Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

Similar documents
St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

Settembru 2011 Numru 82

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

Passaport Ewropew għaċ-ċittadinanza Attiva

Każin tal-banda San Lawrenz

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti.

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

ORESTE CALLEJA U l-anġlu Ħabbar...

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SEKONDARJA RABAT EŻAMIJIET TA NOFS IS-SENA. Isem: Klassi: Numru tar-reġistru:

Każin tal-banda San Lawrenz

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

Każin tal-banda San Lawrenz

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

Fava Woodworks Co. Ltd.

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

Awwissu 2011 Numru 81

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

Fava Woodworks Co. Ltd.

-uniformi, -żiemel, -xitwa, -nemus, -sena, -storja, - nanna, - frott, - spiżjar, -għalliema

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

Victor. Ħbieb Ħuttaf! X għandna? editorjal. il-kumitat. il-kuntatt. il-klabb. mal-faċċata

Każin tal-banda San Lawrenz

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM

L-Avveniment taż-żgħażagħ. Ewropew. Rapport EYE2018. L-Ewropa ssemma' leħinha! 100 idea għal futur aħjar

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

Gwida dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u l-valutazzjoni dwar is-sigurtà

EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja.

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

Kumitat għall-affarijiet Legali. għall-kumitat għall-ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sikurezza tal-ikel

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

X inhu l-koran Imqaddes?

San Nikola ta Bari Isqof ta Myra

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

April 2013 Numru 101

PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division

IL-GWIDA TIEGĦEK GĦAL BIDU ĠDID L-IRLANDA TAGĦTI ĦARSA LEJN IL-FUTUR TIEGĦEK

WERREJ 01. EKONOMIJA XOGĦOL INFRASTRUTTURA TRASPORT ENERĠIJA GĦAWDEX SOĊJETÀ LI TAĦSEB F'KULĦADD 76

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

Vol 35 Nru 185 Lulju - Settembru 2014

Luminaria. Nru. 107 Diçembru cover

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Sant Agata Patruna ta Malta

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

Transcription:

Kif Toħloq Ebook bil-malti Norman C. Borg Copyright 2012 by Norman C. Borg All rights reserved. This book, or parts thereof, may not be reproduced in any form without permission. ISBN: 978-1-4717-3909-5

All rights reserved. No part of this book may be reproduced or transmitted in any form or by any means, electronically or in print, without the express permission of the author. Every effort has been made to make this ebook as complete and accurate as possible, but no warranty of fitness is implied. The information is provided on an as-is basis. The author shall have no liability or responsibility with respect to any loss or damages arising from the information provided in this ebook including but not limited to the use of any of the materials or methods described, the products, retailers, Internet web sites or links provided. Copyright 2012 Norman C. Borg All contents including cover design, text and photographs, with the exception of logos and content shown in Internet screenshots, are copyright by the author. All logos and content of screenshots property of the respective websites. Use of terms which are trademarks or service marks in this ebook should not be regarded as affecting the validity of any trademark or service mark. L-Ewwel Edizzjoni PDF version ea5 Revision 2 June 2012 Web: www.normancborg.net/kotbafilbut Blog: http://ebooksbilmalti.blogspot.com/ Facebook: www.facebook.com/kotbafilbut

Werrej Daħla 1 Il-proċess ta pubblikazzjoni elettronika 2 L-iżvilupp tal-qari elettroniku 7 Noti tekniċi 11 Noti lingwistiċi/ortografiċi 13 Tagħrif Bażiku 15 Il-format EPUB u l-format PDF 16 Test fiss u test flessibbli... 16 EPUB jew PDF?... 18 Vantaġġi tal-format EPUB u formati flessibbli... 20 Żvantaġġi tal-format EPUB... 21 Vantaġġi tal-format PDF...23 Żvantaġġi tal-format PDF...25 Formati oħra...25 Konklużjoni...26 It-tastiera tal-malti u l-unicode 28 It-tastiera tal-malti... 28 Il-fonts tal-malti dari u llum... 30 Ċekkjaturi u ortografija tal-malti 33 Preġji taċ-ċekkjatur Linux...34 Limitazzjonijiet taċ-ċekkjatur Linux...35 Żbalji komuni fil-word processing 37 Produzzjoni ta Test Fiss 40 Kelmtejn qabel 41 It-tifsila tal-paġna 42 Id-daqs tal-paġna...42 Il-Binja tad-dokument 45 Kif tissettja l-paġna f dokument ġdid...45 L-istili awtomatizzati tal-word 49 Għaliex l-istili awtomatizzati?... 49

