Awwissu 2011 Numru 81

Similar documents
St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

Settembru 2011 Numru 82

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2010 AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Każin tal-banda San Lawrenz

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

Każin tal-banda San Lawrenz

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Fava Woodworks Co. Ltd.

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

April 2013 Numru 101

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

Fava Woodworks Co. Ltd.

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

Każin tal-banda San Lawrenz

PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

Każin tal-banda San Lawrenz

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

X inhu l-koran Imqaddes?

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

ORESTE CALLEJA U l-anġlu Ħabbar...

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti.

FRAR 2012 SIGNUM FIDEI 1

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

LUMINARIA. GUNJU 15 NRU. 120

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

Vol 35 Nru 185 Lulju - Settembru 2014

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

Editorjal. U ma kellux il-messija jbati dan kollu u hekk jid ol filglorja tieg u? (Lq 24,26) MIET BIEX JAGÓTINA L-ÓAJJA MARIO CURMI

Out of the carpentry shop. Bla qari...qarg a? Wara l-abort: 6 Binti, a firli! Max Lucado 10. Fr Joe Borg 30. kwizz 19 G aliex ismi jqum xewk xewk?

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

IL-VALURI TAL-FAMILJA FABIO ATTARD SDB

-uniformi, -żiemel, -xitwa, -nemus, -sena, -storja, - nanna, - frott, - spiżjar, -għalliema

ta Ge ova bis-s i ` u r-ra Apprezza gunevolezza ta Ge ova ` Apprezza l-lealt au l-ma fra ta Ge ova d-dixxiplina ta Ge ova Ssawrek

BATHROOM CENliRE Electrical & Plumbing. Blue Grotto Ave., Żurrieq Teleohone:

Victor. Ħbieb Ħuttaf! X għandna? editorjal. il-kumitat. il-kuntatt. il-klabb. mal-faċċata

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

Vol 36 Nru 188 April - Ġunju 2015

RESULTS AND SCORERS Information compiled by Saviour Vella

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

Luminaria. Nru. 107 Diçembru cover

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

G. Borg Olivier Street, Sliema SLM 12. \J Telepħone

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

Il-Presepju. Fuljett ma ru mill- GÓAQDA ÓBIEB TAL-PRESEPJU - MALTA c/o 56, Amaltea, Triq il-marg, Attard ATD Malta. Óar a Nru.

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà

Nru. 90 April - Ìunju 2018

... ~ ~ ~ ~ ... ~ ... ; ; ; ; f and Philips Dealers Throughou"t l ; ; ; i. . i. ;. i J PHILIPS ~ ~ j PHILIPS SHOWROOMS j

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja.

Konferenza Nazzjonali dwar id-direttiva tal- Kunsill ta l-unjoni Ewropea li tistabbilixxi Qafas Ìenerali g al Trattament Ugwali fl-impieg

Kulhadd. F din il-harga IDHOL MEMBRU FIL -HAMRUN SPARTANS F.C. We re on the Web. Mail to : xahar. Dan ix-xahar. Hamrun Spartans F.C.

Transcription:

Awwissu 2011 Numru 81 Editorjal 3 Il-Kelma tal-arçisqof 5 L-AbbuΩ bl-internet 6 L-Erba Sfidi 9 In obbha! Ma N obbhiex! 10 Ittri mill-qarrejja 13 Daniel m g adux kif kien 18 Lejl dejn moribond - 21 Pa na g at-tfal 23 Kont Taf? 25 Tisliba u Sudoku 27 Tabib: Uff Xi S ana! 29 L-A ar Pa na: Naddafna u E lisna 30

Britannia Tours BSL Vjaææi gœal Lourdes 4 ijiem sœaœ 1-6 ta Awwissu 29 ta Awwissu - 3 ta Settembru minn minn 79 4 ijiem sœaœ 5 ijiem sœaœ 479 5 ijiem sœaœ 10-16 ta Awwissu 7-13 ta Settembru 5-11 ta Awwissu 19-25 ta Awwissu 2-8 ta Settembru minn 5 IJIEM SŒAŒ 4 IJIEM SŒAŒ 519 Pellegrinaææ æewwa l-art Imqaddsa Dati 24 ta Awwissu - 1 ta Settembru 31 ta Awwissu - 8 ta Settembru 7-15 ta Settembru minn 789 baÿati fuq it-tqassim tripla, full bo Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq it-tqassim tripla, full board u huma nkluÿi Titjiriet, Lukanda, Trasferimenti, servizzi ta Tour Leader, Direttur Spiritwali u t-taxxi (Kundizzjonijiet japplikaw) L-Art Imqaddsa u l-æordan Dati Head Office: Valletta Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Office: Tel: 2180 9930 Gozo Office: Rabat Tel: 2156 5620 minn 999 99 24 ta Awwissu - 1 ta Settembru 31 ta Awwissu - 8 ta Settembru 7-15 ta Settembru

editorjal dun anton portelli Rivista ta kull xahar ma ru a mill-kulle tal-kappillani u titqassam b xejn lill-familji Maltin kollha. Biex tirriklama fuq Flimkien ag mel kuntatt direttament bit-telefon fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulle tal-kappillani, Kurja, Floriana Email: flimkien@maltadiocese.org Tista tisma l-magaƒin Flimkien jinqara fuq www.rtk.org.mt jew fuq cassette jew CD ming and il-kappillan tal-parroçça tieg ek. Tista taqrah minn fuq il-website www.maltadiocese.org Dik kurωità! Fis-sħana tas-sajf Malti, kulħadd jinża u jiskolla, l-aktar meta tkun fis-satra ta darek. Meta mbagħad jiġri xi ħaġa fit-triq, toħroġ tittawwal mill-gallarija jew mit-tieqa jew mill-veranda: u ma toqgħodx tilbes! Hekk ġara waqt il-proċessjoni bis- Sagrament: il-kurżità ma saritx devozzjoni, la fl-ilbies, la fil-kliem u lanqas fl-imġiba. Ħafna ttawlu, imma ftit ġew jimxu fit-triq mal-mulej. Ftit urew rispett lejn l-ewkaristija u niżlu għarkobbtejhom. Tista tgħid li dawn in-nies bħali Maltin mgħammdin suppost jafu aħjar. Tista tgħid li ħafna tilfu s-sens ta ferħ li Alla l-imbierek jgħaddi mit-toroq tagħna fl-ewkaristija. Tista tgħid li ftit baqa proċessjonijiet li jsiru b devozzjoni u ġabra. Tista tgħid li qed niddejqu nuru l-fidi tagħna fil-beraħ, quddiem ħaddieħor. U tasal biex tgħid li Ġesù m għadux importanti għalina: sar biss kurżità li kultant tgħaddi mit-toroq tagħna. Mulej, kabbar il-fidi dgħajfa tiegħi! Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Martha Chris vella www.flickr.com/groups/flickristi Stampar Velprint Ltd Chris g andu 21 sena. Jattendi kors dwar finanzi fl-università ta Malta. Il- eneru favorit tieg u huwa street photography. BELONG Il-grupp belong joffri formazzjoni u akkumpanjament lill-koppji fit-tħejjija tagħhom għaż-żwieġ, u sapport lill-miżżewġin ġodda. Il-laqg at ta kull xahar jikkonsistu f irtiri, seminars u attivitajiet soċjali u jsiru fiċ-ċentru Pastorali San Bastjan, Triq San Edwardu, Qormi fis-7:30pm. Suġġetti tax-xhur li ġejjin: 15 ta Settembru - Kif insaħħu r-relazzjoni? 20 ta Ottubru - Għax inħobbok, ninbidel jien 11-13 ta Novembru - Irtir għal koppji miżżewġa 24 ta Novembru - Jiena nieħu lilek (il-wegħdiet taż-żwieġ) 16 ta Diċembru - Fedeltà u Fiduċja Żur il-website: www.belongroup.com jew ibgħat e-mail fuq info@belongroup.com jew SMS fuq 9946 2992 għal aktar dettalji. Flimkien Awwissu 2011 3

