PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

Similar documents
Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

9638/17 MIR/pmf 1 DGE 1C

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja.

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

Gwida dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u l-valutazzjoni dwar is-sigurtà

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SEKONDARJA RABAT EŻAMIJIET TA NOFS IS-SENA. Isem: Klassi: Numru tar-reġistru:

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

Passaport Ewropew għaċ-ċittadinanza Attiva

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

Każin tal-banda San Lawrenz

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

Linji Gwida dwar il-kummerċ mal-unjoni Ewropea (UE) Settembru 2015

L-Avveniment taż-żgħażagħ. Ewropew. Rapport EYE2018. L-Ewropa ssemma' leħinha! 100 idea għal futur aħjar

Awwissu 2011 Numru 81

Każin tal-banda San Lawrenz

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

werrej Sehem akbar għaż-żgħażagħ fil-ħajja pubblika... 4 L-ilsien Malti, ilsien żagħżugħ...11

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

B 2015 Suppliment tal-gazzetta tal-gvern ta Malta, Nru. 17,564, 6 ta April, 2004 Taqsima B

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

Każin tal-banda San Lawrenz

PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division

-uniformi, -żiemel, -xitwa, -nemus, -sena, -storja, - nanna, - frott, - spiżjar, -għalliema

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

MT Appoġġ mogħti mill-ue għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-asja t'isfel/ ix-xlokk tal-asja. Rapport Speċjali.

WERREJ 01. EKONOMIJA XOGĦOL INFRASTRUTTURA TRASPORT ENERĠIJA GĦAWDEX SOĊJETÀ LI TAĦSEB F'KULĦADD 76

Il-KESE isejjaħ għal programm ġdid ta azzjoni soċjali sabiex jiġu ffaċċjati realtajiet ġodda Għeżież qarrejja, EDITORJAL

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Fava Woodworks Co. Ltd.

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

IL-GWIDA TIEGĦEK GĦAL BIDU ĠDID L-IRLANDA TAGĦTI ĦARSA LEJN IL-FUTUR TIEGĦEK

Fava Woodworks Co. Ltd.

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

Gwida għall-edukaturi fuq il-pedagoġija u l-assessjar. L-Użu tal-approach li jiffoka fuq il-kisbiet mit-tagħlim. Il-malti LIVELLI

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

X inhu l-koran Imqaddes?

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

Settembru 2011 Numru 82

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

ORESTE CALLEJA U l-anġlu Ħabbar...

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti.

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

Kumitat għall-affarijiet Legali. għall-kumitat għall-ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sikurezza tal-ikel

Different types of fishing vessels

RESULTS AND SCORERS Information compiled by Saviour Vella

CORRIGENDUM Annule et remplace le document COM(2013) 158 final du Concerne la version MT (seulement le titre sur la page de couverture)

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjarji. Kaz Nru. 032/2017. FG (l-ilmentatur) vs ARGUS Insurance Agencies Ltd. (C 597) (Il-Provditur tas-servizz)

Transcription:

Programm ta tagħlim tul il-ħajja PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET Proġett Ewropew iffinanzjat li jistudja l-użu tal-fototerapija biex tindirizza t-tagħlim emozzjonali tal-ħabsin

PHOTOTHERAPYEUROPE fil-ħabsijiet: Manwal Introduzzjoni: Il-PhototherapyEurope fi proġetti fil-ħabsijiet 4 X inhi fototerapija?... 7 Il-prattika tal-fototerapija u l-fotografija terapewtika fil-ħabs... 10 a. Sessjoni ta taħriġ 1: L-użu tal-fototerapija ma nies fil-ħabs..... 13 Handout: Kunfidenzjalità u valutazzjoni tar-riskju..... 15 Handout: Formola ta valutazzjoni tas-sessjoni........ 17 b. Sessjoni ta taħriġ 2: L-iffaċilitar tat-tagħlim emozzjonali... 18 Handout: Kundizzjonijiet importanti.... 20 Handout: Reviżjoni ta intervisti ta pariri........ 22 c. Sessjoni ta taħriġ 3: L-użu tar-ritratti fil-fototerapija...... 23 Handout: Pariri bażiċi dwar kif jittieħdu noti... 24 Handout: Studju ta każ........ 26 d. Sessjoni ta taħriġ 4: L-iżvilupp ta ktejjeb bir-ritratti.. 28 Eżempju ta dan il-ktejjeb..... 29 Handout: Kitba emozzjonali dwar ritratt: Studju ta każ.. 37 e. Sessjoni ta taħriġ 5: L-użu tal-fotografija għal riabilitazzjoni & xogħol 39 Handout: Metodu.. 40 f. Sessjoni ta tahrig 6: Ritratti tiegħek innifsek.. 42 Handout: Eżempju ta rapport dwar attività.. 44 Imsieħba fil-proġett.. 48 1

PHOTOTHERAPYEUROPE fil-ħabsijiet: Manwal Proġett Ewropew iffinanzjat li jistudja l-użu tal-fototerapija biex din tindirizza t-tagħlim emozzjonali tal-ħabsin Proġett numru: 527348-LLP-1-2012-1-UK-GRUNDTVIG-GMP Dan il-manwal ġie mfassal biex jintuża bħala gwida għat-taħriġ u għall-implimentazzjoni talgħanijiet tal-proġett intitolat: PHOTOTHERAPYEUROPE fil-ħabsijiet. Din il-pubblikazzjoni ġiet mfassla bl-għajnuna tal-unjoni Ewropea. Il-kontenut ta din ilpubblikazzjoni huma r-responsabbiltà unika tal-imsieħba tal-proġett u ma jirriflettu bl-ebda mod il-fehmiet tal-unjoni Ewropea. 2

INTRODUZZJONI 3

Il-Prog ett Phototherapy PhototherapyEurope (fil-ħabsijiet) huwa proġett Ewropew iffinanzjat li jħares lejn l-użu ta fototerapija biex jindirizzaw it-tagħlim emozzjonali tal-ħabsin. It-tagħlim emozzjonali huwa dak il-proċess li permezz tiegħu persuna tista tiżviluppa intelliġenza emozzjonali. Jinvolvi l-kapaċità u ħiliet biex tipperċepixxi u tesprimi l-emozzjoni, tassimila emozzjoni fil-ħsieb u tirregola l-emozzjoni tiegħek stess u ta oħrajn (Mayer et al., 2000) 1. Il-ħtieġa għal tagħlim emozzjonali fil-ħabsijiet hija partikularment importanti minħabba l-livell aktar baxx fost il-ħabsin ta aġġustament għal bidla u kuxjenza dwarek innifsek, kif ukoll studji li jissuġġerixxu li l-intelliġenza emozzjonali tista jkun fattur fl-imġiba kriminali (Santesso et al., 2006) 2. Din il-problema jista jkollha sinifikat partikolari peress li ġie studjat kif ittagħlim li wieħed jirregola u jtejjeb il-ħiliet ta kif jimmaniġġja l-emozzjoni tiegħu, jistgħu jkunu fatturi importanti fir-riabilitazzjoni b suċċess tal-ħabsin (Gaum et al., 2006) 3 u huwa maħsub li din twassal għal inqas inċidenti ta vjolenza u ħsara għal ħabsi stess kemm fil-ħabsijiet kif ukoll barra (Safer Custody, 2002) 4. Dan wassal għall-imsieħba tal-proġett li jissuġġerixxu l- bżonn għal taħriġ tal- intelliġenza emozzjonali. Dan il-proġett, għalhekk, jimmira li jiżviluppa, permezz tal-involviment ta seba organizzazzjonijiet msieħba, l-użu tal-fototerapija fil-ħabsijiet tal-unjoni Ewropea biex jittejjeb it-tagħlim emozzjonali tal-ħabsin. Dan l-arranġament innovattiv li ġie stabbilit permezz ta netwerking bejn il-pajjiżi u tqassim aħjar ta prattika fil-ħabsijiet fl-ue kien importanti, b mod partikolari fil-qasam tal-terapija, fil-promozzjoni ta bidliet fl-imġiba u l-benessere tal-ħabsin. Din hija ġabra fil-qosor tal-għanijiet tal-proġett PIP: 1 Mayer, J. D., Salovey, P., & Caruso, D. R. (2000). Models of emotional intelligence. In R.J. Sternberg (ed.), Handbook of intelligence (pp 396-420). Cambridge: Cambridge University Press. 2 Santesso, D. L., Reker,D. L., Schmidt, L. A. & Segalowitz, S. J. (2006). Frontal electroencephalogram activation asymmetric, emotional intelligence, and externalizing behaviours in 10-year-old children. Child Psychiatry and Human Development, 36, 311-328. 3 Gaum, G., Hoffman, S., & Venter, J. H, (2006). Factors that influence adult recidivism: An exploratory study in Pollsmoor Prison. South African Journal of Psychology, 36(2):407-424. 4 Safer Custody Group (2002). Safer Custody Report for 2001: self-inflicted deaths in Prison Service custody. London: HM Prison Service. 4

