UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

Similar documents
UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti.

Gwida għall-edukaturi fuq il-pedagoġija u l-assessjar. L-Użu tal-approach li jiffoka fuq il-kisbiet mit-tagħlim. Il-malti LIVELLI

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

Każin tal-banda San Lawrenz

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

Victor. Ħbieb Ħuttaf! X għandna? editorjal. il-kumitat. il-kuntatt. il-klabb. mal-faċċata

Każin tal-banda San Lawrenz

Fava Woodworks Co. Ltd.

Każin tal-banda San Lawrenz

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

Awwissu 2011 Numru 81

X inhu l-koran Imqaddes?

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division

Settembru 2011 Numru 82

Fava Woodworks Co. Ltd.

Każin tal-banda San Lawrenz

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SEKONDARJA RABAT EŻAMIJIET TA NOFS IS-SENA. Isem: Klassi: Numru tar-reġistru:

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

-uniformi, -żiemel, -xitwa, -nemus, -sena, -storja, - nanna, - frott, - spiżjar, -għalliema

Sant Agata Patruna ta Malta

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM

Vol 35 Nru 185 Lulju - Settembru 2014

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

San Nikola ta Bari Isqof ta Myra

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

ORESTE CALLEJA U l-anġlu Ħabbar...

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

LUMINARIA. GUNJU 15 NRU. 120

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

Vol 36 Nru 188 April - Ġunju 2015

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà

Luminaria. Nru. 107 Diçembru cover

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

RESULTS AND SCORERS Information compiled by Saviour Vella

BATHROOM CENliRE Electrical & Plumbing. Blue Grotto Ave., Żurrieq Teleohone:

BORD TA INVESTIGAZZJONI DWAR SKOLA SAJF / KLABB 3-16 SAJF 2014 RAPPORT FINALI

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf

Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjarji. Kaz Nru. 032/2017. FG (l-ilmentatur) vs ARGUS Insurance Agencies Ltd. (C 597) (Il-Provditur tas-servizz)

tal-mulej Programm ta implimentazzjoni ta proposti tas-sinodu Djoçesan fil-qasam tal-pastorali tal-media

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

Transcription:

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT MATRICULATION AND SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE EXAMINATIONS BOARD