messaìì tal-arçisqof Ta rab l-isfida... jew tiffaççjaha? Kif ara f pajjiƒi l-o ra, se jiƒdied in-numru ta ƒwi ijiet li jitfarrku. Issa x se nag mlu? Qed nikteb fil-bidu ta Lulju, u sakemm inti tkun qed taqra dan il-messaġġ suppost li pajjiżna se jkollu liġi tad- Divorzju. Il-Knisja tat sehemha fi żmien ir-referendum biex tgħaddi l-informazzjoni lill-poplu tagħna dwar iż-żwieġ u d-divorzju, fid-dawl tat-tagħlim ta Kristu u fid-dawl tal-effetti fuq is-soċjetà tagħna. Issa rridu naffrontaw din ir-realtà u sfida ġdida. L-istat u s-soċjetà jridu jaraw kif itejbu l-atmosfera soċjali ta madwarna biex iż-żgħażagħ u l-miżżewġin isibu inkoraġġiment u għajnuna. U se jkollna żewġ bidliet ewlenin: 1. Issa, min jidħol għaż-żwieġ, kemm ċivili kif ukoll dak bil-knisja (fl-effetti ċivili tiegħu, mhux bħala sagrament) se jidħol għal żwieġ li legalment, u b riżultat talliġi tad-divorzju, jista jiddivorzja. Meta koppja jkollha mumenti ta kunflitt jew dgħufija, se jkun aktar faċli tiddeċiedi li TAĦRAB minflok TIFFAĊĊJA l-isfida u tippersevera. Irridu naħdmu biex insaħħu iktar lill-miżżewġin f dawn il-mumenti. 2. Kif ġara fil-pajjiżi l-oħra, se naraw iktar żwiġijiet jitfarrku, u li jinbnew relazzjonijiet oħrajn ġodda. Dan ifisser li se jkollna aktar tfal u żgħażagħ li jitrabbew f ambjent ta tkissir ta familji. Irridu nammettu li qabel mhux kollox kien perfett, iżda l-parti l-kbira tattfal trabbew imdawrin mill-istabbiltà taż-żwieġ. L-istabbiltà kienet parti importanti mill-formazzjoni tagħhom. Anki għal dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li jgħaddu mill-esperjenza ta tifrik tażżwieġ tal-ġenituri, se jkun itqal li jidħlu għal relazzjoni ta żwieġ li tkun stabbli: ikollhom imorru kontra dak kollu li kienu mdawrin bih waqt it-trobbija (instabbli) tagħhom. L-istat għandu r-responsabbiltà li jsib soluzzjonijiet biex isaħħaħ iż-żwiġijiet u l-familji. Imma l-knisja wkoll trid tagħti sehemha biex l-impatt jittaffa, fosthom billi tgħin lil dawk li jagħżlu li jiżżewġu fil-knisja biex ikunu mħejjija għaż-żwieġ fil-kuntest Nisrani tiegħu: id-dinjità, il-fidi, it-talb, u l-mixja fi ħdan il-knisja u l-gruppi eċċ. Jalla dan il-mument ikun mument ta purifikazzjoni u ta tisħiħ fl-istabilità tażżwieġ u l-familji.

Back to school? Remember to order name tags! 3 doz 10.00 6 doz 12.00 12 doz 14.00 Iron on add 4.00 Post add 1.00 Total Rachel Borg Colour required Matthew Zammit a white tape with red, blue, green or black lettering Black Blue Red Green Name required Address EASY TO ORDER! Cut out this advert and send your order together with a cheque to SPECIAL DELIVERY, 75 Old Railway Track, St. Venera SVR 9016 Tel. 2148 4075 www.specialdeliveryshop.com Emails: comfortstairlifts@gmail.com / info@comfortstairs.com Website: www.comfortstairs.com

L-ABBUÛ BL-INTERNET Min hemm verament in-na a l-o ra? Tfajla Maltija fettlilha tiƒvela informazzjoni personali fuq l-internet Dak iż-żmien kelli 22 sena u kont xulxin sew. studenta l-università. Kont għadni Il-ħbiberija tagħna kienet virtwali, kif spiċċajt minn relazzjoni, u allura bdejt permezz tal-kompjuter, li llum sar neċessità insib lili nnifsi quddiem il-kompjuter. Ma f kull dar, u li bih it-tfal u l-adolexxenti saru tantx kont qed noħroġ, għalhekk l-internet jesperimentaw u jikkomunikaw. Skont kien sar mezz kif nissoċjalizza u niltaqa ma statisitka maħruġa mill-awtorità Maltija talpersuni ġodda. Komunikazzjoni, 97% tat-tfal tagħna jużaw Fost dawn in-nies ġodda, permezz l-internet, u 55% minnhom jużawh kuljum. tal-internet, sirt naf lil dan il-ġuvni li kien Dan fih il-vantaġġi tiegħu, imma għandu qalli li kien għalliem. Kont qed nieħu gost l-iżvantaġġi tiegħu wkoll, speċjalment meta niċċettja miegħu. Ftit ftit il-ħbiberija tagħna tqis li ma tkunx taf min hemm verament fuq bdiet tikber permezz tal-internet. Minkejja in-naħa l-oħra tal-monitor. li qatt ma kont iltqajt miegħu, xorta waħda Wara xi żmien niċċettjaw, konna anki bdejt nirrealizza li bdejna nsiru nafu lil tajna n-numru tal-mowbajl lil xulxin, u 6 Flimkien Awwissu 2011