Li tipproduċi reviżjoni tal-letteratura tajba rigward l-istrateġija u l-prattika fil-ħabsijiet tal-ue, b referenza partikolari għall-intervent psikoloġiku madwar l-ue. Li tittestja u tipproduċi tekniki ta fototerapija u strateġiji li wieħed jista jimpjega. Li jipproduċu materjal innovattiv stampat kif ukoll online dwar fototerapija għall-użu mill-prattikanti (terapisti, nies li jgħallmu l-arti, counsellors, uffiċjali tal-ħabs, psikoterapisti, nies li jmexxu l-gruppi u ħaddiema oħrajn) ma ħabsin fl-ue, li jippermetti l-opportunità għal tagħlim emozzjonali Biex jitħarrġu prattikanti fl-iżvilupp emozzjonali tal-ħabsin (terapisti, counsellors, uffiċjali tal-ħabs, psikoterapisti u ħaddiema oħra) fl-użu ta tekniki ta fototerapija. Evalwazzjoni tal-użu tal-fototerapija minn dawk li qed jitħarrġu fil-qasam permezz ta formazzjoni ta database għal taħriġ sussegwenti. Il-Manwal Dan il-manwal huwa maqsum f erba sezzjonijiet. Waqt li l-ewwel taqsima tagħti ħarsa ġenerali tal-proġett innifsu, it-tieni sezzjoni tispjega x inhi eżattament il-fototerapija. F din it-taqsima, tiġi spjegata d-distinzjoni importanti bejn il-fototerapija u l-fotografija terapewtika. Waqt li filfototerapija, huwa t-terapista li jinvolvi ruħu fil-fototerapija, fl-oħra, huwa l-għalliem tal-adulti fil-ħabs li jinvolvi ruħu fil-proċess ta fotografija terapewtika. Dan huwa segwit minn numru ta gwidi u lezzjonijiet li wieħed jista juża sabiex iħarreġ individwi interessati li jaħdmu fil-ħabs blużu ta dan l-approċċ. 5

X inhi l-fototerapija? 6

X inhi l-fototerapija? Jeżistu termini differenti relatati ma l-użu u l-applikazzjoni tal-fotografija għall-skopijiet terapewtiċi. It-terminu l-aktar komuni huwa Phototherapy. Dan huwa l-isem għall-użu ta fotografija f ambjent ta terapija tradizzjonali. Fi ħdan dan l-approċċ, huwa l-professjonista mħarreġ fil-qasam tas-saħħa mentali li juża dawn it-tekniċi biex jgħinu lill-klijenti matul issessjonijiet tal-counselling jew terapija. Therapeutic Photography, Autobiographical Photography, Photographic Self-Confrontation kif ukoll Photographic Cultural Studies huma kollha termini fi ħdan din l-istess tradizzjoni. Skond Loewenthal (2011) 5, fi ħdan itterapija, ir-ritratti jistgħu ikunu triq għall-inkonxju, bit-tifsiriet li l-klijenti jagħtu lir-ritratt, nassumu li dan ikun ir-riżultat ta projezzjonijiet tal-klijent, li dawn jistgħu jkunu ġew repressi preċedentement. Ir-repressjoni hija l-esklużjoni ta memorji, impulsi, xewqat, u ħsibijiet li huma wisq diffiċli jew inaċċettabbli biex jiġu trattati meta wieħed ikun konxju; il-qafas tar-repressjoni tinsab sempliċiment meta nżommu xi ħaġa il bogħod u distanti mill-konxju: Within therapy, photographs can be seen as a route to an unconscious, with the meanings clients attach to the photograph, assumed to be the result of the client s projections, being what may have been previously repressed. Repression, is taken to be an unconscious exclusion of memories, impulses, desires, and thoughts that are too difficult or unacceptable to deal with in consciousness; the essence of repression lies simply in turning something away and keeping it at a distance from the conscious (Freud 1915, p 147). 6 F xi pajjiżi msieħba kif ukoll f xi pajjiżi oħra Ewropej, m hemm l-ebda tradizzjoni ta psikoterapisti li jaħdmu fis-sistema tal-ħabs. Hemm pajjiżi fejn il-professjoni ta psikoterapista mhix formalment regolarizzata, u l-individwi jistgħu jaħdmu bħala psikoterapisti mingħajr awtorizzazzjoni formali. F każ bħal dan, persuni li jużaw it-tekniki suġġeriti f dan il-manwal m għandhomx isostnu li huma qegħdin jużaw Fototerapija, iżda qed jużaw l-approċċ ta Fotografija Terapewtika. Mod ta kif wieħed jista jħares lejn il-fototerapija huwa l-użu ta ritratti f dak li huwa normalment ipprattikat fil-psikoterapija u counselling, iżda fejn il-klijent jagħżel jew sessjonijiet individwali jew fi grupp, ritratt li jittrasmetti dak li jkun għaddej minn 5 Loewental, D. (2011) Talking Pictures Therapy: The Use of Photographs in Counselling and Psychotherapy in Halkola et. al. (2011) PHOTOTHERAPYEUROPE Learning and Healing with Phototherapy. Mittieħed mis-sit: http://phototherapyeurope.utu.fi/photoeurope_handbook.pdf 6 Freud, S. (1915/1984). The Unconscious. In A. Richards (Ed.) The Pelican Freud Library: Vol. II. On metaphsychology: the theory of psychoanalysis (pp. 159-222. Harmondworth: Penguin 7

moħħhom, filwaqt li l- fotografija terapewtika spiss tinvolvi li l-klijent innifsu jieħu ritratti bħala mod biex dan jaħdem fuq il-kostrizzjonijiet emozzjonali tiegħu. F'dan il-proġett, it-terminu fototerapija kien għall-ewwel użat biex ikopri kull użu terapewtiku ta ritratti. Infatti d- distinzjoni bejn fototerapija u fotografija terapewtika ma kienitx dejjem ċara, u xi prattikanti kienu jużaw iż-żewġ metodi flimkien fi ħdan il-prattika tagħhom. Madankollu, l-aktar importanti huwa li l-prattika ta dawn in-nies tkun regolata b mod differenti fil-pajjiżi differenti u li kull min jikkunsidra l-approċċi tal-proġett PhototherapyEurope fil-ħabsijiet għandu jivverifika dak li hu permess fil-pajjiż partikolari fejn tkun qed isseħħ din il-prattika. Din il-prattika tevita wkoll li wieħed jagħti djanjosi psikoloġika tal-ħabsin. Fi ħdan dan l-approċċ mhux il-ħabsin kollha jitqiesu bħala psikoloġikament mhux stabbli. Huwa approċċ li joffri l-aħjar possibbiltà għallħabsin biex jitkellmu dwarhom infushom u dwar dak li huwa importanti għalihom, dwarhom infushom u dwar l-oħrajn. Kemm il-fototerapija u l-fotografija Terapewtika jwasslu għal żvilupp ta tagħlim emozzjonali, u t-tnejn jużaw prinċipalment approċċ iċċentrat fuq il-persuna (eg Carl Rogers) għall-fehim talpersunalità u relazzjonijiet umani. Pjuttost milli jippreżentaw bil-miktub id-dettalji ta dik li hi fototerapija, l-awturi ta dan ilmanwal jixtiequ li juru r-rikkezza u l-vantaġġi li din toffri permezz ta gwidi akkumpanjati minn eżempji fit-taqsimiet li ġejjin ta dan l-istess manwal. L-approċċi implimentati f dan il-proġett Bħala riżultat tal-qari tal-letteratura, kien miftiehem li kull imsieħeb fil-proġett iwettaq l- attivitajiet li ġejjin f żewġ ħabsijiet fuq is-6 xhur li jmiss: 1. li joffru l-użu ta photocards fuq żmien ta sitt sessjonijiet individwali, kull waħda ta siegħa (50 minuta), lil minimu ta 3 ħabsin (preferibbilment 4) li għażlu li jipparteċipaw għal dawn is-sessjonijiet ta counselling/empowerment. Dawn is-sessjonijiet kienu mmexxija minn persuni li ma kellhomx rwoli oħra (jew li kienu qed imexxu xi aġenda għall-klijenti) ma dawn il-klijenti. Dawn ma jirrapportawx dak li jintqal mill-ħabsin għajr fejn il-klijenti jistgħu jipperikolaw lilhom infushom jew lil xi oħrajn. Jistgħu jintużaw varjanti oħra bħal per eżempju Spectro Cards, Talking Pictures Cards ta Loewenthal u collages. 8

2. numru minimu ta 3 ħabsin (preferibbilment 4) jiġu mħeġġa jipproduċu ktejjeb birritratti għat-tfal tagħhom bl-użu tal-loewenthal Talking Picture Cards bħala bażi għal dan il-ktejjeb (photobook). 3. minimu ta 3 ħabsin (preferibbilment 4) jiġu mħeġġa jużaw kameras tar-ritratti biex jieħdu stampi u taħthom jiktbu sentenzi dwar preparazzjoni għall-ħelsien mill-ħabs, bil-għan li jżidu l-possibiltajiet tagħhom li jsibu xogħol. Fir-raba approċċ jitwettqu pitturi. Fih, numru minimu ta 3 ħabsin (preferibbilment 4) kienu involuti fi twettiq ta pitturi li jkunu stabbiliti minn kull sieħeb. Dawn ġew ittestjati millimsieħba matul il-fażi tal-action research, imma instab li dan il-metodu ma setax jiġi ġeneralizzat u b hekk dan il-metodu ma ġiex implimentat għall-xogħol u taħriġ futur. 9