IL-MALTI FIL-LIVELL INTERMEDJU IS-SESSJONI TA MEJJU 2009 IR-RAPPORT TA L-EŻAMINATURI Din is-sena l-għadd ta kandidati li rreġistraw għall-eżami tal-malti fil-livell Intermedju kien ta 650, żieda ta 11% skorruti fuq l-għadd tas-sena l-oħra (578). Wara li s-sena l-oħra kien hemm tnaqqis ta 18.34% fuq is-sena ta qabel, issa jidher li dan is-suġġett reġa irkupra l-popolarità fost l- istudenti. Iżda t-tqabbil tal-istatistiċi juri li l-għadd ta dawk il-kandidati li kisbu l-ogħla żewġ gradi, A u B, kien bejn wieħed u ieħor daqs tas-sena l-oħra minkejja li resqu aktar kandidati għall-eżami. Iż-żieda flgħadd ta kandidati hi riflessa fl-għad ta dawk li kisbu gradi Ċ, D u E. Dan it-tqabbil juri ċar li bosta kandidati li qed jersqu għal dan l-eżami mhumiex jilħqu l-livell mixtieq. Bħalma ngħad is-sena l- oħra, is-suġġett mhux qed jittieħed b dik is-serjetà li tistħoqqlu. Ħafna forsi jaħsbu li għax issuġġett hu tal-livell Intermedju u mhux Avvanzat, allura ma jitlobx impenn daqs dan tal-aħħar. Mhux billi l-malti hu l-ilsien li bih wieħed jitkellem fil-ħajja normali ta kuljum, allura m hemmx għalfejn wieħed jistudjah bis-serjetà kif suppost. Din hi idea żbaljata ħafna għax l-eżami f dan illivell irid juri li l-kandidat immatura aktar matul is-sentejn kors li jkun għamel wara l-eżami taċ-ċes. Kif se juru l-kummenti li ġejjin, ikun hemm kandidati li flok imxew il quddiem, pjuttost baqgħu ankrati fil-livell tas-sekondarja, jekk mhux ukoll marru lura. Din hija t-tabella ta kif marru l-kandidati f dan l-eżami: GRAD A B C D E F ABS REĠ NRU 27 65 219 172 75 80 12 650 % 4.2 10.0 33.7 26.5 11.5 12.3 1.8 100 L-ORALI (10%) Kif nirrepetu kull sena, l-orali jsir biex il-kandidati juru l-ħila lingwistika tagħhom fit-taħdit bil-malti. Il-kandidati jagħżlu suġġett mill-ħamsa li l-eżaminaturi jpoġġulhom quddiemhom u mbagħad huma juru l-fehmiet tagħhom dwaru f ħin ta tmien jew għaxar minuti. L-eżaminaturi wara jagħtu l-marka (0-10) fuq diversi kriterji marbutin mal-ħiliet tat-taħdit u l-argumentazzjoni fosthom l-espressjoni tal-ħsieb, l-iżvilupp tal-ideat, l-użu ta Malti korrett mil-lat grammatikali u idjomatiku u fl-għażla talvokabularju. Għalkemm ikun hemm xi kandidati li jkunu kapaċi jesprimu ruħhom tajjeb ħafna, għax jużaw Malti sabiħ b għażla ta vokabularju adattat għas-suġġett li jkunu għażlu biex jitkellmu fuqu, il-biċċa l- kbira tal-kandidati juru nuqqas ta prattika fit-taħdit b Malti korrett u effettiv. Huwa importanti ħafna li l-istudenti jitkellmu, jiddiskutu u jesprimu ruħhom fil-klassi filwaqt li jkunu konxji tal-ħiliet tat-taħdit u ta x qiegħed jitlob minnhom l-eżami tal-orali. Anzi dan għandu jibda aktar kmieni sa mill-ewwel klassijiet tas-sekondarja, ħalli b hekk mhux biss irabbu ċerta kunfidenza fihom infushom meta jiġu biex jitkellmu quddiem in-nies, imma jkunu jistgħu wkoll jikkoreġu d-diversi difetti fit-taħdit tagħhom, l-aktar jekk il-malti li jużaw ikun Malti ingliżizzat. Biex wieħed jitgħallem jitkellem lingwa tajjeb, irid jaqra ħafna xogħlijiet ta awturi stabbiliti u wkoll jisma b attenzjoni kelliema li verament jafu l-lingwa bl-għeruq u x-xniexel. Sfortunatament iżżgħażagħ tal-lum ftit li xejn għadhom jaqraw u wisq anqas isibu ħin biex jisimgħu xi diskussjoni jew xi taħdita fuq il-mezzi tax-xandir. In-nuqqas ta qari u n-nuqqas ta interess veru fil-malti jidher filmarki baxxi li ħafna kandidati qed jiksbu fl-eżamijiet tal-malti. Ħafna minn dawn jaħsbu li għax imorru l-privat se jġibu dak li ma ħadux mill-iskola u allura jippretendu li jġibu marki għoljin. Dawn it-talin iridu jirrealizzaw li t-tagħlim veru ta lingwa ma jistax isir fi ftit xhur. 2