bdejna nikkuntattjaw lil xulxin b dan ilmod. Peress li konna nqattgħu ħafna ħin nitkellmu fuq il-mowbajl, darba talabni n-numru tad-dar fejn kont, biex iċempel fuq linja fissa. Dak il-ħin ma ħsibtx li dan seta jkun ta periklu, għalhekk bla ħsieb ta xejn tajtu n-numru tat-telefon tad-dar. Meta għamilt hekk kont qed nagħmel bħal 50% taż-żgħażagħ Ewropej li b inġenwità kbira jiżvelaw xi tip ta informazzjoni personali fuq l-internet. Madankollu tajtu n-numru, u hu ċempel u komplejna nitkellmu. Dakinhar stess qalli li hu xtaq li niltaqgħu u nsiru nafu lil xulxin wiċċ imb wiċċ. Jiena kont għadni miniex lesta għal dan, peress li kont għadni kemm spiċċajt minn relazzjoni oħra. Barra minn dan, xtaqt li nkun nafu aħjar qabel ma naċċetta li niltaqa miegħu. Imma malli għedtlu li ma xtaqtx li niltaqgħu, dan il-ġuvni nbidel. Sar aggressiv, beda jgħajjarni u anki jheddidni. Kien hawn li bdejt nara d-dawl. Sa dakinhar ma kont għadni għedt lil ħadd b dan kollu, għalhekk aktar bżajt. Irrealizzajt li meta kont tajtu n-numru taddar, awtomatikament kien sar jaf fejn qed noqgħod. Fil-fatt, kont qed insib theddid anki malwindscreen tal-karozza u allura mbagħad vera bdejt nibża. Irrealizzajt li malli noħroġ mill-bieb tad-dar, dan il-bniedem jista jkun qed isegwini, u li kien sar jaf fejn noqgħod. Kien saħansitra qed jheddidni li se joqtolni. It-theddida virtwali issa kienet saret ta vera! F dan il-punt iddeċidejt li mmur l-għassa u għamilt rapport lill-pulizija. Qaluli li jekk irrid nista ntellgħu l-qorti, imma jien kull ma ridt huwa li dan il-bniedem iħallini ngħix fil-paċi. Barra minn dan, ma ridtx niltaqa miegħu, lanqas għar-rapport uffiċjali. Lill-Pulizija wrejthom iċ-chats kollha li kelli miegħu, anki t-theddid li ħallieli fuq iċ-chat, u tajthom in-numru tiegħu. X ġara wara dan? Il-Pulizija kkuntattjawh, u dan ħalla l-effett mixtieq, għax wara dan, waqaf kollox. Kont żvinturata? Ikolli ngħid li sa ċertu punt kont iffortunata, għax l-affarijiet setgħu saru aktar gravi minn hekk. Illum sirt noqgħod attenta ħafna x dettalji ngħaddi fuq l-internet, u sirt nibża nafda lil xi ħadd. Fejn qatt tobsor li dik li bdiet bħala ħbiberija sinċiera fuq l-internet, kienet se tikkawżali daqstant biża u problemi? Dettalji personali miżmuma minħabba kunfidenzjalità. Ixxandret fil-programm REALTAJIET TAL-LUM, Radju RTK, bi preżentazzjoni u produzzjoni ta Cynthia Zerafa Marriage Encounters Il-Grupp Familji Nsara (Moviment ta Kana) qiegħed jorganizza żewġ Marriage Encounters: bejn is-sibt 17 ta Settembru wara nofsinhar, sal-ħadd 18, wara nofsinhar; bejn is-sibt 10 ta Diċembru wara nofsinhar, sal-ħadd 11, wara nofsinhar. Din hi okkażjoni ideali fejn il-koppja miżżewġa ssib ftit ħin biex tirrifletti dwar kif sejra r-relazzjoni tagħhom. Għal aktar tagħrif ċempel 2152 1669 jew 9983 4654. Flimkien Awwissu 2011 7

joseph09@go.net.mt ; 21800462

L-OPINJONI TIEGÓEK L-erba sfidi Fil-ħarġa ta Ġunju, l-arċisqof Pawlu Cremona poġġa quddiemna erba sfidi, u jixtieq li jinbeda djalogu fuq dawn filmezzi tax-xandir kollha. L-erba punti kienu li għandna: niddeċiedu darba għal dejjem x inhu żwieġ; iż-żwieġ jitqies bħala valur, u naħdmu biex niddefenduh kullimkien; l-istat jara kif isaħħaħ il-kultura dwar żwieġ stabbli għall-maltin kollha; nibnu kultura ġdida favur iż-żwieġ, u naħdmu biex il-mara tkun rispettata u meqjusa daqs ir-raġel f kollox. Diġà rċevejna xi reazzjonijiet. Qed inġibuhom hawn taħt, imma nistednuk tagħti l-opinjoni tiegħek ukoll. Ibgħatha b email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta: Flimkien, L-Erba Sfidi, Kurja, Floriana. L-opinjonijiet m għandhomx jiffukaw fuq ir-riżultat tar-referendum imma dwar x jista jsir fil-kuntest tal-erba sfidi li għamlilna l-arċisqof. Me tie a direzzjoni çara Ir-Referendum ħoloq sitwazzjoni ġdida għall-knisja f Malta. Għalkemm il-maġġoranza ta dawk li vvutaw għażlet id-divorzju, il-knisja ma tistax tipprova tinħabb ma kulħadd. It-tagħlim ta Kristu u tagħha jibqa kif kien. Nistenna: direzzjoni ċara mill-knisja għal dawk li jagħżlu li jimxu wara Kristu u jridu jkunu xhieda tiegħu f Malta sekolarizzata; uniformità fit-tagħlim mis-saċerdoti - mhux min jgħid ħaġa u min oħra; linji gwida ċari mill-knisja dwar il-vot fil-parlament dwar il-liġi tad-divorzju; is-sehem ta min jiddivorzja u jerġa jiżżewweġ ċivilment f okkażjonijiet bħall- Griżma, il-magħmudija u ż-żwieġ; il-magħmudija ta trabi frott ta żwieġ wara divorzju; it-tqarbin lil dawn in-nies; pastorali mad-divorzjati għax dawn ukoll membri tal-knisja u nfdew bid-demm ta Kristu. Dan suġġett delikat, veru, imma l-knisja ma tistax iċċedi għall-pressjoni tal-maġġoranza jew tħalli l-ambigwità u l-kaos jirrenjaw. Jalla l-ispirtu li dejjem mexxa lill-knisja jkun magħha wkoll f dal-mument ta prova. Anthony Pulis, B Kara Flimkien Awwissu 2011 9

DEÇIÛJONI In obbha... Ma n obbhiex Qtajt fjura, u filwaqt li ƒammejtha f id wa da, bl-o ra bdejt innittef dawk il-petali sofor, wa da wa da 10 Flimkien Awwissu 2011

bdejt ngħid f qalbi, Inħobbha, Ma U nħobbhiex Ma nħobbx il-knisja, għax dawk li jmorru l-quddies u jitqarbnu ma tantx narahom aħjar minni, anzi kif joħorġu barra joqogħdu jseksku fuq in-nies. Inħobb il-knisja, għax fiha hemm post anki għalija, li jien midneb, inħobb niġġudika, egoist. Ma nħobbx il-knisja, meta nara fiha l-firdiet u l-piki, meta niftakar fil-gwerer li saru f isimha. Inħobb il-knisja, meta nara ċerti kappillani, fit-tmienja ta bil-lejl, iduru minn sala għal oħra fl-isptar, jaraw lill-parruċċani tagħhom morda. Ma nħobbx il-knisja, meta naraha moħħha fl-affarijiet li jidhru minn barra, fiċ-ċerimonji, fil-privileġġi, f dak li mhux essenzjali. Inħobb il-knisja, meta naraha tieħu ħsieb l-anzjani, it-tfal, il-fqar u bla ħafna daqq ta trombi. Ma nħobbx il-knisja, u nirrabja ġo fija, meta nisma x għamlu xi membri tal-kleru littfal afdati f idejhom. Imma nħobb il-knisja, meta nara numru ħafna akbar ta saċerdoti u reliġjużi jgħixu l-vokazzjoni tagħhom bl-aktar mod leali u ġenwin u b sagrifiċċji kbar għalihom. Ma nħobbx il-knisja meta naraha titbiegħed mill-vera missjoni tagħha, u ma tibqax fidila u leali lejn l-għeruq veri tagħha, li hu l-vanġelu nnifsu. Inħobb il-knisja, u nħossni kburi, meta nara n-numru kbir ta qaddisin li għexu, u xi drabi anki mietu, għall-fidi tagħhom: Maximilian Kolbe, Padre Pio, Madre Tereża, Dun Ġorġ, Ġwanni Pawlu II. Ma nħobbx il-knisja għax milli qrajt u smajt, mhux dejjem kellha stima lejn il-mara. Inħobb il-knisja għax wara Alla nnifsu, l-akbar qima l-knisja tagħtiha propju lil waħda mara umli, lhudija, jisimha Marija. Ma nħobbx il-knisja meta nisma bilħafna żbalji li għamlet. Inħobb il-knisja għax kapaċi taħfer u kapaċi titlob maħfra anki meta ma jaħfrulhiex u lanqas jitolbuha maħfra. Ma nħobbx il-knisja meta tibża titkellem ċar u tond, għax tibża li titlef in-numri, u tibża li se nitilqu aħna wkoll. Inħobb il-knisja meta mmur inqerr, u nsib saċerdot li jisma d-dnubiet tiegħi bla ma jiġġudikani, bla ma jitkaża b li ngħidlu, u b vuċi kalma fl-aħħar jgħidli, Jiena naħfirlek dnubietek, fl-isem tal-missier, u tal-iben, u tal-ispirtu s-santu. Ma nħobbx il-knisja meta naraha tagħti aktar importanza lid-devozzjonijiet u r-reliġjożità u l-festi ta barra. Inħobb il-knisja talli tieħu ħsieb li f kull tabernaklu fid-dinja jkun hemm Ġesù, preżenti verament, bil-ġisem u d-demm. Issa ninduna li baqagħli niddeċiedi dwar petala waħda biss. Kollox jiddependi minn din l-aħħar waħda. Ma nħobbx il-knisja minħabba d-difetti tagħha? Jew inħobbha minkejja d-difetti tagħha? Imbagħad niftakar fi kliem Kristu meta qal, Jiena magħkom dejjem, sal-aħħar tażżmien. U meta niftakar f dan, naqtagħha. Bl-aħħar petala lill-knisja ma nistax ngħidilha ħlief: Iva, inħobbok! Dak li ta ħajtu għalik jaf li jien inħobbok! Flimkien Awwissu 2011 11