Il-prattika tal-fototerapija u fotografija terapewtika filħabs 10

Fototerapija u Fotografija Terapewtika fil-ħabs L-użu tal-fotografija fil-ħabsijiet Il-qarrejja ta dan il-manwal jistgħu ikunu sorpriżi dwar l-użu ta ritratti u tagħmir fotografiku biex isseħħ terapija ġewwa l-ħabs. Wieħed jista jkollu l-impressjoni li l-fotografija u l-ħabsijiet huma antiteżi ta xulxin. Din mhix xi sorpriża peress li l-fattur predominanti li jikkontrolla kull ħabs huwa s-sigurtà u l-użu ta kameras tar-ritratti fil-ħabsijiet huwa spiss meqjus bħala theddida għas-sigurtà. Hemm żewġ fatturi li l-awturi jixtiequ jiġbdu l-attenzjoni dwarhom f dan l-istadju: a) Huwa possibbli li sseħħ il-fototerapija mingħajr l-użu ta kameras u tagħmir fotografiku fil-ħabsijiet. Kif wieħed jista jara fl-eżempji mogħtija, wieħed jista juża r-ritratti tatterapista / edukaturi, jew inkella ritratti li jkollhom il-ħabsin stess. b) Ir-relazzjoni bejn fotografija u ħabsijiet mhijiex xi ħaġa ġdida jew li tappartjeni biss għall-fototerapija. Il-fotografija fil-ħabs ħadet forom u rwoli differenti fi proġetti varji li saru fil-ħabsijiet madwar id-dinja. Nipprattikkaw il-fototerapija/fotografija terapewtika Li tagħmel Fototerapija fil-ħabs tinvolvi ċertu restrizzjonijiet li wieħed mhux se jiltaqa magħhom meta jkun involut f fototerapija barra mill-ħabs. Dawn il-limitazzjonijiet ivarjaw konsiderevolment minn pajjiż għal pajjiż, iżda ġeneralment dawn jistgħu jinqasmu fi tnejn: dawk li jittrattaw is-sigurtà tal-lokalità u dawk dwar it-trattament ta ħabsin li huma sentenzjati. Kull parteċipant fl-applikazzjoni tal-proġett irid jiċċekkja, minn qabel, ir-regolamenti speċifiċi talħabs li wieħed qiegħed iżur. Dawn huma sempliċi; ħafna drabi jkunu linji gwida ta sens komun. Jekk inti timxi magħhom, il-ħajja se jkun aktar faċli għalik u għall-amministrazzjoni tal-ħabs u int se tkun appoġġat fl-implimentazzjoni tiegħek tal-proġett fil-ħabs. 7 7 Żur ukoll is-sit: Working in HM Prisons: A guide for information, advice and guidance practitioners. http://readingroom.lsc.gov.uk/lsc/national/cas-prisonguide-jan09.pdf 11

Dikjarazzjoni dwar l-etika fil-fototerapija Huwa mportanti li tingħata dikjarazzjoni ta etika fl-użu tal-fototerapija lill-amministrazzjoni talħabs qabel ma wieħed jibda l-proġett. Id-Dikjarazzjonijiet Etiċi li ġejjin qed jiġu segwiti mill-parteċipanti fil-proġett. 1. Kull pubblikazzjoni fi kwalunkwe format għal kwalunkwe raġuni li tirriżulta mill-proġett Phototherapy Europe għandu jkollha l-approvazzjoni tal-awtoritajiet tal-ħabs qabel ma din tiġi ppubblikata. 2. Kull pubblikazzjoni fi kwalunkwe format għal kwalunkwe raġuni li tirriżulta mill- proġett PhototherapyEurope għandha tippreserva l-anonimità ta kull parteċipant. 3. Individwi li jaħdmu fi ħdan il-proġett se jużaw is-sistemi u l-proċessi etiċi xierqa eżistenti stabbiliti fil-pajjiż. 4. il-limiti dwar l-iżvelar tal-informazzjoni għandhom jiġu amministrati mill-edukatur u skond il-politika rilevanti tas-servizz terapewtiku (per eżempju, dik li jkun hemm xi riskju ta ħsara serja kemm għall-ħabsi stess jew individwi oħrajn, din trid tiġi rrappurtata eċċ.). Dan kien jiġi miktub fil-formola tal-kunsens u diskuss qabel il-bidu tassezzjonijiet. 5. ir-regoli tal-ħabs u regolamenti tal-pajjiż se jiġu rispettati. 6. ħabsin jiġu riferuti għal terapija jintgħażlu permezz ta servizzi partikolari talorganizzazzjonijiet parteċipanti fuq il-kriterji ta inklużjoni jew esklużjoni tagħhom. Dawn is-servizzi twaqqfu b rabta ma servizzi tas-saħħa mentali, għandhom politiki definiti u sistemi ta riferiment bi psikjatri u psikologi. Ir-riċerkatur se jaħdem fi ħdan dawn il-prattiċi u politiki tas-saħħa mentali. 7. il-parteċipazzjoni hija waħda strettament volontarja u l-parteċipanti se jiġu reklutati permezz ta dawn is-servizzi eżistenti mhux se jkun hemm l-ebda konsegwenzi fuq xi parteċipant li jiddeċiedi li ma jieħux sehem fil-proġett u mhux se jkun hemm l-ebda ħlas jew vantaġġi oħra offruti lill-ħabsin għall-parteċipazzjoni tagħhom. 8. l-edukaturi jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa u sigurtà applikabbli lokalment. 9. is-sessjonijiet individwali għandhom ikunu kunfidenzjali. Pjanijiet dwar sessjoni ta taħriġ Dak li jmiss huwa sitt pjanijiet biex jintużaw waqt is-sessjoni ma dawk li qed jippjanaw biex jimplimentaw PhototheraphyEurope f pajjiżhom. Dawn huma biss linji gwida, u jistgħu ilkontenut jista jiġi modifikat u addattat, partikularment b mod li dan jirrifletti r-realtajiet u 12

tradizzjonijiet tal-pajjiż, kemm f termini ta xogħol fil-ħabs, kif ukoll fix-xogħol/taħriġ taladulti. Kull pjan jipprovdi numru ta attivitajiet għas-sessjoni ta taħriġ. Min iħarreġ huwa mħeġġeġ biex jikkumplimenta dawn l-attivitajiet b attivitajiet oħra b tali mod li l-parteċipanti jifhmu t- teorija, t-terapija u l-fototerapija integrati f dan il-proġett. Min iħarreġ huwa mħeġġeġ ukoll li jiżviluppa handouts u materjal ieħor rilevanti li jissupplimenta l-ideat ewlenin ta dan il-manwal. L-edukaturi kollha jridu jagħmlu kuntratt ma l-grupp qabel ma jibdew xi programm ta taħriġ ma parteċipanti. Dan għandu jinkludi diskussjoni dwar il-kunfidenzjalità u l-parteċipanti kollha għandhom ikunu konxji li huma għandhom jieħdu ħsieb u jipproteġu lilhom infushom u l- interessi personali tagħhom matul is-sessjonijiet billi ma jikxfux informazzjoni li tista tagħmilhom vulnerabbli matul it-taħriġ. Bl-istess mod, kull referenza għal klijenti/pazjenti u postijiet tax-xogħol għandha ssir mingħajr informazzjoni jew materjal li biha tista twassal għal identifikazzjoni. 13

Pjan Sessjoni ta Taħrig 1: Tintuz a l-fototerapija ma Nies fil- Ħabs. Pjan għal din is-sessjoni Ħin Għanijiet Riżultati mistennija għall-istudenti Siegħa Preparazzjoni biex Biex jesploraw kif wieħed jibda jaħdem xogħol mal-ħabsin jista ġo ambjent ta ħabs jvarja minn ħidma ma gruppi oħra. Riżorsi Flip charts u pinna. Siltiet minn programmi televiżivi: Orange is the new Black https://www.youtube.com/watch?v=slezbiyxc9g Scum 1979 https://www.youtube.com/watch?v=4chi480s_z4 Attivitajiet Fi gruppi, l-parteċipanti jiktbu kif huma jaħsbu li xogħol mal-ħabsin jista jkun differenti minn xogħol ma gruppi ta nies oħra. Uri siltiet mis-serje televiżiva Orange is the new Black. Alternattiva oħra tista tkun silta minn Scum 1979. Diskussjoni dwar kif dawn jagħtuna stampi stabbiliti dwar dak li aħna nistennew li ser niltaqgħu fil-ħabs. Ippreżenta lill-grupp kollu u ddiskuti. L-edukatur għandu jiddiskuti u jisfida l- ideat tal-grupp, b mod partikolari fejn jidhlu pregudizzji eċċ. Imbagħad jesploraw u jiddiskutu prattiċi speċifiċi tax-xogħol fil-ħabs. 14

30 minuta Terapija mal-ħabsin Siegħa Kunfidenzjalità relatata mal-prattika Siegħa Tinkiser ilkunfidenzjalità L-istudenti se jingħataw introduzzjoni qasira dwar sistemi diversi ta terapija disponibbli filħabs. L-istudenti se jsiru konxji talkunfidenzjalità b referenza għallfototerapija. L-istudenti jsiru jafu meta huwa d-dmir tagħhom li jiksru l- kunfidenzjalità. Kampjun ta dokumentazzjoni: id-dikjarazzjoni tal-kunfidenzjalità Materjal għall-role play Introduzzjoni dwar il-psikoterapija filħabs. Introduzzjoni għall-kunfidenzjalità malpriġunieri kemm fil-ħabs kif ukoll għallproġett PhototherapyEurope. Meta l-kunfidenzjalità tinkiser - xi eżempji ta meta jiġri dan Xi drabi meta l-kunfidenzjalità tista tinkiser jiġu analizzati. Role play: xi xenarji jiġu maħluqa u l- studenti għandhom jiddiskutu u jiddeċiedu jekk il-kunfidenzjalità f dan il-każ għandiex tinkiser jew le. Siegħa Riskju 30 minuta Evalwazzjoni, reazzjonijiet u kummenti L-istudenti se jkollhom għarfien bażiku talkapaċitajiet biex wieħed jagħmel stima ta riskju. L-istudenti jiġu mogħtija ħin biex jagħtu r-reazzjonijiet tagħhom dwar is-sessjoni u kummenti oħra. Formola ta Evalwazzjoni għal din is-sessjoni Introduzzjoni dwar riskji u l-istima tarriskju. Kwistjonijiet ta sigurtà fil-ħabs. Evalwazzjoni tas-sessjoni. Identifikazzjoni ta fatturi pożittivi tassessjoni, x jista jsir aħjar u suġġerimenti ta kif jistgħu jittejbu dawn is-sessjonijiet fil-futur. 15