L-EŻAMI TAL-KITBA (90%) TAQSIMA A KOMPONIMENT ĠENERALI (30%) Il-Komponiment Ġenerali It-titli kollha ntgħażlu iżda mhux kollha bl-istess intensità. L-aktar titlu li ntgħażel kien L-anzjana li toqgħod ħdejna. L-istudenti li għażlu dan it-titlu batew fil-kreattività. Taqta xi ftit komponimenti, kważi kollha kitbu dwar anzjana fqira li kien mitilha r-raġel, li għallmithom isajru, u li tirrakkontalhom it-tbatijiet tat-tieni Gwerra Dinjija. Min-naħa tal-istudenti, kollha jmorru jaqduha, u kollha ddispjaċihom li mititilhom in-nanna li qatt ma kellhom minħabba li n-nanna reali kienet ilha li mietet. Kollha stqarrew li qatt ma kienu se jinsew lill-anzjana. Wieħed jiġih dubju jekk hux qiegħed jaqra sensiela ta fotokopji. Il-komponiment dwar in-nuqqas ta qari mill-maltin intgħażel ħafna ukoll. L-istudenti rripetew l-istess ideat li f Malta hawn nuqqas ta qari għax ma jseħħux vjaġġi fit-tul u li l-kompjuter ħa post il-ktieb. B riżultat ta nuqqas ta ideat u kreattività xi komponimenti kienu qosra ħafna. Dawk li għażlu li jiktbu dwar Il-kollezzjonist jew Il-ħsejjes huma wens tal-ħajja ixxalaw aktar f dik li hija kreattività. L-agħar li marru kienu dawk li għażlu Lindifferenza għax taqta xi ftit tgħoddhom, il-biċċa l-kbira ħarġu barra mis-suġġett. Ħafna interpretaw l- indifferenza bħala differenza. Kitbu dwar ir-razziżmu, id-diskriminazzjoni, il-ġudizzji, u l-preġudizzji filwaqt li kkundannaw id-differenzi reliġjużi u sesswali, id-differenzi soċjali u kulturali. Wieħed jinnota li għadd ġmielu ta studenti għamlu ammont kbir ta żbalji serji fl-ortografija, fissintassi, fl-idjoma, fl-għażla tal-vokabularju, u fil-punteġġjatura. Bosta żbalji kienu kkaġunati minn traskuraġni kbira. Kien hemm għadd kbir ta żbalji grammatikali u ortografiċi li wieħed ma jistenniex li jsiru fil-livell primarju, per eżempju min xi erba miet metru l-bogħodt. Hija ħaġa taliskantament kif xi studenti għaddew mil-livell ordinarju. Xi wħud qegħdin jinjoraw il-punteġġjatura kompletament jew qed jużawha ħażin. Għal xi wħud iddijakritiċi qishom ma jeżistux. Oħrajn ma jibdewx is-sentenzi b ittra kapitali. Daħlet ukoll iddrawwa li jintużaw l-ittri kapitali kif ġie ġie saħansitra mħaxkna fil-kliem. Bosta studenti donnhom ma jirrealizzawx li dawn in-nuqqasijiet jingħaddu bħala żbalji. Prepożizzjonijiet bħal lejn u fuq qed jintużaw b mod ħażin. Huma ħafna l-istudenti li qed jitfixklu meta għandhom jużaw ġewwa u meta għandhom jużaw fi + l-artiklu jew sempliċiment l-artiklu waħdu l- (per eżempju: ġewwa l-baħar minflok fil-baħar jew morna ġewwa l-belt minflok morna l-belt. L-istess jista jingħad għall-użu ta fejn li qiegħda tintuża ħażin wara kliem li jindika żmien. Minbarra l-iżbalji ortografiċi komuni, wieħed isemmi wkoll in-nuqqas jew iż-żieda bla bżonn talvokali tal-leħen. Hemm studenti li jirduppjaw il-konsonanti meta m hemmx ħtieġa, filwaqt li jonqsu li jirduppjaw il-konsonanti meta hemm bżonn. Jidher li l-istudenti għadhom isibu diffikultà fil-pożizzjoni ta l-/għ/ speċjalment fejn tidħol vokali qabel jew wara l-/għ/. Kienu ftit l-istudenti li kitbu korrettament xi kliem bħal nilagħbu u noqogħdu. L-istess nistgħu ngħidu għat-tehmiż tal-partiċelli mal-artiklu (għall-, bħall-, lill-, mill-). Ħafna studenti għadhom ibatu minn sintassi ħażina. Bosta għandhom it-tendenza li jiktbu bl-istess mod kif jitkellmu fit-taħdit informali ma ħbiebhom. Kien hemm min bata minn sentenzi twal ħafna li kultant laħħqu paragrafi sħaħ ta nofs paġna. Il-paragrafi twal u t-tqassim ħażin ikkontribwew ukoll għal ħafna żbalji sintattiċi u grammatikali. Wieħed seta josserva nuqqasijiet kbar u serji fl-idjoma u l-espressjoni bil-malti. Xi wħud dehru li ma jitkellmux bil-malti fil-ħajja tagħhom ta kuljum u għalhekk l-idjoma ma tiġihomx naturali. Saru bosta żbalji fejn il-verb ma jaqbilx mas-suġġett la filgħadd u lanqas fil-ġens. L-istess fejn jidħol l-aġġettiv li ma jaqbilx man-nom fil-għadd u fil-ġens. Jidher ċar li matul il-kors tal-livell Intermedju, ftit li xejn ikunu tħarrġu sewwa fil-kitba talkomponiment u għaldaqstant jibqgħu jħossuhom ebsin meta fl-eżamijiet jiġu biex ifissru ruħhom bil-kitba. Barra minn hekk l-iżbalji sintattiċi u ortografiċi li jkunu mdorrijin jagħmlu ftit hemm ċans li jaqtgħuhom. Huwa importanti li l-istudenti jsiru aktar midħla tal-espressjoni Maltija tajba. Kważi kważi għal xi wħud mill-istudenti l-malti sar donnu lingwa barranija. Ħareġ ċar mix-xogħol li taw xi 3