FREE * Treat your feet EXFOLIATE: REMOVE HARD ROUGH SKIN REGULARLY Scholl Callus and Hard Skin Reducing Cream is clinically proven to gently reduce callus and hard skin in 7 days. It contains a natural soothing ingredient, is non greasy and is quickly absorbed.cream is Dematolocially tested, Perfume free and hypoallergenic. Wo AVAILABLE FROM ALL LEADING PHARMACIES, SCHOLL FOOTHEALTH CENTRES AND LEADING SUPERMARKETS. rld lis t *until stocks last i s N ec o. 1 F o o t c a re S p a

ITTRI MILL-QARREJJA Tg id nibqg u hekk? Sur Editur Waqt xogħli f lukanda ltqajt ma barranija li laqtitni meta qaltli: Nammirakom lilkom il-maltin għax għandkom il-fidi f Alla, u meta jkollkom problema fil-ħajja għandkom fuq min tistrieħu għax idduru lejh u titolbuh, imma aħna nippruvaw insibu s-soluzzjoni fid-drogi biex naħarbu mir-realtà! Tgħid aħna l-maltin se nibqgħu nduru lejn Alla fil-problemi tal-ħajja? Anna Sammut, Mellieħa Ag mel anzjan fer an Sur Editur Għandi żewġt iħbieb fi djar tal-anzjani. Jien anzjana wkoll u ma nistax immur narahom spiss, għalhekk kultant niktbilhom biex ninfurmahom bl-attivitajiet fil-parroċċa, żwiġijiet, twelidijiet. Naf li jieħdu gost ħafna għax il-familjari tagħhom jgħiduli. Kieku oħrajn jagħmlu l-istess ikollna aktar anzjani jitbissmu! Rose Buttigieg, Qrendi Missjunarji g al Malta Sur Editur Fatt ċar li ħareġ tul ilkampanja tar-referendum dwar id-divorzju huwa n-nuqqas kbir ta tagħlim f Malta ta llum. Minkejja li għandna l-iskrittura u l-katekiżmu, xorta tressqu argumenti, anki minn min jgħid li hu Kattoliku, li ma jaqblu xejn mat-tagħlim awtentiku tal-knisja. Xi wħud, bil-kelma Knisja għadhom jifhmu biss il-papa u l-isqfijiet u s-saċerdoti, u ma jqisux lilhom infushom parti minnha. Mitt sena ilu Dun Ġorġ ħareġ jgħallem il-poplu meta irrealizza l-injoranza reliġjuża li kien hawn. Żmienna llum jista jixxebbaħ ma dak ta mitt sena ilu. Hawn bżonn kbir u urġenti ta missjunarji għall-maltin stess. Grazio Muscat, Tarxien DeçiΩjoni soda Sur Editur Fl-aħħar tal-ġurnata l-għaxqa tiegħi niftaħ il-vanġelu, fejn jiġi, u nieqaf fuq il-kapitlu li jiġi quddiemi, naqrah sew, nirrifletti fuqu, u napplikah għal ħajti. Ftit ilu qrajt minn San Mattew, kapitlu 18, versi 19-20: Jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet, jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f ismi, hemm inkun jien f nofshom. Minn dakinhar iddeċidejna li ninġabru bħala familja u nitolbu t-talba tar- Rużarju, kuljum, bla ebda skuża. Rita Caruana, Gudja Mowbajls fil-knisja Sur Editur - Inkompli mal-ittra dwar il-mowbajls fil-quddiesa. Ġieli ssib min idum jitkellem bil-mowbajl fil-quddiesa u mhux jaqtgħu malajr. Darba kont fi knisja Kattolika fis-slovakkja u rajna n-nies waqt ilquddiesa jżommu wiċċhom dritt lejn l-artal bla ma jħarsu l hemm jew il hawn, kif nagħmlu ħafna minnha. Lanqas labra taqa fl-art ma tisma. Tgħid jemmnu aktar minna? Jew imdorrijin differenti? Catherine Aquilina, Attard Flimkien Awwissu 2011 13