Kunfidenzjalità u stima ta riskju Kull pajjiż imsieħeb għandu l-kunfidenzjalità tiegħu fejn għandhom x jaqsmu kuntratti, klawsoli u proċeduri ta stima tar-riskju fil-ħabsijiet tiegħu. Huwa importanti li wieħed jibda b introduzzjoni dwar l-ambjent ġol-ħabs fil-pajjiż tiegħu stess, xi gwidi eżistenti għandhom għall-kunfidenzjalità, stima tar-riskju u l-etika tax-xogħol li jipprattikaw ma nies fil-ħabs. Dawn għandhom jiġu provduti lil dawk kollha li jkunu fl-ewwel sessjoni ta taħriġ u huwa suġġerit li mill-inqas, tliet sigħat ta taħriġ għandhom jiffokaw fuq l-etika tax-xogħol firrigward ta riskju u l-kunfidenzjalità f ambjent ta sigurtà bħal ma hu l-ħabs. Kull pajjiż imsieħeb għandu joffri s-sorsi ta dokumentazzjoni li ġejjin (jekk disponibbli) biex jiggwidaw dawn is-sessjonijiet ippjanati dwar ir-riskju u l-kunfidenzjalità. Il-membri talpajjiżi msieħba fil-proġett għandhom jiffamiljarizzaw ruħhom, kif ukoll lil dawk li qed jitħarrġu, dwar dawn id-dokumenti minn qabel. Dan għandu jsir qabel ma jipproċedu bittaħriġ dwar il-ħiliet fototerapewtiċi: Kopja ta kuntratt dwar kunfidenzjalità bil-klawżoli Kopja ta kwalunkwe dokumenti użat dwar stima tar-riskju Kopja tar-regolamenti tal-ħabs Kopja ta regolamenti għall-ħaddiema li jaħdmu fil-ħabs. Eżempju ta kuntratt dwar kunfidenzjalità bi klawżoli Id-dikjarazzjonijiet dwar kunfidenzjalità u l-klawżoli tagħhom jistgħu jvarjaw f ambjenti u pajjiżi differenti u skond popolazzjonijiet differenti. Id-dikjarazzjoni hawn fuq hija biss eżempju bażiku. Qabel ma xi individwi li qed jitħarrġu jibdew jaħdmu mal-ħabsin, dawn għandhom jiżguraw li l-ħabsin huma konxji tal-limiti ta kunfidenzjalità u ċ-ċirkostanzi speċifiċi fejn il-kunfidenzjalità tista tinkiser. Dawn għandhom ukoll ikunu konxji ta dawn iċ-ċirkostanzi fejn huwa possibbli li l-kunfidenzjalità tal-ħabsi ma tkunx tista tinżamm. 16

Eżempju ta dikjarazzjoni dwar kunfidenzjalità: Matul is-sessjonijiet ta fototerapija tagħna jien se nirrispetta l-kunfidenzjalità tiegħek. Dan ifisser li dak li inti tgħidli matul is-sessjonijiet tagħna se jibqa kunfidenzjali bejnietna. Madankollu, hemm xi drabi speċifiċi meta inti tista tgħidli xi ħaġa u jien għandi d-dover u nkun obbligat li nikser il-kunfidenzjalità ta bejnietna billi nirrapporta xi fatti li inti tkun irrakkontajt f dawk is-sessjonijiet. Dan isir meta: Inti tiżvela xi affarijiet fejn tista tipperikola lilek innifsek. Inti tiżvela xi affarijiet fejn tista tipperikola lil persuni oħra. Inti tiżvela xi affarijiet fejn ikun hemm riskju futur/passat għal xi ħadd taħt l-età. Inti tiżvela dettalji speċifiċi li jikkonċernaw azzjonijiet jew atti kriminali (futuri/passat). Spjegazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta kunfidenzjalità u klawżoli lill-persuni vulnerabbli Ċertu nies li aħna naħdmu magħhom jistgħu jkunu partikularment vulnerabbli u ma jifhmux id- dikjarazzjonijiet ta kunfidenzjalità u xi ħabsin jistgħu jaqgħu taħt din il-kategorija. Ilħabsin huma wkoll aktar probabbli li jitkellmu dwar kriminalità u riskji minn nies oħra u dawn huma ġeneralment ir-raġunijiet l-aktar komuni għalfejn il-kunfidenzjalità tista tiġi miksura fi kwalunkwe forma ta terapija. Għalhekk, minħabba din ir-raġuni, huwa importanti li l-istudenti kollha jkunu konxji ta dawk l-individwi li jistgħu jeħtieġu aktar gwida rigward il-kunfidenzjalità matul is-sessjonijiet fototerapija. Xi eżempji ta dawn huma: Ħabsin bi bżonnijiet speċjali ta tagħlim Ħabsin b dijanjosi psikjatriċi Ħabsin bi problemi konjittivi u ta memorja Ħabsin b rata ta riskju ogħla (eż. dawk li jistgħu jikkommettu suwiċidju jew ipoġġu f periklu lilhom infushom) Delinkwenti żgħażagħ F każijiet bħal dawn huwa suġġerit li: Tirrepeti l-istqarrija ta kunfidenzjalità u l-klawsoli fil-bidu ta kull sessjoni Tipprovdi eżempji ta drabi fejn il-kunfidenzjalità tista tinkiser Tiddiskuti f aktar dettall għalfejn il-kunfidenzjalità f ċirkostanzi bħal dawn tiġi miksura 17

Tistaqsi lill-ħabsi/persuna vulnerabbli biex juri x fehem dwar il-kunfidenzjalità billi jirrepeti jew jispjega lura dak li ntqal dwar kunfidenzjalità. 18

Formola ta Evalwazzjoni tas-sessjoni Isem tal-edukatur: Is-suġġett tas-sessjoni: Data: Niżżel l-affarijiet pożittivi / li ogħġbuk tul din is-sessjoni: Ikteb fejn jista jkun hemm lok għal titjib tul din is-sessjoni: Jekk jogħġbok, agħti rata tas-sessjoni bbażata fuq: Pjanifikazzjoni u tħejjija tas-sessjoni kienet tajba Ma naqbel xejn -1-2-3-4-5-6-7-Naqbel ħafna Din is-sessjoni ġiet mogħtija b mod tajjeb Ma naqbel xejn -1-2-3-4-5-6-7-Naqbel ħafna Bħala student inħoss li jien tgħallimt xi haġa siewja Ma naqbel xejn -1-2-3-4-5-6-7-Naqbel ħafna Nħoss li ser nagħmel użu minn dak li tgħallimt Ma naqbel xejn -1-2-3-4-5-6-7-Naqbel ħafna L-interazzjoni bejn edukatur/student kienet waħda Ma naqbel xejn -1-2-3-4-5-6-7-Naqbel ħafna tajba Kien hemm biżżejjed ħin għal xi mistoqsijiet Ma naqbel xejn -1-2-3-4-5-6-7-Naqbel ħafna Ingħata ħin għall-interazzjoni bejn l-istudenti Ma naqbel xejn -1-2-3-4-5-6-7-Naqbel ħafna L-edukatur kellu għarfien tajjeb dwar is-suġġett Ma naqbel xejn -1-2-3-4-5-6-7-Naqbel ħafna Reazzjonijiet u opinjonijiet ingħataw lill-istudent Ma naqbel xejn -1-2-3-4-5-6-7-Naqbel ħafna Ma kien hemm l-ebda problema kif tmexxiet din issessjoni Ma naqbel xejn -1-2-3-4-5-6-7-Naqbel ħafna Jekk ikun hemm assessjar, dan kien rilevanti għal Ma naqbel xejn -1-2-3-4-5-6-7-Naqbel ħafna dak li kien koperti matul is-sessjoni Is-sessjoni kienet interessanti u qanqlet l-attenzjoni Ma naqbel xejn -1-2-3-4-5-6-7-Naqbel ħafna tiegħi Xi suġġerimenti sabiex titjieb il-kwalità ta din is-sessjoni: Kummenti oħra: Grazzi Il-Kordinatur tal-kors 19