kandidati f numru ta każijiet il-fatt li jindika sitwazzjoni fejn il-malti qisu bħallikieku lingwa barranija għall-maltin stess. Fejn kandidati Maltin iħarsu lejn il-malti bħala lingwa barranija. TAQSIMA B KOMPONIMENT FUQ IL-LINGWISTIKA (20%) Il-kandidati għażlu t-tliet mistoqsijiet. Iżda l-aktar mistoqsija li ppreferew kienet l-ewwel waħda, dwar il-bilingwiżmu. Il-mistoqsija dwar il-malti bħala lsien imħallat kienet popolari ukoll. L-anqas li ntgħażlet kienet dik dwar is-sintassi. Deher ċar li dawk li għażlu l-mistoqsija dwar il-bilingwiżmu sabuha diffiċli biex jinkludu l-eżempji. Il-biċċa l-kbira mill-kandidati li taw eżempji, ma kellhomx il-kapaċità li jagħtu eżempji oriġinali iżda rriproduċew dak li kienu studjaw mill-ktieb. Bosta studenti li ma studjawx għażlu din il-mistoqsija u ħasbu li setgħu jiktbu komponiment ġenerali dwar l-importanza li wieħed ikun jaf kemm il-malti kif ukoll l-ingliż. Dawk li studjaw u għażlu din il-mistoqsija ddistingwew ruħhom billi semmew l-erba aspetti (l-oriġini, il-kapaċità, il-funzjoni, u l-attitudni) marbuta mal-bilingwiżmu kif ukoll elementi oħra soċjolingwistiċi bħas-sigurtà, l-inklużjoni, u l-iżolament. Kien hemm ukoll min kiteb biss dwar xi aspett jew tnejn u qagħad idur mal-lewża. Oħrajn dehru li studjaw il-bilingwiżmu tajjeb iżda ma addattawx it-tagħrif li kisbu għall-mistoqsija. Il-biċċa l-kbira ta dawk li għażlu l-mistoqsija dwar il-malti bħala lsien imħallat dehru li kienu ppreparati tajjeb u taw ħafna eżempji. Ħasra li kważi kollha rrepetew l-istess eżempji mill-ktieb jew min-noti. Kien hemm min inħela fuq l-istorja tal-lingwa (kultant bil-fatti storiċi żbaljati) jew fuq l- element Semitiku fih innifsu u ma applikahx għall-mistoqsija. Oħrajn ikkonċentraw fuq l-element Rumanz iżda kitbu ftit li xejn dwar l-element Anglosassonu. Dawk li għażlu l-mistoqsija dwar is-sintassi kienu ppreparati tajjeb ħafna. Min ma studjax m għażilhiex. Madankollu kien hemm ukoll xi ftit li kitbu komponiment ġeneriku dwar il-lingwa bħala mezz ta komunikazzjoni mingħajr ma ntebħu li l-mistoqsija kienet dwar is-sintassi. Il-biċċa l- kbira xxalaw fl-eżempji anke permezz ta tabelli jew siġar. Għal darb oħra ta min jgħid li bosta eżempji ttieħdu mill-ktieb jew min-noti mingħajr l-iċken sforz jew inizjattiva biex imqar jinbidel verb jew nom. Wieħed irid isemmi l-għadd kbir ta żbalji ortografiċi, grammatikali u sintattiċi. L-istudenti batew ħafna fl-idjoma u fl-espressjoni bil-malti. Kien hemm min deher li studja iżda bata biex jesprimi l- kontenut b Malti tajjeb. Xi studenti qed isibu diffikultà kbira biex jesprimu ruħhom meta jkunu marbutin b kuntest. Kultant wieħed jiddubita jekk hux qed jifhmu dak li jkunu qed jiktbu huma stess. Jista jkun li dan ġej minħabba li bosta studenti rriproduċew kelma b kelma n-noti li ngħatawlhom, bl-eżempji b kollox. Hemm għadd kbir ta studenti li studjaw il-lingwistika bis-serjetà. Wieħed jieħu gost jaqra xogħlijiethom iżda hemm oħrajn li għandhom jifhmu li mix-xejn ma jiġi xejn u li din it-taqsima m hix komponiment ġenerali dwar il-lingwa. TAQSIMA Ċ KOMPONIMENT FUQ IL-POEŻIJA (20%) Iż-żewġ mistoqsijiet li ngħataw f din it-taqsima kienu dwar l-identità ta Poplu u dwar Tiġrib il-ħajja. Dawk li wieġbu l-ewwel mistoqsija kellhom isemmu kemm poeti romantiċi kif ukoll poeti moderni. Madankollu, ħafna minnhom iddeċidew li jitħaddtu iktar dwar ir-romantiċi u jagħżlu li ma jsemmux il-moderni, jew inkella jsemmu biss poeżija jew tnejn. Dawn li għamlu hekk tilfu ħafna marki. Ħafna mill-kandidati wieġbu qasir wisq u ma rriflettewx fuq it-tema. Taw biss il- ħsieb ta poeżija wara l- oħra mingħjar ma taw kas il-fatt li kellhom jiktbu esej argumentattiv u analitiku kif jixraq f dan illivell. Jidher ċar li ħafna mill-kandidati ma jafux jiktbu esej letterarju. Il-poeżiji li ssemmew f din ittema kienu dejjem l-istess ftit: L-Għanja tar-rebħa, Lil Malta, Lil Mikiel Anton Vassalli, Il- Ġgantija t Għawdex, Lit-Tork, Duluri, Inċest u Monologu mill-gżira tal-isponoż. 4