rebbieóa Meta nistaqsu l-g aliex Sur Editur Kemm jiġru affarijiet lilna u lil ta madwarna li ma nifhmux! Kemm jiġru diżgrazzji lil min hu tajjeb, u mwiet lil min hu żgħir fl-età! U ta bnedmin nsaqsu, Għaliex? Personalment inħoss li sibt it-tweġiba meta fil-vanġelu qrajt dwar meta Ġesù qal lill-appostli li kien sejjer Ġerusalemm u kellu jbati. Pietru beda jħeġġu biex ma jmur xejn, imma Ġesù ċanfru. Bħal Pietru, aħna naħsbu bil-loġika tagħna, ta bnedmin; ma naħsbux bil-moħħ ta Alla. Vincent Pisani, Pembroke Hu biss it-triq Sur Editur Fil-kartolini li nibgħat l-awgurju favorit tiegħi huwa: Alla jbierkek u jieħu ħsiebek dejjem. Ma naħsibx li jista jkun hawn awgurju isbaħ. Meta niktbu nkun qed nifhmu u nħossu mill-qalb, għax nemmen li Alla dejjem miegħi, jgħinni u jmexxini. U ngħid għaliex: jien bniedma attiva ħafna; minbarra li għandi familja, noħroġ naħdem kuljum, u jibqagħli ħin anki għall-volontarjat. F xi ġranet tant ikolli impenji li nibda ngħid f qalbi, Kif se nlaħħaq? Imma bl-għajnuna ta Alla jirnexxili, u mhux b kumbinazzjoni. Nixtieq li kulħadd jafda dejjem fil-mulej. Ħobbuh b qalbkom kollha. Hu biss it-triq li twassalna! Carmen Borg, Ħamrun M hu g addej add? Sur Editur Spiss filgħodu nara persuni jġorru s-sagrament biex iqarbnu l-anzjani u l-morda fid-djar. Ninnota li għal ħafna nies fit-toroq qisu m hu għaddej ħadd. Kieku jgħaddi xi ħadd popolari kulħadd isellimlu, allura jekk jgħaddi l-ħallieq, le? Anthony Grima, Gżira Dixxiplina u rispett Sur Editur - Nemmen li t-trobbija tajba trid tkun mill-bidu. Bħala edukatriċi nemmen fid-dixxiplina, għax tfal dixxiplinati tajjeb jagħtu r-rispett li jistħoqq lill-ġenituri, l-għalliema u l-oħrajn. In-nuqqas ta dixxiplina u rispett jidher sa mill-bidunett, minn meta t-tfal jibdew imorru l-iskola. Jekk jidraw jagħmlu li jridu, diffiċli ħafna għall-għalliema biex jiddixxiplinawhom għax ikun tard wisq! Il-bażi tad-dixxiplina trid tibda mid-dar. Tajjeb tinvolvi lit-tfal fid-deċiżjoni, iva, imma l-aħħar kelma għandha tkun tal-ġenituri. Ikkoreġi littfal bil-ħlewwa u l-imħabba, mingħajr għajat u tgħajjir - kind but firm. Jekk it-tfal ma jaqblux, spjegalhom għalfejn ikkoreġejthom. Dak li tiżra, taħsad. Bi trobbija tajba jgawdu t-tfal, il-ġenituri nfushom, u s-soċjetà kollha. Caroline Mizzi, Qormi Iktbilna! L-ittri jridu juru l-isem u l-lokalità tal-kittieb. Kull ittra tista ti i mqassra u editjata. L-ittra tax-xahar tirba voucher ta 20 li jissarraf f ikla g and Pollino s, St George s Bay, St Julians. Ibg atha b email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta: Flimkien, Ittri mill-qarrejja, Kurja, Floriana. 14 Flimkien Awwissu 2011

ULIEDNA Meta t-tfal ma jkunx biƒƒejjed li tkun mag hom jew dejhom Daniel m g adux kif kien Ilna miżżewġin disa snin, u jien u James dejjem kellna relazzjoni soda bejnietna. Wara sentejn żwieġ kellna l-ewwel tarbija, Daniel. Elena ngħaqdet magħna sitt snin wara. Jien u James dejjem għamilna minn kollox biex uliedna jkollhom kulma għandhom bżonn. Wara t-twelid ta Elena erġajt ħriġt naħdem part-time biex inkunu nistgħu nlaħħqu aħjar mal-bżonnijiet talfamilja. Nammetti li din is-sitwazzjoni bdiet taffettwana xi ftit bħala familja. Kemm jien u kemm ir-raġel konna nkunu dejjem għajjenin. Bejn ix-xogħol, il-faċendi taddar, u l-attenzjoni kontinwa li kien ikollha bżonn Elena, konna qed nittraskuraw xi ftit lil Daniel. Daniel huwa tifel kwiet u magħluq fih innifsu. Qatt ma kien tifel li tista tgħidlu mqareb, iżda dan l-aħħar kien inbidel: kien sar nervuż, ma jrid xejn biex jgħajjat u jsabbat saqajh, u sar anki jirrispondi. Bdejna ninkwetaw u ma stajniex nikkontrollawh aktar. Xi ħadd qalilna nikkuntattjaw lill- Aġenzija Appoġġ biex nieħdu parir professjonali. Ċempilna l-179 u sibna voluntiera li semgħet il-problema tagħna u rreferietna għand social worker tal-istess aġenzija li għenitna fit-trobbija tat-tifel tagħna. Irrealizzajna li Daniel kien qed iħossu waħdu. Sforz il-ħajja mgħaġġla li konna qed ngħixu, ma konniex qed nagħtuh biżżejjed 18 Flimkien Awwissu 2011

attenzjoni. Biex jattira l-attenzjoni tagħna Daniel kien bidel l-imġiba tiegħu. Żammejna f rasna l-kliem li qalulna: li mhux biżżejjed li nkunu qegħdin mat-tfal jew ħdejhom. Jekk jien għaddejja bilfaċendi u Daniel qiegħed fuq il-kompjuter jew quddiem it-televixin, xorta waħda ma jkunx hemm kuntatt bejnietna. Inkunu t-tnejn li aħna magħluqin fid-dinja tagħna! Konna qed nitilfu ħafna millkomunikazzjoni tagħna mat-tifel. Kull meta Daniel kien qed isaqsina xi ħaġa, tant konna nkunu aljenati li konna ngħidulu xi ħaġa ta malajr biex ma jkomplix itellifna. Bil-mod il-mod, kemm jien u kemm James bdejna nqattgħu aktar ħin miegħu u nkellmuh. Darba fost l-oħrajn, Daniel innifsu ammetta li kien qed iħossu waħdu u li biex nagħtu kasu biss kien qed ikollu jgħajjat jew jagħmel xi ħaġa ħażina. Jien u James bdejna nirrealizzaw ukoll li Daniel kien qed jikber, u bħal kull persuna oħra jkollu l-problemi tiegħu, anki jekk għalina jidhru żgħar ħafna. B hekk bdejna kuljum inqattgħu ftit ħin kull wieħed mattifel, insaqsuh kif mar l-iskola, kif qatta l-ġurnata, u nħalluh liberu li jitkellem magħna. Skoprejna wkoll li Daniel għandu ħafna kurżitajiet. Tgħidx kemm beda jitkellem u jesprimi ruħu meta ra li qed nuru interess f dak li jkun għadda minnu matul ilġurnata. Żdiedet ukoll il-fiduċja tiegħu fina, u sar jiftaħ aktar qalbu magħna. Ħaġa oħra li tgħallima kienet il-mod kif kellna nikkoreġu lil Daniel. Li tfaħħar u tikkoreġi lil uliedek b mod pożittiv huwa importanti ħafna. Faċli ħafna tmaqdar lit-tfal jew tgħajjat magħhom minħabba li jkunu għamlu xi ħaġa ħażina. U dak li tgħidilhom f mument ta rabja jibqa ttimbrat f moħħhom. It-tfal lillġenituri jarawhom bħala l-figura ewlenija f ħajjithom. Kumment ikrah jista jaffettwahom b mod negattiv ħafna, għal ħajjithom kollha. Issa għaddew ftit tax-xhur, u Daniel reġa lura għal dak it-tfajjel ferħan u bilgħaqal li kien qabel. Din it-tip ta trobbija pożittiva li ssuġġerewlna l-appoġġ ħalliet ħafna frott. Bi ftit aktar attenzjoni u prudenza rnexxielna nibdlu t-tip ta trobbija li konna qed nużaw, kemm għall-ġid ta Daniel kif ukoll għall-familja kollha. Li tkun ġenitur huwa xogħol li jirrikjedi ħafna dedikazzjoni, iżda hu possibbli għal kulħadd. L-isfida hi li tkun ġenitur ta kwalità f kull aspett, fl-aħjar interess tat-tfal. Min jixtieq jikseb aktar informazzjoni dwar trobbija pożittiva, jista jżur is-sit www.appogg.gov.mt fejn jista jniżżel fuljett b diversi punti għall-ġenituri, jew iċempel fuq Supportline 179. Aġenzija Appoġġ tifforma parti mill-fondazzjoni għal Servizzi ta Ħarsien Soċjali (www.fsws.gov.mt) li tinkorpora fiha wkoll Aġenzija Sedqa (www.sedqa.gov.mt) u Aġenzija Sapport (www.sapport.gov.mt)....bdejna kuljum inqattg u ftit in kull wie ed mat-tifel, insaqsuh kif mar l-iskola, kif qatta l- urnata, u n alluh liberu li jitkellem mag na Flimkien Awwissu 2011 19