Pjan Sessjoni ta Taħrig 2: Niffac ilitaw it-tagħlim Emozzjonali Pjan għal din is-sessjoni Ħin Għanijiet Riżultati mistennija għallistudenti Siegħa Ħiliet tas-smigħ Biex tesplora kwistjonijiet u u nofs problemi li fihom trid tisma u tirrispondi Riżorsi Stampi Attivitajiet L-istudenti jaħdmu f pari. Kull student jagħżel stampa li huwa jħossu li l-aħjar tiddeskrivi kif qed iħossu bħalissa. Kull student jitħadded għal madwar ħames minuti dwaru innifsu b konnessjoni ma din l-istampa. Kull student mbagħad jintroduċi lil sieħbu mal-bqija tal-grupp kollu u jitħadded dwar kif sieħbu qed iħossu. L- edukatur hawn irid jesplora fid-dettall fejn li tagħmel dan kien diffiċli / fejn xi ħadd jinsa eċċ. Siegħa Tisma u tirrispondi Siegħa Ħiliet li tagħmel tgħid fi kliemek u tiġbor fil-qosor Li tindirizza problemi potenzjali ta smigħ u biex tirrispondi. Tivvaluta ħiliet attwali. Ittejjeb il-ħiliet tas-smiegħ attwali. Esplora l-aħħar eżerċizzju. Iddiskuti problemi fissmiegħ u kif tista ttejjeb il-ħiliet tas-smigħ. Introduċi l-parafrazi bħala ħila tas-smigħ. F pari, l-istudenti jridu jirrepetu l-eżerċizzju talbidu billi jużaw il-parafrazi u billi jiġbru fil-qosor u fi kliemhom. Jingħataw reazzjoni u kummenti lill-grupp kollu. 20

30 minuta Riflessjoni dwar ilkontenut u xi ħsibijiet li dan iqanqal Tlaqqa flimkien ħiliet tassmigħ, rispons u interpretazzjoni Siegħa Roger s Core Conditions Tagħlim pprovdut fuq bażi ta teorija terapewtika bażika u ħiliet F pari l-istudenti jesploraw il-kontenut tależerċizzju tal-bidu. Iddiskutu kif l-interpretazzjonijiet ivarjaw, ittifsiriet jinbidlu eċċ. Jingħataw reazzjonijiet/kummenti lill-grupp. Tingħata attenzjoni partikolari għad-differenzi flinterpretazzjoni għall-istess stampi - Iddiskutu fi grupp. Introduzzjoni għal Rogers Spjega l-approċċ iċċentrat fuq il-persuna (personcentred approach) Esplora core conditions u l-użu tagħhom. 30 minuta Reviżjoni tal-ħiliet li ġew mgħallma L-istudenti jingħataw spazju biex jipprattikaw il-ħiliet ġodda Stampi L-istudenti jbiddlu l-grupp, jagħżlu stampa ġdida biex jirriflettu kif dawn qed iħossuhom u jgħidu lis-sieħeb tagħhom. Is-sieħeb juża l-ħiliet mgħallma fis-sessjoni u mbagħad jintroduċi issieħeb il-ġdid lill-grupp. Diskussjoni fil-grupp kollu dwar kif il-ħiliet ta smigħ, memorja u rispons jistgħu jitjiebu. 30 minuta Evalwazzjoni/ Reazzjoni/ Kummenti L-istudenti jingħataw lok biex jagħmlu il-kummenti tagħhom u biex jimmonitorjaw ilkapaċitajiet li tgħallmu u jtejjbu t-taħriġ fil-ġejjieni. Formola ta evalwazzjoni tassessjoni Evalwazzjoni tas-sessjoni. Identifikazzjoni ta fatturi pożittivi tas-sessjoni, dak li seta sar aħjar u suġġerimenti ta kif l-istess sessjoni tista tiġi mtejjba għall-futur. 21

Handout: Il-kundizzjonijiet ewlenin (core conditions) ta Rogers Carl Rogers (1957; 1959) iddikjara li hemm sitt kundizzjonijiet għal pariri effettivi, li huma kemm meħtieġa (mingħajrhom, bidla effettiva ma tistax isseħħ) kif ukoll suffiċjenti biex joħolqu relazzjoni tajba li tista twassal għal kura effettiva. Dawn huma: 1. Pscyhological contact, kuntatt psikoloġiku bejn it-terapista u l-klijent f relazzjoni li fiha t-tnejn huma meqjusa bħala importanti għal xulxin 2. Client incongruence, fejn l-esperjenzi tal-klijent u l-għarfien ma jaqblux ma dawk l-esperjenzi u l-għarfien tal-klijent irid 3. Therapist congruence, fejn it-terapista hija ġenwina 4. Unconditional positive regard, fejn it-terapista tista taċċetta lill-klijent mingħajr ma tgħaddi ġudizzju fuqu jew kundizzjonijiet 5. Empathy, empatija, fejn it-terapista huwa kapaċi jifhem b mod preċiż u jkollu kompassjoni għall-klijent 6. Communication, komunikazzjoni, fejn it-terapista huwa kapaċi li jwassal l- empatija tiegħu u opinjoni pożittiva bla ebda kundizzjonijiet. (Unconditional Positive Regard) (UPR) Minn dawn kollha, Rogers jistqarr li l-aktar kundizzjonijiet importanti (core conditions) huma: 1. Unconditional Positive Regard (UPR) - dan iseħħ meta t-terapista jkun kapaċi jifforma relazzjoni mal-klijent li mhijiex ibbażata fuq xi ġudizzju jew kondizzjonijiet, sabiex dan jippermetti lill-klijent li jafda lit-terapista biżżejjed biex jitkellem miegħu u jgħid il- verità dwaru u dwar id-dinja tiegħu. 2. Empatija jew fehim empatiku - dan huwa fejn it-terapista jkun kapaċi jifhem u jirrakkonta l-ħsibijiet tal-klijent u s-sentiment tiegħu b mod li juri li t-terapista jifhem bħallikieku it-terapista stess qed jesperjenza l-emozzjonijiet li jgħaddi minnhom ilklijent. 3. Congruence - dan huwa meta t-terapista huwa reali u ġenwini u ttrattat bħala ugwali. Jekk it-terapista jipproġetta lilu nnifsu bħala awtorità, huwa probabbli li l- klijent se jaddatta t-tweġibiet tiegħu biex jaqdi jew jogħġob lit-terapista. 22

Referenzi Rogers, C. (1957) The necessary and sufficient conditions of therapeutic personality change, Journal of Consulting Psychology, 21 (2): 95-103 Rogers, Carl. (1959). A Theory of Therapy, Personality and Interpersonal Relationships as Developed in the Client-centered Framework. In (ed.) S. Koch, Psychology: A Study of a Science. Vol. 3: Formulations of the Person and the Social Context. New York: McGraw Hill. 23

Handout: Reviżjoni tal-counselling interview Isem tal-istudent fil-counselling: Data: Agħmel ċirku ma dak in-numru li tħoss li l-aħjar jesprimi l-attitudni talcounsellor. Tifsira: 1 Tajjeb ħafna 2 Tajjeb 3 Medju 4 Insomma 5 Ħażin Il-livell inizjali ta aċċettazzjoni kien rifless fil- vuċi, espressjoni tal-wiċċ u lingwaġġ tal-ġisem. Ħila li tirrifletti s-sentimenti tal-klijent u l-ħjiel li jtik ilklijent. Il-grad ta ħiliet empatiċi espressi verbalment u mhux verbalment. Nuqqas ta awtorità tal-councellor u tendenza li jikkontrolla. Il-livell ta aċċettazzjoni li l-counsellor wera lejn il-klijent inkluż xi sentimenti ta ostilità jew negattività tal-klijent. Kemm il-klijent ingħata żmien biex jaħseb u l-libertà li jesprimi l-emozzjonijiet tiegħu meta huwa jrid/jħoss. Kemm il-klijent esprima sentimenti aktar milli kontenut jew konversazzjoni. Kemm il-klijent deher li fehem sew lilu nnifsu. Kemm il-counsellor kien kapaċi jifhem l-esperjenzi tal-klijent u jadattaw għal mod kif jaħseb il-klijent. X kienu l-punti pożittivi ta din is-sessjoni? 1 2 3 4 5 Liema taħseb li huma dawk il-ħiliet li l-councellor jista jtejjeb? 24

Pjan Sessjoni ta Taħrig 3: L-uz u tal-istampi fil-fototerapija Pjan għal din is-sessjoni Ħin Għanijiet Riżultati mistennija għallistudenti Riżorsi Attivitajiet Siegħa Sabiex l-istudenti jiffamiljarizzaw ruħhom mal-materjal Familjarizzazzjoni mal-istampi Stampi Inkomplu nużaw l-istampi (photocards) Nesploraw l-istampi fi gruppi Sagħtejn Il-prattika ta ħiliet li ġew mgħallma fis-sessjoni ta qabel bil-materjal ta stampi Siegħa 30 minuta Biex tifhem il-prattika u l-proċess tal-użu tal- Photocards Evalwazzjoni / Reazzjonijiet / Kummenti Biex ngħinu lill-istudenti jirriflettu fuq kull rwol, biex jesploraw approċċ iċċentrat fuq il-persuna bl-użu ta Photocards Biex tesplora ħiliet tal-empatija u tal-interpretazzjoni Biex jgħinu lill-istudenti jifhmu kif jużaw bl-aħjar mod possibbli l-photocards kif ukoll kif jieħdu noti u jirriflettu fuq is-sessjonijiet L-istudenti jingħataw lok biex jagħtu r-reazzjonijiet u kummenti tagħhom. Stampi Karta ta Evalwazzjoni (Handout: Suġġerimenti bażiċi dwar kif tieħu noti mis-sessjonijiet talfototerapija) Handout: Stampi li jitkellmu: il- Photocards Studju ta każ partikolari: John Formola ta Evalwazzjoni għassessjoni Attività fi gruppi. Fil-gruppi ta tlieta, wieħed millparteċipanti huwa l-klijent, wieħed huwa t-terapista u l-ieħor huwa l-osservatur. Il-klijent jagħżel karta u t-terapista jesplora (bl-użu tal-core conditions u l-kapaċitajiet mogħtija fil- Pjan ta sessjoni 2) u jgħin biex jinterpreta u jesplora mal-klijent. L-osservatur jieħu xi noti għal feedback. Kull grupp ikollu 15-il minuta f kull rwol. Kull student individwali jaqra l-handout. Din tiġi diskussa fil-pari. Il-konklużjonijiet ewlenin huma diskussi fil-klassi. Evalwazzjoni tas-sessjoni. Identifikazzjoni tal-punti pożittivi tas-sessjoni, liema jistgħu jkunu aħjar u suġġerimenti ta kif jistgħu jittejbu dawn issessjonijiet għall-futur. 25