Kif tissettja stil ġdid... 50 Il-Paragrafu...53 L-istili ewlenin għal dan l-ebook...58 Il-Werrej Ġenerali (ToC) 62 Oħloq werrej ġdid...63 Irranġa werrej li diġà jeżisti... 69 Elementi estetiċi oħra 71 Headers u Footers... 71 Paġinazzjoni... 73 Footnotes u endnotes... 74 Bookmarks... 77 Id-Drop Cap... 80 Karattri/sinjali speċjali... 82 Numerazzjoni awtomatika... 84 AutoCorrect: żbalji ortografiċi... 86 AutoCorrect: ifformattjar... 88 Sezzjonijiet differenti ta dokument... 90 Kif toħloq PDF 95 Microsoft Word 2007/2010... 96 Adobe Acrobat... 98 L-Adobe Acrobat fil-microsoft Word... 101 Printer drivers... 102 Font embedding... 103 Produzzjoni ta Test Flessibbli 105 Struttura ġenerali 106 Gwida Lulu 110 Gwida Smashwords 111 Gwida KDP 113 Kif toħloq EPUB jew MOBI 115 Sigil (għall-format EPUB)...115 2EPUB.com (għall-formati kollha)... 116 Scrivener (għall-formati kollha)... 118 Programmi oħra... 119 Grafika 122 Illustrazzjonijiet 123

Punti x tikkunsidra... 123 Biex iddaħħal illustrazzjoni f dokument... 125 Biex iddawwar it-test madwar il-grafika... 126 Agħti caption lill-grafika... 127 Kif tiddisinja qoxra 130 Oħloq qoxra fil-microsoft Office 2010... 133 Oħloq qoxra bil-gimp jew bil-photoshop... 146 Dehra professjonali tal-qoxra... 147 Nota dwar drittijiet tal-awtur għar-ritratti... 148 Sottomissjoni tad-dokument 149 Pubblikazzjoni ta ktieb fuq Lulu.com 150 Profil... 150 Bidu tal-proċess: tella d-dokument...151 Agħżel numru tal-isbn...151 Iddisinja qoxra... 152 Iddeskrivi l-ktieb... 152 Iddeċiedi prezz għall-bejgħ... 153 Protezzjoni elettronika tax-xogħol... 154 Pubblikazzjoni stampata... 154 Pubblikazzjoni ta ktieb fuq Smashwords 156 Profil... 156 Sottomissjoni tal-ktieb... 157 Titlu u deskrizzjoni tal-ktieb... 158 Prezz u silta ta prova... 158 Klassifikazzjoni tal-ktieb... 158 Tags... 159 Format tal-ebook... 159 Il-qoxra... 160 Tella d-dokument... 160 Konferma/ftehim tal-pubblikazzjoni... 160 Wara s-sottomissjoni... 161 Pubblikazzjoni ta ktieb fuq KDP 163 Profil... 163 Kif tibda: tagħrif dwar il-ktieb... 164 ISBN u drittijiet ta pubblikazzjoni... 165 Kategorizzazzjoni u Keywords... 165 Il-qoxra... 166

