewwel darba li nisimgħu biha hu fil-martyrologium Hieronymianum tasseklu sitta u attribwit lil San Ġilormu. Insibuha mniżżla wkoll fis- Synaxarion, li hu l-kalendarju tal-knisja ta Kartaġini madwar is-sena 530 W.K. Agata tissemma wkoll f wieħed mill-innijiet ta Venantius Fortunatus Paġna 1 minn 6

tas-seklu sitta W.K. Il-Qaddisa tissemma wkoll fil-ktieb dwar il-ħajja talqaddisin Legenda Aurea ta Jacobus de Voragine. Il-festa tagħha tiġi ċċelebrata nhar il-5 ta Frar. Fl-ikonografija, Sant Agata tidher b par iżdra fuq platt tal-fidda jew b ġamar tal-faħam. Ġieli tidher ukoll bi strumenti ta tortura bħalma huma skieken, tnalji u mqassijiet. Rappreżentazzjonijiet oħra varji juruha b kuruna talfjuri, b xi ħobżiet fi platt, velu jew b palma, Sant Agata hi patruna ta Sqallija, Malta u San Marino. Hi patruna wkoll ta bliet u rħula varji fil-belġju, fil-kanada, fi Franza, fil-ġermanja, fl-itaja, fi Sqallija, fl-olanda u fi Spanja. Sant Agata tiġi wkoll invokata minn min ibati minn kanċer tas-sider u mard ieħor tas-sider, waqt terremoti, diżastri naturali, ħruq u b mod partikolari meta jiżbroffa l-vulkan Etna, minn min ibati mill-isterilità, minn fundaturi tal qniepel, mill-pompiera tat-tifi tan-nar, minn min jinnegozja fil-ġojjelli, mill-infermiera, minn vittmi ta stupru jew tortura, minn xebbiet u minn dawk in-nisa li jreddgħu it-trabi ta ħaddieħor. Rabta ma Malta Skont tradizzjoni qawwija, jingħad li Sant Agata kienet ġiet f Malta ma xi ħbieb tagħha biex taħrab il-persekuzzjoni tal-imperatur Ruman Trajanus Decius. Jingħad li ftit damet hawn għax iddeċidiet li kien ikun aħjar jekk tirritorna lura lejn Sqallija u tkun xhud tal-fidi anke jekk dan seta jfisser li tingħata l-martirju kif fil-fatt ġara. Jingħad li sakemm damet f Malta, hi qaghet fi kripta fir-rabat fej kienet tqatta l-ħin titlob u tgħallem il-fidi Nisranija lit-tfal. Missirijietna ddedikawla l-istess lok fej qagħdet u xi katakombi fil-qrib. Aktar tard, inbniet knisja fuq il-kripta. F Malta hawn erba kappelli ddedikati l din il-qaddisa. Dawn jinsabu fl- Imdina, waħda fiż-żurrieq ħdejn il-mitħna tax-xarolla u tnejn oħrajn jinsabu fir-rabat. Waħda minn dawn tar-rabat hija dik medjevali u l-oħra Paġna 2 minn 6

hija dik troglodidika fil-katakombi Paleokristjani tal-qrib. Xi affreski f dawn is-siti imorru lura għat-tnax-il seklu filwaqt li kitba fuq in-naħa tal-lemin tad-daħla tal-kappella troglodidika tista tkun aktar qadima u tista tmur lura saħansitra għas-seklu sitta. Dan kollu jipponta lejn tradizzjoni qawwija u antika ta devozzjoni lejn din l-qaddisa Kataniża fil-gżira tagħna. Tlett toroq huma msemmijin għal Sant Agata f Malta u dawn jinsabu fir- Rabat, f Tas-Sliema u fiż-żejtun. Imsemmija għaliha wkoll hoja l-wesgħa żgħira fl-imdina li hemm quddiem il-kappella ddedikata għaliha. Stawi fittoroq li jur lil Sant Agata hemm erbgħa li jinstabu fir-rabat, f Ħaż-Żebbuġ, fl-imdina u fis-siġġiewi. Sant Agata ssir Patruna ta Malta Leġġenda marbuta ma Sant Agata u li minħabba fiha l-qaddisa ġiet iddikjarata bħala waħda mill-patruni ta Malta hija marbuta mal-attakk tal- Misilmin immexxija minn Sinam Pasha fuq Malta fl-1551. Il-Mislem żbarka f San Pawl il-baħar mnejn baqgħu sejrin sal-imtarfa biex, f dak li jidher li kien tħejjija u prova ġenerali għall-attakk tal-assedju l-kbir li seħħ ftit snin wara fl-1565, assedjaw il-belt Notabile kif kienet magħrufa l-imdna. Il-Maltin ġarrbu ħafna f dak l-assedju u meta l-ħażniet fl-imdina bdew jgħibu, ġew salvati b miraklu. Jingħad li soru tal-klawsura fl-abbazija Benedittina ta Santa Skolastika, li dak iż-żmien kienet fuq is-sur fejn hemm Misraħ il-bastjun, kellha viżjoni. Din stqarret mal-vigarju Ġenerali dun Giuseppe Manduca li deheritilha Sant Agata u li qaltilha li biex il-misilmin iħallu Malta u l-maltin jirbħu, innies kollha tal-imdina, militari u ċivili, kellhom jisimgħu quddiesa u wara ssir purċissjoni bl-istatwa tagħha (i.e.: Sant Agata) madwar is-swar. Ix-xbieha qaddisha fl-aħħar kellha titqiegħed fuq is-sur faċċata tal-għadu. Il-Vigarju għamel kif qaltlu s-soru. Hu stess qaddes il-quddiesa li għaliha attendew il-gvernatur tal-imdina, Adomo, flimkien mal-kavallieri tal-ordni ta San Ġwann, u n-nobbli u n-nies kollha tal-belt kapitali ta Malta. Wara saret ukoll il-purċissjoni kif talbet is-soru skont il-viżjoni li rat. Għal xi Paġna 3 minn 6