Handout: Suġġerimenti bażiċi dwar kif tieħu noti waqt is-sessjoni Dawn huma xi suġġerimenti dwar kif għandek iżżomm rekord tal-attività li int involut fiha. Tista tuża dawn is-suġġerimenti għall-attivitajiet kollha identifikati f dan il-manwal: Data: Ħin: Minn: Sa: Post: Preżenti għal din l-attività: Informazzjoni dwar il-klijent/parteċipant: Id-deskrizzjoni tal-klijent/klijenti f termini rilevanti, u utli (eż., sess, età, etniċità, informazzjoni oħra li potenzjalment tista tkun utli, kif il-klijent iddeċieda li jieħu sehem fil-proġett il-proċess ta referenza). Deskrizzjoni qasira għall-preżentazzjoni ta problemi / kwistjonijiet / tħassib minn naħa tal-parteċipant. Ir-raġunijiet għalfejn il-parteċipant iddeċieda li jieħu sehem fil-proġett. L-għanijiet tas-sessjonijiet tal-fototerapija jiġu diskussi mal-parteċipant. Noti dwar il-proċess: Inkludi suġġetti diskussi fl-ordni kif deheru, xi fototerapija speċifika jew attivitajiet oħra wżati, ir-rispons talparteċipanti għall-attivitajiet, deċiżjonijiet rigward ħidma futura, kwalunkwe osservazzjonijiet oħra min-naħa taledukatur u osservazzjonijiet / ħsibijiet li jirriżultaw mid-diskussjoni dwar is-sessjoni / superviżjoni. (Huwa rakkomandabbli li żżomm ħsibijiet personali, sentimenti, ipoteżijiet eċċ separati mir-rekord ta dak li attwalment ġara fis-sessjoni / laqgħa). Dawn ir-rekords għandhom jitqiesu bħala kunfidenzjali ħafna. 26

Evalwazzjoni fl-aħħar tas-sessjoni: Parteċipant Il-valutazzjoni / evalwazzjoni tal-parteċipanti dwar is-sessjonijiet. Dan jista jkun ta natura formali, inkluż intervista strutturata / kwestjonarju; kif ukoll ta natura informali) Evalwazzjoni fl-aħħar tas-sessjoni: Edukatur Il-valutazzjoni / evalwazzjoni tal-edukatur dwar is-sessjonijiet. Dan jista jkun ta natura formali, inkluż intervista strutturata / kwestjonarju; kif ukoll ta natura informali) Rekord ta materjal li ġie prodott (Eż. ritratti wżati, photo-book eċċ) Ftakar biex iġġib il-kunsens jekk qed tippjana li tuża dawn barra l-iskop tależerċizzju (eż. xi wirja ta ritratti) 27

Handout: Stampi li jitkellmu: Il-Photocards Studju ta każ: John. Dawn li ġejjin huma xi estratti qosra ta noti minn sessjoni partikolari: John għandu 22 sena u attenda b mod volontarju għal sitt sessjonijiet ta 50 minuta. John normalment kien jibda s-sessjonijiet tiegħu b mod pożittiv. Sessjoni 1: Jien imlejt, flimkien ma John, xi kwestjonarji ta qabel il-kors. Huwa għażel xi ritratti u qal x laqtu f dawn ir-ritratti. Wara li tkellimna dwar dawn, jien staqsejtu: Inti għedtli li inti ssibha diffiċli meta l-affarijiet imorru ħażin; liema ritratti jiġu f moħħok li għandu x jaqsam dwar dan? John qal ritratti numru 3 u 4: Jidher li xi ħaġa ħażina ser tiġri fil-futur jew grat f xi ġenerazzjoni tal-passat. Xi ħadd jista jmut jew jieħu xokk minn xi aħbar ħażina... Aħna tkellimna wkoll dwar ix-xewqa tiegħu li jivvjaġġa u t-tama tiegħu li ibnu jagħżel li jmur jgħix miegħu. John temm billi qal li hu ma jridx li jimla moħħ is-sieħba tiegħu b ħafna tamiet u mbaghad jispiċċa biex jiddiżappuntaha. Sessjoni 2: Jien ma offrejtx li nużaw ir-ritratti għax John deher li jrid jitkellem u kien kapaċi jagħmel dan mingħajr l-għajnuna tar-ritratti. Aħna tkellimna dwar kif hu ma riedx jagħmel ħsara fir-relazzjoni ma ibnu u l-ex-sieħba tiegħu. John ħass verament li r-relazzjoni ma din l-exsieħba tiegħu kienet xi ħaġa adoloxxenti u kif probabbilment kienet ser tispiċċa. Hu tkellem dwar is-sentenza tiegħu u dwar ħutu. Huwa tkellem għal darb oħra dwar ix-xewqa li jivvjaġġa, u telaq minn din is-sessjoni. Għal darb oħra, deher kuntent ħafna. Sessjoni 3: John għażel ir-ritratti, u din id-dara, ħassejt li kien hemm differenza f din is-sessjoni. Normalment, John jidher li jkun fi stat tajjeb ta saħħa mentali, iżda din id-darba waqt li deher ċar li qed jaħseb sew fuq ibnu, l-istampi li huwa għażel spiss kellhom xi ħaġa aktar inkwetanti fid-deskrizzjoni tagħhom. Bħal per eżempju, r-ritratt li kellu f idejh kienet dwar meta ibnu kien qed jipprova jaħrab, u r-ritratt tal-ħuta kien ifisser li ibnu seta tefa l-ħuta ħajja fit-tojlit. L- istampa tal-papri kienet dwar meta ibnu kważi waqa fl-ilma. Dan irrepeta ruħu wkoll fl-istorja dwar is-sieħba tiegħu, li huwa jaħseb li mhix is-sieħba addattata għalih, iżda jista jkun ta ġid għat-tifel tiegħu jekk dan jibqa magħha. Fl-aħħar, hu deher aktar inkwetat u mdejjaq, forsi biex jipprova jiġġustifika li l-fatt li hu tkellem miegħi, filwaqt li qanqal affarijiet diffiċli, jista jkun li madankollu kien utli għalih. Sessjoni 4: John beda billi jitkellem dwar kif il-ħabs qed jagħmlu aktar imdejjaq. Aħna tkellimna dwar id-destin, iżda wkoll sa liema punt aħna għandna ċertu rwol / awtonomija fiddestin tagħna. Din is-sessjoni ħassejtha differenti. Hija kienet aktar diskussjoni iżda John beda jitkellem fuq ir- relazzjoni komplikata ħafna li kellu ma missieru tar-rispett u qal ukoll li kien daqsxejn imdejjaq, xi ħaġa mhux tas-soltu għalih. Jien ħsibt ukoll li l-kwistjoni ta kemm kien id-destin tiegħu u kemm hu jista jagħmel differenza kienet importanti ħafna. Ħsibt li din it-tema ta kemm kellu kontroll tal-ħajja tiegħu u kemm dan jista jagħmilha aħjar kienet utli matul issessjoni u jien spiċċajt billi ngħidlu li hu kien tkellem dwar id-destin din kienet il-kelma li huwa uża - u għidt, iżda aħna għandna wkoll dik li l-amerikani jsejħu agency li jfisser li għandna wkoll xi ftit kontroll u rwol attiv fil-hajja tagħna u John qabel miegħi. 28

Kien hemm ukoll tidher, f dawn l-irġiel kollha, speranza qawwija meta jaħsbu dwar it-tfal tagħhom, anke jekk fuq ċertu livell, huma kienu jafu li r-realtà mhux ser tkun kif huma xtaqu hemm il-kwistjoni kemm it-terapista għandu jaqbel ma l-immaġinazzjoni naħseb li kultant ikun importanti, bhall fil-każ ta dawk il-pazjenti li jittamaw illi wieħed mill-ġenituri tagħhom li jistgħu wkoll ikunu mejta ikun tajjeb. Dan jgħinhom jgħixu sitwazzjonijiet kważi mpossibbli, għalkemm aktar tard fil-ħajja isir ferm anqas utli, jekk mhux detrimentali. Sessjoni 5: John reġa beda s-sessjoni b ottimiżmu huwa qed jispera li jintbagħat f ħabs miftuħ fejn wieħed jagħmel ġimgħatejn ġol-ħabs u mbagħad ħamest ijiem barra [Indunajt kemm, kull darba, kellu bżonn xi ħaġa biex u jħares lejn il-futur b ċertu ħeġġa]. Tlabtu jgħidli fil-qosor dwar il-fatt li jrid imur id-dar għal ftit jiem. Hu qal li għad m għandux risposta, imma jista jkun li dan ikun minn nhar il-ħamis li ġej l quddiem tul il-ġimgħa d-dieħla. Aħna tkellimna dwar issistema tal-flus fil-ħabs, John qal ukoll huwa diffiċli hawn għal xi rġiel, għax qabel ommhom saħansitra anke s-sodda kienet tagħmlilhom. Huwa aktar diffiċli meta dawn jitilqu minn hawn xi rġiel ma jkollhom lil ħadd. Jien kelli lil ommi u l-missier tar-rispett u xi ħbieb tiegħi jinsabu hawn. Jiena ghedtlu: Ltqajt magħhom hawn? John : Le, kont nafhom qabel ma ġejt hawn. L-aħħar sessjoni: John jagħżel mill-ġdid li juża r-ritratti u llum tani stampa aktar ċara ta dawk in-nies bħal, per eżempju, missieru tar-rispett. John irrakkonta dwar meta missieru miet u hu deher ftit imdejjaq. Kien hemm ħafna silenzju u l-fatt li aħna stajna noqogħdu nħarsu lejn irritratti ma l-art għen biex nimlew is-silenzju. Permezz ta dawn is-sessjonijiet, John deher li seta jintegra aktar l-isperanzi u d-diżappunti tiegħu. Huwa deher bħala xi ħadd li beda bħallikieku kien pożittiv ħafna imma li kien kapaċi wkoll jesprimi d-dubji tiegħu dwar xi affarijiet li sejrin ħażin. Jien ħassejt li kont xi ħadd ma min hu seta jitkellem u jaqsam il-ħsibijiet miegħu. Din kienet ħaġa li hu kien jeħtieġ imma qatt ma seta jagħmel qabel, inkluż li jaqsam l-esperjenzi negattivi u d-diżappunt tiegħu ma xi ħadd. Ritratt numru 1 Ritratt numru 2 29