NOVELLA PaÌna miìbura minn Charles Magro Lejl dejn moribond L-infermiera ħadet lir-raġel bl-uniformi sa ħdejn is-sodda. Hawn hu ibnek, qalet lix-xwejjaħ. Kellha tirrepeti l-kliem diversi drabi qabel ma l-pazjent bexxaq għajnejh. Kien kważi mitluf għalkollox minħabba l-uġigħ li kellu ta attakk tal-qalb. Bilkemm seta jara lill-marine bl-uniformi barra t-tinda ta l-ossiġnu. Tawwal idejh. Il-Marine dawwar subgħajh ħarxa ma dawk dgħajfa tax-xwejjaħ, bħallikieku ried jgħaddilu messaġġ ta mħabba u inkoraġġiment. L-infermiera ġabet siġġu għall-marine. Dan qagħad hemm il-lejl kollu, fis-sala bid-dawl baxx ħafna, jgħidlu kliem ta mħabba u jagħmillu l-kuraġġ. Kultant l-infermiera kienet tmur ħdejn il-marine u tgħidlu biex imur jistrieħ ftit. Iżda hu qatt ma ċċaqlaq. Deher li anqas kien qed jagħti kas tal-ħsejjes li jkun hemm bilejl fl-isptar: it-tisbit taċ-ċilindru ta l-ossiġnu, l-iċċaċċrar talħaddiema ta bilejl, il-krib tal-pazjenti l-oħra. Il-moribond ma kien ilissen ebda kelma. Baqa biss imqabbad ma id ibnu l-lejl kollu. Filgħodu kmieni miet. Il-Marine żerżaq bilmod idu minn id ix-xwejjaħ, u mar jgħarraf lill-infermiera. Sakemm marret tagħmel dak li kellha tagħmel, qagħad jistennieha. Fl-aħħar ġiet lura. Hekk kif bdiet tgħidlu xi kliem ta konfort, il-marine waqqafha. Min kien dak ir-raġel? staqsiha. L-infermiera nħasdet. Dak missierek, weġbitu. Le, qalilha l-marine. Lil dak ir-raġel jien qatt ma kont rajtu f ħajti kollha. Mela għaliex m għedtlix meta ħadtek ħdejh? Jien indunajt mill-ewwel li kien hemm xi żball. Iżda ndunajt ukoll li x-xwejjaħ kellu bżonn l ibnu, u ibnu ma kienx hemm. Għalhekk jien bqajt ħdejh. Jien illum ġejt infittex lil ċertu William Grey. Ibnu miet fil-gwerra ta l-iraq illum, u bagħtuni ninfurmah. Dak ix-xwejjaħ x kien jismu? Bid-dmugħ f għajnejha l-infermiera wieġbet: William Grey!... Interior Design Sebba l-ambjent ta darek b kors ta Interior Design. Titg allem afna ideat ori inali fuq kuluri, spazju, dwal u stili differenti, fost affarijiet o ra. Fi ftit img at, id-dar tieg ek tie u dehra professjonali. G al aktar informazzjoni çempel 2157 8951 jew 7957 8951

Pieni eħrex għall-abbuż tat-tfal bl-internet Miƒuri mill-unjoni Ewropea biex jit arsu t-tfal minn kull forma ta abbuƒ Il-Kunsill u l-parlament Ewropej għadhom kemm qablu dwar direttiva biex fl-istati Membri jkun hemm pieni eħrex għal dawk li jabbużaw sesswalment mit-tfal. Dawn huma xi eżempji tal-pieni stabbiliti mid-direttiva l-ġdida u li l-istati Membri għandhom jimplimentaw fi żmien sentejn wara li din id-direttiva tiġi adottata: Abbuż sesswali tat-tfal minimu ta għaxar snin ħabs għal min iġiegħel tfal jieħdu sehem f attivitajiet sesswali. Pornografija tat-tfal minimu ta sena ħabs għal pussess ta pornografija tat-tfal u mill-inqas tliet snin għal min jipproduċiha. Industrija tat-turiżmu sesswali pieni għal min iwettaq reati barra mill-pajjiż u miżuri preventivi biex titnaqqas iddomanda għal servizzi sesswali barra l-ue. Abbuż mill-internet pieni akbar minn dawk mogħtija għal reati sesswali oħra, għal min jinvolvi lit-tfal fuq l-internet għal skopijiet sesswali. L-użu tal-internet fl-abbuż tat-tfal huwa qasam li dwaru l-unjoni Ewropea qiegħda tieħu azzjoni speċifika. Stħarriġ riċenti mill-kummissjoni Ewropea juri li kwart tat-tfal li jużaw siti ta networking soċjali għandhom il-profil tagħhom pubbliku, jiġifieri li jista jarah kulħadd u li fih ħafna mit-tfal jagħtu l-indirizz jew in-numru tat-telefown tagħhom. Dan ifisser li t-tfal ikunu qegħdin jesponu lilhom infushom għal min irid jabbuża. Minbarra proposti leġiżlattivi, kemm fl-ue u kemm f Malta qegħdin isiru wkoll kampanji ta għarfien għall-ġenituri, għall-edukaturi u għat-tfal dwar l-użu talinternet. F pajjiżna għaddejja kampanja msejħa besmart Online biex it-tfal jiġu mħarsa minn min, bla kuxjenza, ifittex li jqarraq bihom. Fittex iktar fuq din il-kampanja: www.besmartonline.org.mt Malta-EU Steering & Action Committee indirizz: 280, Triq ir-repubblika, Valletta tel: 2200 3300 email: info.meusac@gov.mt www.meusac.gov.mt lta-eu Steeri Avviƒ bi las

PAÌNA GÓAT-TFAL PaÌna mtella minn Claudia Cini Il-wiΩΩa tan-nannu Ġanluka u Maruska kienu qegħdin bilqiegħda għall-frisk fil-bitħa tan-nanniet tagħhom. Kienet ġurnata sajfija u kienu waqfu ftit jistrieħu mil-logħob. In-nanna Minka kienet pronta u newlitilhom żewġ ħawħiet ħomor mill-friġġ. It-tfal tgħidx kemm kienu jħobbuh il-frott mis-siġar tannannu. Ġanluka ta mqarreb li kien beda jgħid li ħawħa minnhom kienet ħadithielu wiżża (bl-ingliż goose) u għalhekk ried oħra. Din il-biċċa xogħol kien jagħmilha kull darba li n-nanniet kienu jagħtuh xi ħaġa li kienet togħġbu. Innannu Karm iddeċieda li jagħtih lezzjoni, u ħejja pjan. L-għada t-tfal kienu fil-bitħa jieklu fergħa għeneb iswed, u għal darba oħra Ġanluka beda jgħid li l-għeneb tiegħu kienet kilitu l-wiżża li kien hemm taħt is-siġra l-kbira. In-nannu kien pront mar u refa l-wiżża minn taħt is-siġra u poġġieha f ħoġor Ġanluka. Kemm staħa t-tifel meta nduna li l-wiżża kienet ibbalzmata! Kieku kien jitlob lin-nanniet aktar frott żgur li ma kinux se jgħidulu le. Aħjar milli jigdeb. Log ob bi premju Fittex il-kelma Sib dawn il-kliem fil-kaxex ta hawn ta t f direzzjoni orizzontali, vertikali jew djagonali. Imxi mix-xellug g al-lemin u minn fuq g al isfel. Bl-ittri li jifdal, g aqqad il-kelma rebbie a. L-ewwel twe iba tajba tirba voucher ta 10 li jissarraf g and Once Upon A Time (Vjal ir- Ri an, San Ìwann). Ibg atha hekk: Flimkien, FITTEX IL-KELMA, Kulle tal-kappillani, Kurja, Floriana. Ikteb ismek, l-indirizz u l-età. Soluzzjoni g al Lulju: SPONÛA Rebbie a: C.Muscat, Birkirkara BANANA, BERQUQA, ÇIRASA, DULLIEGÓA, FRAWLA, GÓANBAQRA, GÓENBA, ÓAWÓA, KIWI, LANÌASA, LARINÌA, LUMIJA, TUFFIEÓA Ç G B A A G I Ó A W Ó A R E J A G Ó B L A T A N N L E E A E A N S B R W I I J K R R A A A A L F I T I Q I N A R L F M X R W U N A F U U U A X E I Q Ì B D T L A N Ì A S A A W K Flimkien Awwissu 2011 23