raġuni il-misilmin inħasdu b dik il-manifestazzjoni tfixklu u tħarbtu u telqu l hemm. Iżda ma marrux lura f pajjiżjom qabel ma marru Għawdex u ħarbtu kull ma sabu. Bħala ringrazzjament għal dan il-ħelsien, nhar Sant Agata fil-5 ta Frar ta kull sena kienet issir purċissjoni b tifkira ta din il-ġrajja. Din kienet titmexxa mil-kapitlu tal-katidral u fiha kienu jieħdu sehem għadd ta personalitajiet flimkien ma bosta nies mill-gżira kollha. Sal-lum din ilpruċissjoni għadha ssir mill-katidral sal-kappella ta Sant Agata. B tifkira wkoll ta din il-ġrajja, il-vigarju Dun Giuseppe Manduca ħallas minn butu għall-pittura ta Sant Agata. Din il-pittura llum tinsab fil-mużew tal-katidral filwaqt li fil-kappella naraw biss kopja tagħha. Każ marbut ma din il-ġrajja quddiem l-inkwiżizzjoni Patri Alessandru Bonnici, fil-ktieb tiegħu "Storja tal-inkiżizzjoni ta' Malta" (l-ewwel volum) jikteb dwar każ li spiċċa quddiem l-isqof ta' Malta, li f dawk iż-żminijiet kien ukoll jagħmilha ta Inkwiżitur tal-gżira. Is-sena 1574 kellha tkun l-aħħar waħda għall-inkwiżitur Royas għax imbagħad ġie Monsinjur Pietru Dusina u l-inkiżitur u l-isqof ta' Malta bdew ikunu żewġ persuni distinti minn xulxin. Wieħed mill-aħħar każijiet li nstemgħu quddiem Royas għandu rabta ma' statwa li sa fi żmienna għadha meqjuma fir-rabat fil-knisja msemmija għaliha (tal-mssp). Kif għidna, fl-1551 l-istatwa tal-irħam ta' Sant'Agata kienet tqiegħdet fuq is-swar tal-imdina bħala protezzjoni għall-maltin. Ilfatt jidher minn denunzja kontra Blas Zammit, li saret fit-18 ta' Ġunju tal- 1574, quddiem il-monsinjur Martin Royas, li kien għadu jsejjaħ lilu nnifsu "Isqof u Inkwiżitur". Deher fl-awla sigrieta tas-sant'uffizzju Mastru Bastjan Mallia, u ddikjara: "Darba waħda, waqt li, ma' Blas Zammit, fir-rabat ħdejn Santu Wistin, kont qed nitkellem dwar l-assedju, għidt li kont nittama f'alla, u fil-qaddisin, u b'mod speċjali f'sant'agata. Ittamajt li dawn jeħilsuna minn idejn l- egħdewwa. Dak Blas wieġeb: 'Jien nistagħġeb kif intom tittamaw f'biċċa rħama'. Hu kien qed igħid għall-istatwa ta' Sant'Agata li kienet fuq is-swar". Paġna 4 minn 6