Protezzjoni tal-ktieb... 166 Tella d-dokument... 166 Biex taġġorna d-dokument... 167 Is-servizz KDP Select... 168 Is-servizz CreateSpace... 169 Aktar dwar pubblikazzjoni 170 X inhu ISBN?... 170 X inhi metadata?... 171 Ktieb elettroniku jew stampat?... 173 DRM jew le?... 175 Prezzijiet tal-ktieb... 177 Wara l-pubblikazzjoni? 180 Promozzjoni tal-ktieb... 180 Siti soċjali... 181 Sit elettroniku... 181 Blog... 183 Sommarju 184 Il-Punti bażiċi 185 Tagħrif bażiku... 185 Il-Malti... 186 Produzzjoni tat-test... 186 Grafika u ritratti... 188 Taqlib tad-dokument u sottomissjoni... 188 Promozzjoni ta xogħlok... 190 Biex tuża l-massimu tas-servizzi kollha...... 191 Ħoloq 192 Ħwienet elettroniċi tal-kotba...... 192 Pubblikaturi/aggregators ta ebooks... 192 Proċessar/taqlib ta dokumenti elettroniċi... 193 Qarrejja ta kotba elettroniċi... 194 Grafika... 194 Servizzi ta blog... 194 Siti ġenerali... 195 Glossarju 196 Referenzi 207 L-Awtur 210

Daħla ~~ Paġna 1 ~~

Il-proċess ta pubblikazzjoni elettronika Illum il-ġurnata jeżistu ħwienet elettroniċi minn fejn wieħed jista jixtri prattikament kollox. Naturalment ma jonqsux ilħwienet tal-kotba kemm tradizzjonali kif ukoll dawk elettroniċi. Ħafna drabi dawn huma l-istess ħwienet li joffru għall-bejgħ oġġetti oħra wkoll. L-aktar popolari huma l- Amazon u l-istore tal-apple. L-Apple għandhom l-ibookstore speċifikament għall-kotba, u minn mindu l-amazon ipproduċew l-ereader (il-qarrej elettroniku) speċifiku tagħhom, il-kindle, hemm ukoll il-kindle Store. Hemm ħwienet elettroniċi oħra, bħall-barnes & Noble u r-reader Store tas-sony, imma l-apple u l-amazon huma x aktarx l- aktar tnejn magħrufin. Bħala kittieb inti tista ttella x-xogħol tiegħek fuq wieħed minn dawn il-ħwienet, jew fuq kollha. Biss kull wieħed minnhom għandu r-regoli tiegħu li għandek timxi magħhom. Barra minn hekk kull apparat għandu n-native format tiegħu li trid tuża biex toħloq il-ktieb. Fi kliem ieħor, jekk trid li l-ktieb tiegħek jinxtara minn qarrejja li jużaw kemm il-kindle kif ukoll l-ipad, jew in-nook u s-sony Reader, ikollok toħloq il-ktieb tiegħek f formati differenti. Għalkemm dawn il-qarrejja elettroniċi jaqraw ukoll dokumenti f formati universali, bħall-rtf u l- PDF, il-formati nattivi tagħhom joħolqu dokument li jidher ħafna aktar professjonali fuq dak l-apparat speċifiku. Il-format tal-kindle huwa l-mobi (jew PRC). Dak tal-ipad huwa l-epub. Ħwienet elettroniċi oħra ġeneralment ibiegħu wieħed minn ~~ Paġna 2 ~~

dawn il-formati jew it-tnejn, għalkemm xorta waħda jista jkollhom il-formati nattivi tagħhom. Wara li tagħżel minn fejn trid li jinbiegħ il-ktieb tiegħek, mur fuq is-sit elettroniku tal-bejjiegħ u fittex l-istruzzjonijiet li juruk kif toħloq il-format. Biex toħloq id-dokument fil-format li tixtieq ikollok tniżżel programm li jkun jista jagħmillek dan, jekk m għandekx diġà programm addattat. L-aktar programm komuni għall-ħolqien ta dokument huwa l-microsoft Office Word. Biss il-word joħloq dokumenti fil-format nattiv tiegħu DOC/DOCX (kif ukoll PDF fl-aktar verżjonijiet reċenti). Ma tistax ittella dokument f dan il-format fl-ibookstore jew fil- Kindle Store, għaldaqstant ikollok bżonn programm ieħor. Xi programmi li jagħmlu dan ix-xogħol huma Pages (għall- Mac) u Adobe Acrobat u Adobe InDesign (għall-pcs u l- Mac). Dawn il-programmi jistgħu jkunu għoljin wisq għal butek speċjalment jekk m intix qed tippjana li toħroġ kotba bl-istess rata li joħorġuhom kittieba bħal Stephen King jew Ken Follet! F dan il-każ tista ssib programmi open source jew saħansitra siti elettroniċi li joffrulek dan is-servizz b xejn. Programm open source tajjeb (għall-windows, Mac OS X u Linux) huwa Calibre, li jikkonverti dokumenti għall-format EPUB. Programm ieħor open source tajjeb biex joħloq format MOBI huwa l-mobipocket Creator (s issa għall-windows biss). Dawn il-programmi tista ddaħħlilhom dokument DOC u jikkonvertuh għall-format speċifiku tagħhom. Fil-fatt dan jista jsir faċilment ukoll (u aħjar!) permezz tas-sit elettroniku 2EPUB.com, fejn m għandekx għalfejn tistalla ~~ Paġna 3 ~~