akkwista dak li dejjem xtaqt Ħafna ideat tajbin jitfasslu fuq karta. B Personal Loan tal-bov il-proġetti u l-aspirazzjonijiet tiegħek jieħdu l-ħajja. Kellimna llum għal self li huwa tassew personalizzat u jgħinek takkwista dak li dejjem xtaqt. Impenn lejn is-suċċess tiegħek. BOV PERSONAL LOAN 2131 2020 I bov.com Is-self kollu huwa suġġett għal kriterji normali ta self u għall-approvazzjoni finali mill-fergħa tiegħek tal-bov. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. BOV 29123 Maħruġ mill-bank of Valletta p.l.c. 58, Triq Żakkarija Valletta VLT 1130 - Malta

Óin flimkien It-torri ta Pisa It-Torri ta Pisa hu għoli 56 metru (18- il sular) fil-parti l-baxxa, u 57 metru fuq in-naħa l-għolja, jiġifieri naħa minnhom hija metru ogħla mill-oħra. Jiżen mal- 14,500 tunnellata, u fih 296 tarġa. Qabel ma rrestawrawh u nfurzawh bejn l-1990 u l-2001, kien imil 5.5 gradi, iżda issa hu mmejjel 3.99 gradi. Jiġifieri l-quċċata tisporġi l barra 4 metri. Beda jinbena fl-1173 u baqa jinbena fuq medda ta 177 sena. Mhuwiex l-uniku torri immejjel għax jeżistu 53 torrijiet oħra fid-dinja mmejlin bħalu (imma inqas famużi). Godfrey Camilleri Fil-knejjes tagħna spiss naraw dan issimbolu fuq l-ilbies tas-saċerdoti jew fil-pitturi. Narawh ukoll miktub fil-parti ta fuq tal-blandun flimkien mas-sena li nkunu fiha. Dawn huma l-ewwel ittra (l-alfa jew a ) u l-aħħar ittra tal-alfabett Grieg (l-omega hija ekwivalenti għal o għax fl-alfabett Grieg l-aħħar ittra mhijiex iz- z ). Ifissru tajjeb il-kliem li nsibu fil-ktieb tal- Apokalissi: Jiena huwa l-alfa u l-omega, il-bidu u t-tmiem, jgħid il-mulej Alla, li hu, u li kien, u li għad irid jiġi. Dak li jista kollox (1:8). Kif jidhru hawn fuq huma l-ittri kapitali. Meta jinkitbu żgħar jinkitbu hekk: α w. Hu simbolu antik ħafna tant li nsibuh anki fil-katakombi. Anki fil-koran, fost id- 99 isem li għandu Alla, hemm tnejn li huma al Awwal (l-ewwel) u al Akhir (l-aħħar). Mary Vella, Sliema Kont taf rebbieóa Enigmi Il-flus ma jagħmlukx kuntent fil-ħajja! Jien illum għandi 50 miljun ewro, imma meta kelli 48 miljun kont kuntent xorta waħda! Jekk niekol lili nnifsi, niġi d-doppju ta li jien issa, jew nisparixxi? Charlene Bondin, Imqabba Hawn min hu prattiku... Raġel: L-ikel għadu mhux lest? Mela sejjer niekol f lukanda. Mara: Stenna ħames minuti oħra, ġojja tiegħi. Raġel: Kif? F ħames minuti l-ikel ikun lest? Mara: Le, imma jien nilħaq inbiddel u niġi miegħek. R. Caruana, Żejtun...u hawn min jara kbir! Iljunfant kien miexi u għal ftit ma għaffiġx nemla. In-nemla bdiet tgħajjat mal-iljunfant u dan beda jiskuża ruħu. Qalilha, Skużani, ma rajtekx. Meta semgħet hekk in-nemla qaltlu, Ma ġara xejn, stajt kont jien! Suzanne Caruana, Żabbar PREMJU GÓALL-KITBA TIEGÓEK Ibg at tag rif interessanti jew çajta g al din il-pa na. Il-kontribuzzjonijiet li ji u pubblikati jistg u jirb u voucher ta s5 li jissarraf g and Merlin Library. Ibg atha bl-email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta: Flimkien, Kont Taf?, Kurja, Floriana. Kull kontribuzzjoni tista ti i mqassra u editjata. Flimkien Awwissu 2011 25

no artificial colourings Win 1000 in cash! By answering a simple question: is produced in many flavours, name two of these flavours. Send five labels with your answer, name, mobile number & I.D. number on the back of each label to master group, Zwejt Street, San Gwann. Bigger Taste - Bigger Prizes! Labels may also be taken to master cellars, Oratory Street, Naxxar master group undertakes to solely process your personal information for the purpose of this and future campaigns in accordance with the provisions of the Data Protection Act (Cap. 440 of the Laws of Malta). You have the right to access, rectify and where applicable the right to erase data concerning you. THE DRAW WILL BE HELD AT THE END OF SEPTEMBER 2011. Different Colour - Same Taste! squash milkshake ice tea www.mastergroup.com.mt join us on just squashes & milkshakes