Ritratt numru 3 Ritratt numru 4 30

Pjan Sessjoni ta Taħrig 4: L-iz vilupp ta ktejjeb bir-ritratti Pjan għal din is-sessjoni Ħin Għanijiet Riżultati mistennija għallistudenti Siegħa Il-parteċipanti Isiru familjari mal-iżvilupp jiffamiljarizzaw ruħhom tal-photobooks u l-kunċett mal-materjal tiegħu Riżorsi Photobook ktejjeb bir-ritratti Attivitajiet Introduzzjoni lill-grupp dwar il-photobook. Studju ta eżempju / kampjun ta dan il-ktejjeb. Diskussjoni dwaru. Sagħtejn Jintuża dan il-materjal filprattika Esperjenza fil-prattika u feedback fuq il-ħiliet Photobook Observation sheets Fil-gruppi ta tlieta, kull parteċipant huwa jew klijent, jew terapista jew osservatur. Kull wieħed għandu l- opportunità li jiżviluppa l-ktejjeb bir-ritratti tiegħu stess, jesploraw, jiddiskutu, u li josservaw. Siegħa Nipprattikaw il-ħiliet bilmaterjal Prattika bilmaterjal, riflessjoni fuq ilprattika tagħna stess, użu talħiliet li ġew mgħallma Handout: Kitba emozzjonali dwar ritratt: Studju ta każ fuq l-approċċ ta Photobook Gruppi jirrepetu l-eżerċizzju, bl-użu tal-ħiliet kollha mogħtija tul il-programm. 30 minuta Evalwazzjoni / reazzjonijiet / kummenti L-istudenti jingħataw lok biex jagħtu r-reazzjonijiet, opinjonijiet u kummenti tagħhom Formola ta evalwazzjoni għal din is-sessjoni Evalwazzjoni tas-sessjoni. Identifikazzjoni ta fatturi pożittivi ta din is-sessjoni, liema huma dawk li jistgħu jittejbu u suġġerimenti dwar kif jistgħu jittejbu l-istess sessjonijiet għall-futur. 31

Ez empju ta ktejjeb bir-ritratti Dan il-ktejjeb huwa dedikat lil Nicolas 1 Din l-istorja nkitbet b mod speċjali għal Nicolas minn missieru, Demario, li għażel xi ritratti għalih waqt li kien qed jaħseb fih... 2 L-ewwel parti Din hija stampa li tiġi f moħħi meta naħseb fik... Aħna, fil-passat 3 4 32

Għażilt din l-istampa għax naf kemm jogħġbuk il-karozzi. 5 6 L-isbaħ rikordju tiegħek għalija huwa... 7 8 33

Għażilt dan ir-ritratt għax ifakkarni fik meta konna noqogħdu nilgħabu l-futbol flimkien u int staqsejtni fuq it-telefon: Meta ser nerġgħu nilgħabu futbol flimkien? It-tieni parti Dwari 9 10 Nixtieq ngħidlek xi ħaġa dwari... Dan ir-ritratt ifakkarni dwar jien xi nħobb 11 12 34

Għażilt dan ir-ritratt għax jien inħobb il- Milied u għax ifakkarni fik meta qabel il- Milied kont tgħidli biex ma ninsiex inpoġġi r-rigali taħt is-siġra tal-milied biex int tkun tista tiftaħhom! 13 14 U dan ir-ritratt ifakkarni f dawk l- affarijiet li jien ma nħobbx... 15 16 35

L-alkoħol ma nħobbux għax kien hu li ġab firda bejnietna. L-alkoħol mhux tajjeb meta wieħed jixrob aktar milli suppost. It-tielet parti Dwarek 17 18 Dan ir-ritratt ifakkarni dwar jien x nixtieq li tagħmel... 19 20 36

Nixtieqek tipprattika l-isport. U dan ir-ritratt ifakkarni f dak li jien ma nixtieqx li inti tagħmel... 21 22 Irrid li int tħares sew qabel ma taqsam xi triq. 23 24 37

U dan ir-ritratt iġiegħlni naħseb fuq dak li jien irrid ngħidlek l-ewwel u qabel kollox... 25 26 Ma tantx naf ngħid dawn il-kliem imma jien veru nħobbok! Ir-raba parti Aħna fil-futur 27 28 38

U dan ir-ritratt iġiegħlni naħseb dwar x nixtieq nagħmel miegħek fil-futur... 29 30 Inti dejjem kont tistaqsi dwar il-baħar u dan ir-ritratt ifakkarni kemm nixtieq immur vaganza, nara l-baħar u ngħallmek tgħum. 31 32 39

Handout: Kitba emozzjonali dwar ritratt: studju ta każ dwar l-approċċ tal-ktejjeb bir-ritratti Ħin: Jibda minn Settembru 2013 sa Ottubru 2013. Erba laqgħat ma l-grupp. Post: Dipartiment tal-edukazzjoni, Juvenile Social Services Office, f Bolonja, Italja. Tul ta kull sessjoni: Siegħa u nofs Informazzjoni dwar il-klijent/parteċipant: Deskrizzjoni tal-klijent f termini rilevanti u utli (eż., sess, età, etniċità, informazzjoni oħra li potenzjalment tista tkun utli): età: 17-19-il sena. Sess: tliet tfajliet, ħames ġuvintur. Ċittadinanza: Taljana, Rumena, Marokkina. Deskrizzjoni dwar dan l-approċċ: Kull klijent jagħżel stampa, jiddedika din l-istampa lil xi ħadd (jew aktar individwi) u jikteb taħt kull stampa dak li din l-immaġni tfakkru fih. L-enerġija evokattiva talistampa tista tqanqal assoċjazzjonijiet, tippromwovi l- espressjoni, l-għarfien tagħhom infushom u tippermetti aktar interazzjonijiet bejn individwi differenti Dan il-metodu ġie żviluppat ma 8 parteċipanti adulti żgħażagħ u żewġ edukaturi, waqt erba laqgħat ta siegħa u nofs fil-ġimgħa. F kull laqgħa huwa propost li wieħed iwieġeb għal xi mistoqsijiet permezz ta għażla ta stampi. Permezz ta dawn it-tweġibiet tagħhom stess joħolqu, fl-aħħar tal-kors, ktejjeb li jiġi mbagħad mogħti lill-klijenti. Il-klijenti jipparteċipaw fuq bażi volontarja. Xi raġunijiet għalfejn il-klijenti ddeċidew li jieħdu sehem fil-proġett: il-possibbiltà li jagħżlu b mod volontarju jekk jipparteċipawx jew le; l-opportunità li jitkellmu dwarhom infushom mingħajr biża li xi ħadd ser jiġġudikahom; il-kurżità dwar xogħol differenti, magħmul minn ritratti. 40

Fl-aħħar tas-sessjonijiet Evalwazzjoni tal-parteċipanti / evalwazzjoni tas-sessjonijiet: kull klijent jimla l- formola tal-evalwazzjoni, sabiex janalizza dawn l-aspetti: il-parteċipazzjoni preċedenti f attivitajiet simili; id-diffikultajiet li wieħed jaħdem fi grupp; id-diffikultajiet li sabu biex jitkellmu dwar l-emozzjonijiet; l-għarfien ta bidliet speċifiċi. Evalwazzjoni tal-edukaturi/ evalwazzjoni tas-sessjonijiet: l-edukaturi wkoll jimlew l- istudju tal-każ u l-formola tal-evalwazzjoni. Dawn huma l-fatturi ewlenin li spikkaw: Bl-użu tar-ritratti bħala strument ta medjazzjoni kemm fir-relazzjoni interpersonali, u fix-xogħol meta wieħed jeżamina l-emozzjonijiet. Iċ-ċans li tneħħi l-emozzjonijiet inħass matul l-attività bir- ritratti, permezz tal-kitba u / jew tpinġija. Il-possibbiltà li tqiegħed fil-prattika ix-xogħol, il-ħsibijiet u l-emozzjonijiet, permezz talprospett tal-prodott finali (il-ktejjeb). 41