Kien hemm saħansitra kandidati li rriċiklaw biss il-poeżiji li studjaw fit-tema Ġrajjiet u Identità li jistudjaw għal-livell ordinarju Rewwixta, Jum ir-rebħ, L-Għanja tar-rebħa u F Ħaġar Qim. Hija ħasra li wara sentejn kors ta studju fil-livell Intermedju, il-kandidati ma rnexxilhomx jiksbu l- maturità xierqa biex iwieġbu din it-tip ta mistoqsija. It-tieni tema kienet iktar miftuħa. Il-kandidati ma kellhomx bilfors jagħżlu poeti romantiċi u moderni. Kienu liberi li jitkellmu dwar il-preokkupazzjonijiet u t-tiġrib tal-poeti li jridu huma. Madankollu r- riċetta kienet lesta u studjata sew f din it-tema wkoll u li ma tantx kienet imħawra. L-iktar poeżiji li rreferew għalihom il-kandidati f din it-tema huma dawn: Il-Ġerreja u Jien, Waħdi, L-Għanja tal- Imnikket, Vjolin Marid, Il-Mewt tas-sieħba, Vanġelu ieħor, Rendikont, Demgħat tas-silġ u Barrani. L-istess f dan l-esej, ħafna kandidati taw biss ħsieb ta poeżija wara l-oħra mingħajr ma ħasbu kif dawn setgħu jiġu żviluppati u analizzati aħjar. Sfortunatament, ħafna mill-kandidati kitbu esejs qosra ħafna, bi 3 jew 4 referenzi biss, ftit li xejn kwotazzjonijiet u ħafna żbalji ortografiċi. L-użu tal-prepożizzjoni fejn kien kważi dejjem ħażin u ħafna drabi l-kostruzzjoni tas-sentenza kienet fqira ħafna mhix denja għal dan il-livell. L- espressjoni wkoll kienet dgħajfa u aktarx puwerili; minħabba f hekk ħafna esejs ma laħqux il-livell mistħoqq. TAQSIMA D KOMPONIMENT FUQ IN-NARRATTIVA (20%) F din it-taqsima kien hemm erba mistoqsijiet: tnejn fuq ir-rumanz ta Frans Sammut u tnejn fuq iddramm ta Francis Ebejer. Il-kandidati kellhom iwieġbu mistoqsija waħda biss u l-iktar mistoqsijiet li ntagħżlu kienu dawk dwar id-dramm Il-Ġaħan ta Binġemma. Dawk il-ftit li wieġbu dwar il-jien ta Fredu Gambin fix-xogħol Il-Gaġġa, intilfu fl-irrakkontar tal-istorja iktar milli fuq l-analiżi tal-karattru. Anki dawk li wieġbu l-mistoqsijiet dwar id-dramm kien hemm min intilef jirrakkonta episodju wara ieħor, xena wara oħra. Imma x aktarx li t-tema tal-kontinwità fid-dramm ta Ebejer kienet l-iktar mistoqsija li ġiet diskussa b mod matur u denju għal dan il-livell. Madankollu, l-iżbalji ortografiċi kienu wisq, il-kwotazzjonijiet ftit li xejn kienu preżenti fl-esejs, illingwa użata ma kinitx mirquma, l-espressjoni dgħajfa ħafna, il-kostruzzjoni tas-sentenzi batuta u l- opinjonijiet tal-kandidati ma jingħataw kważi qatt. Anki hawn jidher ċar li l-kandidati għadhom lura biex jilħqu l-livell ta komponiment letterarju kif inhu mistenni għal dan l-eżami. Kummenti ġenerali Xi kandidati wrew ċar li matul is-sentejn kors ta studju ma ħadux dan is-suġġett bisserjetà li tistħoqqlu. Minn dak li kitbu wrew li għadhom ma nqatgħux mill-mentalità tassekondarja għax il-komponimenti tagħhom kienu qosra wisq u xi wħud tant kellhom livell baxx li lanqas kienu denji għal-livell taċ-ċes. Ħafna kandidati dehru li studjaw biss in-noti li tawhom l-għalliema tagħhom għaliex għadd ġmielu ta tweġibiet kellhom l-istess sekwenza ta referenzi, ħsibijiet u eżempji. Ħasra li ħafna kandidati għalkemm isemmu poeżiji u referenzi relevanti għat-tema talmistoqsija, ma jużawhomx biex isaħħu l-argument jew il-kumment li jridu jagħmlu. Fost in-nuqqasijiet ta serjetà ta ċerti kandidati nistgħu nindikaw: 1. taħwid ta poeżiji u poeti; 2. ineżattezzi fit-tagħrif li jagħtu; 3. tagħrif ivvintat; 4. kwotazzjonijiet mhux eżatti; 5. ħsibijiet ta poeżiji flok argumenti (fit-taqsima Ċ); 6. rakkontar flok analiżi (fit-taqsima D); 7. traskuraġni fil-preżentazzjoni (kitba) tal-komponimenti; 5