Aktar tard, hu (Blas Zammit) kellu jgħid li qal hekk għax kien irrabjat. Imma d-denunzja kontra tiegħu, xorta waħda, wara 23 sena, tressqet quddiem l- Inkiżitur Royas. L-istatwa tal-purċissjoni ta madwar is-swar L-istatwa li jingħad li ttieħdet fuq is-sur f dak is-sajf tal-1551, illum tinsab fil-knisja ddedikata lilha fir-rabat immexxija mill-patrijiet tas-soċjetà Missjunarja ta San Pawl (MSSP). Din l-istatwa qiegħda fuq l-altar u hija tal-irħam abjad. Il-qaddisa narawha bil-qiegħda fuq siġġu ndurat, iżżomm salib u palma f idha l-leminija u ktieb miftuħ fuq ix-xellugija. Din l-istatwa qiegħda fuq pedestall maqtugħ ottagonali u hija għolja madwar metru u nofs. Fuq il-faċċata tal-pedistall hemm żewġ anġli bilwieqfa jżommu plattin bl-isdra maqtugħin fih u tnalja fuqhom is-simboli tal-martirju tal-qaddisa. Fit-truf tal-pedestall naraw ukoll erba statwi ta qaddisin nisa. Iż-żewġ anġli jpoġġu l-kuruna tal-martirju fuq ras il-qaddisa jagħtu dehra aktar impressjonanti lil din l-istatwa. Fr. Victor Camilleri M.S.S.P. fil-ktieb tiegħu dwar Sant Agata jgħidilna li ma għandna ebda tagħrif bil-miktub dwar l-iskultur li ħadimha u lanqas dwar meta saret jew fejn inħadmet din l-istatwa. Iżda l-awtur Taljan Nino Urzi fil-ktieb tiegħu Viva Sant Agata Storia Immagini Esperienze Devozione jgħidilna li din l-istatwa hija attribwita lill-famuż Antonello Gagini li twieled f Palermo, fi Sqallija fl-1478 u miet fl-1536. Hawn tajjeb li wieħed ifakkar li fil-knisja ta Ġieżu fir-rabat wkoll hemm xogħol ieħor ta Gagini - statwa tal-madonna bil-bambin. Meta wieħed iqabbel din l-istatwa tal-madonna mal-istatwa ta Sant Agata jara xebħ qawwi bejniethom. Ma dan il-ħsieb ta Urzi jaqbel ukoll Fr. Camilleri. L-inforra tal-libsa ta Sant Agata fl-istatwa tagħha tal-irħam illum il-ġurnata hija ta kulur aħmar irjali. Fr. Victor Camilleri, iżda, jgħidilna li aktarx li d- dekoratur Mikiel Fsadni biddel il-kulur oriġinali (minn blu għal dak li naraw illum: aħmar irjali). Jekk wieħed jifli sewwa dan il-kulur tal-lum jara Paġna 5 minn 6

wkoll xi tikek blu taħtu. Aktarx li Mikiel Fsadni biddel il-kulur oriġinali biex jarmonizza sewwa mad-dekorazzjoni li huwa stess għamel mad-dawra talistatwa. Dr. Charlene Vella tiddeskrivi dan il-kulur aħmar bħala in bad taste u tgħid li l-bottega ta Gagini qatt ma użaw dan il-kulur. Il-Professur Mario Buhagiar jiddeskrivi l-intervent ta Mikiel Fsadni fuq din l-istatwa bħala vulgar re-paintings of the original polychromy, garish cheap gilding, and clumsy attempts at restoratio., Din l-istatwa tixbaħ ħafna ukoll lil xogħolijiet aktar bikrin, li juru lill- Madonna, ta Antonello Gagini, speċjalment l-istruttura anatomika kif ukoll fil-fattizzi tal-wiċċ. Il-pedestall baxx ottagonali jixbaħ ħafna lill-ieħor simili li llum jinsab fil-mużew tal-arti fil-belt Valletta. L-importanza ta din l-istatwa attribwita lil Antonello Gaggini qiegħed filfatt li dan Antonello u missieru Domenico tista tgħid li ġabu magħhom ir- Rinaxximent f Malta f dak li hu skultura. Huma hadmu għad ta statwi għal Malta kif ukoll għadd ta fontijiet tal-ilma mbierek u il-figura tal-gran Mastru Philippe Villiers de l Isle Adam fil-poża ta meta miet, fuq issarkofagu tal-gran Mastru li hemm fil-kripta taħt l-altar maġġur ġol- Konkatidral ta San Ġwann fil-belt Valletta. Paġna 6 minn 6