programmi fuq il-kompjuter tiegħek. Tella d-dokument, agħżel f liema format trid li jinqaleb, u niżżel il-format li jinħoloq fuq il-kompjuter tiegħek. Naturalment ikollok bżonn issegwi xi kundizzjonijiet biex it-taqliba taħdem tajjeb. Ladarba din il-parti tkun lesta, se jkollok id-dokument tiegħek fil-format li għandek bżonn, u tkun tista ttellgħu fuq is-sit tal- Apple jew tal-amazon kif tixtieq. S issa qegħdin nitkellmu biss dwar il-prodott innifsu. Hemm ċerti affarijiet oħra li wieħed għandu bżonn iqis biex jippubblika ktieb, u li la l-apple u l-anqas l-amazon ma jipprovdu għalkemm huma parti mir-rekwiżiti tagħhom. Innumru tal-isbn tal-ktieb huwa eżempju wieħed. F dan il-każ dan ix-xogħol ikollok tagħmlu inti qabel ma ttella l-ktieb biex jaċċettawhulek. Jekk ma tistax jew ma tafx kif tagħmel dan waħdek tista tagħmel użu minn dawk li jissejħu l-aggregators. Dawn nistgħu inqishom bħala l-pubblikaturi u d-distributuri tal-ktieb tiegħek. Inti ttella d-dokument tiegħek fuq is-sit tagħhom, u huma jipprovdulek dak kollu li għandek bżonn biex il-ktieb ikun jista jiġi ppubblikat. Barra minn hekk se ssib li t-taqliba tad-dokument għall-formati msemmija hija inkluża fis-servizz, u wara li tkun tellajt xogħlok u jaraw li jkun konformi marregoli meħtieġa, il-pubblikaturi jkunu jistgħu jgħaddu l-ktieb lill-ħwienet elettroniċi bħall-amazon, l-apple, is-sony u l- Barnes & Noble. Tnejn mill-aktar pubblikaturi popolari għal dan huma Lulu (www.lulu.com) u Smashwords (www.smashwords.com), li ~~ Paġna 4 ~~

joffru s-servizz bażiku bla ħlas. Biss hawn ukoll se ssib xi restrizzjonijiet. It-tnejn li huma għandhom il-programmi speċifiċi tagħhom biex jagħmlu t-taqliba tal-formati, u minħabba f hekk ir-riżultat aħħari ta kif se jidher il-ktieb mhux se jkollok kontroll fuqu għal kollox daqs li kieku ħloqtu inti stess bi programmi bħal Calibre, MobiPocket Creator jew 2EPUB. Il-formati li semmejna s issa jittrattaw it-test tal-ktieb b mod flessibbli, proċess li jifred għal kollox il-kliem mill-paġna fiżika, fissa, ta ktieb stampat. Format li jiddependi mid-daqs ta paġna stampata huwa l-pdf, li għandu l-karatteristiċi u l- kriterji tiegħu differenti ħafna. Dan il-format kittieb jista jiġi bżonnu jekk ikun jixtieq ukoll verżjoni stampata tal-ktieb. Hemm aspett ieħor li l-kittieb Malti jkollu jikkunsidra biex jippubblika ktieb elettroniku. Għalkemm fit-teorija l-formati li semmejna jużaw l-istandard tipografiku UTF-8/16 li jinkludi l- ittri Maltin, mhux dejjem hemm il-garanzija li dawn jidhru tajjeb, u jistgħu jintilfu kemm fil-programm li jikkonverti l- formati jew saħansitra fil-programm li juri d-dokument fuq l- apparat elettroniku. Dan il-manwal se jiddiskuti dawn il-formati u joffri xi ideat ta kif wieħed jista jagħmel l-aħjar użu minnhom. Se jqis ukoll ilkwistjoni tal-alfabett Malti u l-aspetti tekniċi li wieħed għandu jikkunsidra biex ifassal ktieb bil-malti li jidher sewwa fuq kull apparat elettroniku. Se nħarsu wkoll lejn il-format PDF għal dawk il-kittieba li jkunu jixtiequ jfasslu ktieb għall-istampar tradizzjonali wkoll. ~~ Paġna 5 ~~