LoGÓob PaÌna mtella minn Claudia Cini Mimdudin 1. Ir-raġel tal-mogħża (6) 4. L-iqsar xahar tas-sena (4) 6. Jgħin waqt il-quddiesa (6) 7. Logħba fuq bord bejn erbgħa (4) 8. In-neputi ta Abram (3) 10. Ħolqa tal-metall biex taqfel (6) 12. Reċipjent żgħir għall-likwidu (3) 14. Koppja, tnejn (3) 15. Post tad-dfin taħt knisja (6) 18. Post, art (3) 20. Bajda Silġ kellha sebgħa bħala ħbieb (4) 21. Induna, intebaħ (6) 22. Riħ jonfoħ minn fuq il-libja (4) 23. Oġġett li jħarsek minn xi seħer (6) Weqfin 1. Min għandu, ħa jroxxu (4) 2. Lostru għaż-żraben (5) 3. Eżerċizzju fiżiku (5) 4. Mimli, magħqud (4) 5. Lqugħ, kenn (5) 9. Roqgħa ilma f deżert (4) 10. Mingħajr, b xejn (3) 11. Drapp kannella għall-uniformijiet (4) 13. Ma ħalliex ġdid (3) 14. Grupp ta nies jiddiskutu u jiddeċiedu (5) 16. Ħareġ bil-pensjoni (5) 17. Drapp fuq mejda tal-biljard (5) 18. Ħut ovali jixbah lill-qarnit (4) 19. Bla ħotob (4) Sudoku 4 5 1 9 1 9 4 2 6 6 3 Tisliba 4 1 5 3 7 2 9 1 6 5 7 1 8 9 6 1 3 5 4 9 7 5 7 1 8 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 20 21 22 23 18 19 Soluzzjoni ta Lulju: Mimdudin: 1. LAPSI, 3. KOBOB, 7. SUPPLIMENTI, 8. DAB, 10. MA, 11. LE, 14. KJU, 18. VULNERABBLI, 19. ÛBALL, 20. IMITA. Weqfin: 1. LASTA, 2. PAPRA, 4. BONÌU, 5. BLIET, 6. LIRA, 8. DAK, 9. BLU, 12. AVVIÛ, 13. KOLLA, 15. JURI, 16. RABBI, 17. EVITA. Rebbie a: I. Ferro, Tas-Sliema Irba voucher ta 25 ming and V&F Portelli and Sons Ltd, Mrie el billi twie eb tajjeb sal-15 tax-xahar. Ikteb ismek, in-numru tat-telefon u l-indirizz. Ibg atha hekk: Flimkien, Tisliba, Kurja, Floriana. Imla l-vojt kollu b mod li l-kolonni, il-linji u kull kaxxa ta disg a jimtlew bin-numri 1 sa 9 Soluzzjoni ta Lulju Ibg at it-twe iba 6 3 1 7 9 2 5 8 4 sal-15 tax-xahar 7 4 5 8 6 3 2 1 9 hekk: Flimkien, 8 9 2 4 1 5 7 6 3 Sudoku, Kurja, 4 7 6 5 2 8 3 9 1 Floriana. Premju 3 1 8 9 4 7 6 5 2 voucher ta E10 2 5 9 6 3 1 8 4 7 li jissarraf g and Alfsons Enterprises 5 8 3 1 7 4 9 2 6 Ltd, Óamrun. 9 2 4 3 8 6 1 7 5 Rebbie a: D. Testa, Birkirkara 1 6 7 2 5 9 4 3 8 Flimkien Awwissu 2011 27

www.europharma.com.mt Available from: Hompesch Road, Fgura - Tel: 2385 9340 St Martha Str, Victoria Gozo Tel: 2385 9360 Psaila Str, Birkirkara (next to Dhalia) Tel: 2385 9272 FREE UNDERGROUND PARKING FOR EUROPHARMA CLIENTS Email: info@europharma.com.mt

SAÓÓITNA Dr Peter Ferry MD, M.Sc, FRCP Uff xi s ana! X tista tag mel biex tgawdi s-sajf bla ma titlag lek wisq it-temperatura fix-xahar ta San Lawrenz? Issa li wasalna fl-eqqel tas-sajf, kulħadd qed jirrealizza li t-temperaturi f dawn ix-xhur huma kemmxejn skomdi għal ġisimna. Ġisimna fil-fatt jipprova jaddatta għall-bidliet fit-temperatura tal-ambjent billi kemm jista jkun iżomm it-temperatura naturali tiegħu fi proċess li jissejjaħ omeostażi. Madankollu, meta t-temperatura ta ġisimna tibda tiela fuq in-normal, jista jkun hemm konsegwenzi serji. Meta t-temperatura tkun 37 C (jew 99 F) ngħidu li t-temperatura hija normali. U meta titla għal 38 C (100 F) wieħed jibda jegħreq u jħossu skomdu. Kif tilħaq id-39 C (102 F) tibda tegħreq ħafna aktar, wiċċek jiħmar ħafna, u l-qalb tebda tħabbat sitta sitta, u jista wkoll jinqata n-nifs. Meta t-temperatura titla 40 C (104 F) jista jħossok ħażin, tħossok għajjien ħafna, tibda tirremetti, jaqbdek uġigħ ta ras u tħossok sturdut jew saħansitra jista jħossok ħazin. Temperatura ta 41 C (106 F) tfisser emerġenza. Il-persuna li tesperjenza din it-temperatura ġeneralment ikun ħassha ħażin. Tista wkoll tkun konfuża jew għajjiena ħafna kważi mitlufa minn sensiha. U meta titla għal 42 C (108 F) dak li jkun jintilef minn sensih, konfuż, u jista wkoll tagħtih konvulżjoni. Kif nistgħu nnaqqsu r-riskju għal ġisimna minn temperatura ambjentali għolja? Ixrob ħafna ilma (aktar minn 8 tazzi kuljum) - peress li l-aktar mod kif ġisimna jitlef is-sħana malajr huwa millevaporazzjoni tal-ilma minn fuq il-ġilda tagħna. Żomm l-ammont ta melħ fid-dieta kif suppost (niskata melħ kuljum). Ilbes ilbies ħafif. Evita li toħrog barra fil-ħin ta bejn il-ħdax ta filgħodu u l-erbgħa ta wara nofsinnhar. Uża air conditioner, fan, jew iftaħ twieqi li jagħtu għad-dell. Kul ikel kiesaħ. Jekk inżommu dawn is-suġġerimenti tul ix-xhur tas-sajf, inkunu nistgħu ingawdu dan l-istaġun sabiħ mingħajr problemi għal saħħitna. Dr Peter Ferry huwa Speċjalista tal-mediċina u l-anzjani Flimkien Awwissu 2011 29

L-AÓÓAR PAÌNA Naddafna u E lisna Missierna li inti fis-smewwiet. Ġejna quddiemek illum biex nitolbuk maħfra, u biex Int tmexxina fil-ħajja tagħna. Nafu li Int għedt: Ħażin għal dawk li lill-ħażen isejħulu tajjeb. Iżda dan hu eżatt li għamilna aħna: tlifna l-bilanċ spiritwali tagħna, u qlibna l-valuri. Sfruttajna l-foqra, u din sejjaħnilha lotterija. Ikkumpensajna l-għażż, u sejjaħnilha servizz soċjali. Qtilna lit-tarbija fil-ġuf, u sejjaħnilha għażla. Ħallejna l uliedna jagħmlu li jridu, u sejjaħnilha stima tal-personalità. Abbużajna mill-poter, u sejjaħnilha politika. Xtaqna l-ħwejjeġ ta l-oħrajn, u sejjaħnilha ambizzjoni. Ipprofanajna l-arja, u dardarnieha bil-pornografija, u sejjaħnilha libertà ta l-espressjoni. Irridikolajna l-valuri li writna mingħand missirijietna, u sejjaħnilha moħħ miftuħ. Għarblilna qlubna, Mulej. Naddafna minn kull dnub, u eħlisna. Amen. Mibgħuta minn Mario Ellul u miġjuba għall-malti minn Charles Magro Il-qarrejja huma mistiedna jibag tu kitbiet simili g al din il-pa na, u li ma jkunux itwal minn 300 kelma. Ibg atha email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta: Flimkien, L-A ar Pa na, Kurja, Floriana. Weekend góall-miûûewìin f GÓawdex Organizzat miċ-ċentru Injazjan tal-ispiritwalità Okkażjoni għall-koppji miżżewġin biex iġeddu u jiċċelebraw il-wegħdiet taż-żwieġ tagħhom. Il-koppji jkollhom ħin ta riflessjoni u talb flimkien kif ukoll ħin ta sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji. Data: Mill-Ġimgħa 28 ta Ottubru fis-6pm, sal-ħadd 30, wara l-pranzu Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex Ċempel Manresa: 2155 6635 30 Flimkien Awwissu 2011