8. espressjoni xejn ċara, aktarx puwerili jew konfuża. Bħala konklużjoni l-bord jissuġġerixxi li min jagħżel li jistudja l-malti f dan il-livell irid jagħmel dan b aktar serjetà, u mhux għax jaħseb li billi l-malti huwa l-ilsien li bih jitkellem allura ma jeħtieġx dik l-attenzjoni li tingħata lil suġġetti oħra. Il-Malti f dan il-livell jeħtieġ studju serju b impenn għaliex ilkandidat irid juri li mmatura fl-ideat u fl-espressjoni u li hu kapaċi jargumenta u janalizza fejn jidħlu xogħlijiet letterarji. Biex dan jintlaħaq wieħed irid jinteressa ruħu aktar fil-lingwa mitkellma u miktuba, jaqra kitbiet ta kritika relevanti għall-istudju tat-testi tas-sillabu, jitħarreġ kemm jista filkitba tal-esejs ġenerali, lingwistiċi u dawk letterarji u fl-aħħar nett ma jridx jiddependi għal kollox fuq in-noti li jingħata mill-għalliema. Dawk kollha li marru tajjeb u ġabu marki għoljin f dan l-eżami żgur li għamlu dan li qed nissuġġerixxu. Chairperson Bord tal-eżaminaturi Settembru 2009 6