Fig. 1: Il-proċess, minn dokument Word għall-bejgħ fuq l- internet. ~~ Paġna 6 ~~

L-iżvilupp tal-qari elettroniku L-ewwel ereader li ħareġ fis-suq Amerikan fl-2007 kien il- Kindle. F inqas minn sitt sigħat il-mudelli nħatfu kollha. Fl-2010 fl-istati Uniti tal-amerika biss il-bejgħ ta kotba elettroniċi żdied b aktar minn 164 fil-mija fuq dak tas-sena ta qabel. Madankollu l-fenomenu tal-ebooks mhuwiex limitat għall-istati Uniti biss. Skont riċerka li saret mill-futuresource Consulting il-bejgħ ta kotba elettroniċi madwar id-dinja rdoppja bejn l-2009 u l-2010, u nxtraw madwar 90 miljun kopja. L-Association of American Publishers irrappurtat li l-bejgħ ta ebooks qabeż il-bejgħ ta formati oħra (inklużi paperbacks u hardbacks) b 200 fil-mija bejn Frar 2010 u Frar 2011. L- Amazon.com issostni li qed tbiegħ aktar ebooks milli tipi ta kotba oħra. Barra minn hekk il-bejgħ ta apparati li jħaddmu l- ebooks qed jikber minn ġurnata għall-oħra. L-ebook jista jinqara minn fuq PC jew Mac, minn fuq ereaders bħall-kindle, in-nook u s-sony Reader, minn fuq l-ipad, tablets imħaddmin bis-sistema Android kif ukoll minn fuq l- iphone u smartphones oħrajn. L-immedjatezza ta kif jinbiegħ u jinxtara ebook hija talgħaġeb. Sakemm l-ereader tiegħek huwa mqabbad malinternet, kulma għandek tagħmel hu li tmur fuq il-ħanut online, tagħżel il-ktieb li jinteressak u tordnah. Billi jkollok il- ~~ Paġna 7 ~~

kont mal-pubblikatur issettjat minn qabel meta tkun xtrajt l- apparat, il-ktieb jitniżżel fl-ereader tiegħek f temp ta sekondi. Mhux biss. Illum il-ġurnata sar ħafna iktar faċli tipproduċi u tippubblika ktieb fuq l-internet, speċjalment bis-saħħa tasservizzi awtomatizzati tal-aggregators, fejn tista ttella d- dokument tiegħek. Dan jiġi mfassal fil-formati kollha li jinqraw fuq apparati elettroniċi u l-qarrejja jkunu jistgħu jniżżluh fuq l- apparati tagħhom f qasir żmien. Dan isir prattikament mingħajr ebda ħlas min-naħa tal-kittieb. Għalhekk dawn is-servizzi qed jgħinu biex kittieba jippubblikaw ix-xogħlijiet tagħhom indipendentement millpubblikaturi. Din mhix xi ħaġa ġdida fiha nnifisha: minn dejjem kienu jeżistu pubblikaturi indipendenti. Imma l-miġja ta din it-teknoloġija kabbret dan il-fenomenu b mod inkredibbli fi żmien qasir, u wessgħet ukoll il-firxa ta qarrejja potenzjali lill-kittieb, għax is-suq issa huwa internazzjonali. Meta wieħed iqis dawn l-affarijiet ma jistax ma jintebaħx li dan huwa l-ġejjieni tal-kitba. Hawnhekk mhux il-lok biex wieħed jidħol f dibattitu jekk hux sew jew le li naqilbu mill-użu talkotba tradizzjonali għall-użu ta din it-teknoloġija l-ġdida u fil-fatt lanqas għandna naħsbu li waħda bilfors teskludi lilloħra imma nemmen bil-qalb kollha li hawnhekk infetħet triq ġdida għall-kittieb li sempliċement ma jistax jittraskura, iwebbes rasu u jagħmel ta bir-ruħu li ma teżistix. Għal xi wħud hija sfida, għal oħrajn hija opportunità mhux ta min jitlifha. Waqt intervista li kellu mas-cnn xi sentejn ilu, lill-famuż kittieb Amerikan Stephen King, li kien ippubblika l-ewwel ~~ Paġna 8 ~~

ebook tiegħu fis-sena 2000, saqsewh jiddispjaċihx li din itteknoloġija tista fil-ġejjieni teqred il-ktieb tradizzjonali. Wieġeb li wara kollox dan ma kienx jinteressah ħafna għaliex għalih l-aktar ħaġa importanti huwa l-messaġġ, mhux kif huwa mwassal lill-qarrej. Fl-opinjoni tiegħi il-ktieb dak il-mazz folji magħluq pulit pulit f qoxra li tista tiftaħha u timmeravilja ruħek b dak ittagħrif mistur ġewwa fiha huwa xi ħaġa li mhi se tispiċċa qatt. Il-ktieb għandu maġija fih innifsu li l-ebda teknoloġija ma tista tegħleb. Ktieb stampat ma jolqotx il-ħsieb tal-moħħ biss. Jolqot ukoll is-sensi, speċjalment ix-xamm (ir-riħa tal-folji ta ktieb ġdid) u l-mess (il-folja, ħoxna jew irqiqa, rozza jew lixxa, f idejk). L-aktar li t-teknoloġija tista tagħmel huwa li tkabbar il-preġju ta ktieb stampat u ttellgħu fuq pedestall ogħla. Ftit ilu ppubblikajt l-ewwel ebook tiegħi, u fil-fatt għad irrid nara kemm tassew se jagħmel impatt fuq il-qarrejja, kemm se jinxtara, kemm se jinqara. Iżda l-fatt li stajt nippubblikah u potenzjalment nilħaq permezz tiegħu udjenza kbira kien ta sodisfazzjon kbir għalija. B xorti ħażina għalkemm barra minn Malta, speċjalment fil-kultura Anglo-Sassona, il-ktieb elettroniku rranka bil-qabda, hawn Malta għadu lura wisq. Biss nemmen ukoll li din it-teknoloġija tista tgħin ħafna l-firxa tal-ilsien Malti, u f idejn min iħobb dan l-ilsien hija wkoll strument biex jinxtered speċjalment qalb iż-żgħażagħ u t-tfal ta llum, li aktar issibhom mitlufin f dawn il-ġugarelli moderni, tal-għaġeb, milli rashom mgħaddsa f xi ktieb bħalma konna dari. ~~ Paġna 9 ~~

Allura għaliex ma ngħaqqdux iż-żewġ dinjiet flimkien, u nressqu l-ġenerazzjonijiet iż-żgħar lejn l-imħabba tal-qari tal-qari bil-malti permezz ta dawn il-ġugarelli? Xi ħbieb u kollegi wrew ukoll interess fil-mod kif ippubblikajt il-kitba tiegħi, u għalhekk ħassejt li għandi nipproduċi dan ilmanwal għal dan il-għan ukoll. Nittama li dawk minnkom li għandhom il-malti u l-kitba għal qalbhom kemm kittieba diġà stabbiliti fis-suq Malti kif ukoll dawk li jixtiequ jibdew isibu dan ix-xogħol utli u ta ispirazzjoni. ~~ Paġna 10 ~~