Wieħed miż-żewġ edukaturi kellu r-rwol ta osservatur; dan jippermetti xogħol aktar fluwidu u faċli, speċjalment għal sessjonijiet individwali. Rekord ta xi materjali prodott (eż. ritratti li ntużaw, il-ktejjeb tar-ritratti eċċ.) wara li ġġib kunsens li dawn jistgħu jintużaw: jinżamm rekord ta dan il-materjali kollu u jinżamm. 42

Pjan Sessjoni ta Taħrig 5: L-uz u tal-fotografija għal riabilitazzjoni u xogħol Pjan għal din is-sessjoni Ħin Għanijiet Riżultati mistennija għallistudenti 30 Il-parteċipanti Fehim bażiku minuta jiffamiljarizzaw ruħhom mal-kunċett Riżorsi Photocards Flip charts Attivitajiet Introduzzjoni bażika dwar il-kors Sagħtejn Introduzzjoni bażika dwar l- użu tal-materjal għalskopijiet ta mpjieg Introduzzjoni bażika dwar l- għanijiet tal-użu talfototerapija għall-impjieg Handout: Metodu Introduzzjoni bażika dwar l-użu tal-fototerapija għallimpjieg Siegħa Tiġi pprovduta introduzzjoni bażika biex tissaħħaħ l- analiżi tal-prattika Nlaqqgħu flimkien ilkapaċitajiet, materjal użat u l-analiżi tal-prattika Jiffaċilita l-ħiliet fl-analiżi talqasam Intejbu l-ħiliet u jużawhom għal riabilitazzjoni u xogħol Cards Observation sheets Introduzzjoni għal analiżi tal-prattika Xogħol fil-grupp bl-użu tal-materjal u l-analiżi talpattika fis-seħħ. Terapista, klijent, osservatur Siegħa 30 minuta Xogħol mill-prattika u l-użu tal-ktejjeb bir-ritratti Evalwazzjoni / reazzjonijiet / kummenti Jifhmu kif jużaw dan għal kunċett tal-impjiegi. L-istudenti jingħataw lok biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar is-sessjoni Formola ta evalwazzjoni tassessjoni Diskussjoni tal-kitba u riflessjoni preżenti fil-handout Evalwazzjoni tas-sessjoni. Identifikazzjoni ta fatturi pożittivi ta din is-sessjoni, liema huma dawk li jistgħu jittejbu u suġġerimenti dwar kif jistgħu jittejbu l-istess sessjonijiet għall-futur. 43

Riabilitazzjoni u Opportunitajiet ta mpjieg: Metodu Dan l-approċċ dwar opportunitajiet tax-xogħol isir fuq aktar minn jumejn skond din l-ordni t hawn taħt, u jista jsir fuq livell individwali jew fi grupp. L-ewwel jum: 1. Titgħallem kif tuża l-kamera tar-ritratti; 2. Ħarsa lejn ir-ritratti minn angolu kritiku; 3. Ftit ħsieb fuq fatturi esterni li jgħinu u dawk li jtellfu milli wieħed isib impjieg; 4. Oħroġ u hu ritratti ta dawn il-fatturi esterni li jgħinu / jtellfu; 5. Mur lura u kkritika r-ritratti filwaqt li tikkunsidra liema sentenzi huma addattati għal dawn l-istampi magħżula. It-tieni jum: 1. Irrepeti minn 3) sa 5) msemmija hawn fuq, imma dwar dawk il-fatturi interni aktar milli dawk esterni li jtellfu l-opportunitajiet ta mpjieg; 2. Kull parteċipant ipinġi linja dritta li tirrappreżenta it-tfittxija għall-impjieg u mbagħad ipinġi linja wieqfa fin-nofs u fuq in-naħa ta fuq ta din il-linja, jagħmel listi ta dawk ilfatturi esterni li jaħseb li huma importanti biex wieħed isib xogħol. Taħt il-linja, jikteb dawk il-fatturi kollha esterni li jtellfu; 3. L-edukatur jgħin lill-parteċipanti jpinġi linji li jippontaw l isfel għal dawk il-fatturi rilevanti kollha li jkunu qegħdin jaġixxu esternament għall-ksib ta mpjieg, it-tul ta kull linja skond il-qawwa tal-fattur; 4. Bl-istess mod, il-parteċipanti jpinġu linji għal dawk il-fatturi rilevanti kollha li jkunu qegħdin jaġixxu kontra l-opportunità għall-impjieg; 5. L-edukatur imbagħad jgħin lill-parteċipant jistabbilixxi liema fattur/fatturi jistgħu jiżdiedu u liema huma dawk li faċilment jistgħu jitnaqqsu; 6. L-edukatur jgħin lill-parteċipant biex ifasslu pjan ta azzjoni bbażata fuq l-istadju numru 6; 7. Il-proċedura numru 2-6 tiġi ripetuta, din id-darba għall-fatturi interni aktar milli esterni. Eżempju ta dan fil-paġna li jmiss. 44

Eżempju ta analiżi Fatturi esterni li jgħinu/jtellfu fit-tfittxija ta mpjieg: Edukazzjoni Xi jtellef Suq taxxogħol Kondotta Kura medika Referenzi negattivi CV Internet Kummerċ Karità Skemi u inċentivi li jgħinuk tirritorna fuq il-post taxxogħol Kuntatti Korporazzjoni għal xogħol u taħriġ X jgħin 45

Pjan Sessjoni ta Taħrig 6: Ritratt tiegħek innifsek Pjan għal din is-sessjoni Ħin Għanijiet Riżultati mistennija għallistudenti 30 Tagħlim tat-teorija Tifhem il-bażi tat-terapija minuta u lilek innifsek Siegħa Tesplora kif tħares lejk innifsek, kif tieħu ritratt tiegħek innifsek u xi rwol għadu dan fil-prattika tatterapija Sagħtejn Tuża r-ritratti tan-nies bħala għodda għal terapija Siegħa Siegħa 30 minuta Kif isir rapport/noti dwar din l-attività L-użu tar-ritratti waqt itterapija Evalwazzjoni / Reazzjonijiet / Kummenti Tuża dan il-metodu filprattika L-istudenti jitgħallmu jużaw ir-ritratti bħala għodda għal terapija L-istudent jitgħallem jikteb rapport fuq l-użu u l- benefiċċji tar-ritratti tannies fit-terapija L-istudent jitgħallem juża r-ritratti tan-nies għal skopijiet ta terapija L-istudenti jingħataw lok biex jagħtu r-reazzjonijiet, opinjonijiet u kummenti tagħhom Riżorsi Materjal għall-istudent Kameras tar-ritratti, printer u xi ħadd li jieħu r-ritratti 5 Min Portrait - Full Portrait Photography Shoot https://www.youtube.com/watch?v=v51l GZfro-k Portrait Photography http://photo.net/learn/portraits/intro Ritratti Handout: Domandi dwar l-istudju tarritratti Handout: Eżempju ta rapport ta attività li tinvolvi li tieħu ritratt tiegħek innifsek Handout: Eżempju ta kif evolva l-użu tal-istampi b sentenzi dwar Nippreparaw għall-ħelsien mill-ħabs kif ukoll Portraiture. Handout: Ritratti Formola ta evalwazzjoni għal din issessjoni Attivitajiet Introduzzjoni dwar it-terapija u kif tieħu ritratti tan-nies Attività fi grupp / il-grupp jieħu ritratti / kull parteċipanti jieħdu ritratt tiegħu innifsu. Esplorazzjoni tal-użu tal-kameras / tekniki ta kif tieħu ritratti tan-nies Grupp maqsum fi tlieta: terapista, klijent u osservatur. Il-proċess fil-pjanijiet tallezzjonijiet oħra jiġi ripetut hawnhekk. Kitba ta rapport fuq dak msemmi hawn fuq. Diskussjoni dwar studju ta każ Evalwazzjoni tas-sessjoni. Identifikazzjoni ta fatturi pożittivi ta din is-sessjoni, liema huma dawk li jistgħu jittejbu u suġġerimenti dwar kif jistgħu jittejbu l- istess sessjonijiet għall-futur. 46

Handout: Eżempju ta rapport dwar attività li tinvolvi li tieħu ritratti tiegħek innifsek Numru ta benefiċjarji: 2 ħabsin Numru ta sessjonijiet: 2 Tip ta sessjoni: individwali Tul tas-sessjoni: 50 minuta Materjal użat: Ritratti li jieħu kull ħabsi Deskrizzjoni: Sessjoni 1 Din is-sessjoni kienet iddedikata biex jiġu nfurmati l-benefiċjarji dwar id-dettalji ta din itteknika u kien ukoll sessjoni biex fiha jittieħdu r-ritratti. Il-ħabsin kienu mħarrġa dwar kif jużaw il-kameras u mbagħad aħna użajna logħob ta rwoli rwol, billi staqsejna lill-wieħed ħabsi biex ikun il-fotografu u l-ieħor dak il-mudell li jippoża għar-ritratt. Wara r-rwoli jinbidlu. Il-mudell seta jagħżel il-post fejn huwa ried li jkun fotografat. Dan kollu sar ġewwa l-klabb tal-ħabsin. Kull ħabsi seta jkollu 5 ritratti meħuda lilu. Sessjoni 2 Kull individwu kellu jagħżel stampa waħda li l-aktar togħġbu mill-ħames ritratti li ħadulu. Hu kien mitlub jagħti titolu lil dan ir-ritratt, jenfasizza l-messaġġ li jixtieq jibgħat b dan ir-ritratt, kif jiddeskrivi lilu nnifsu fl-istampa, dak li jidhirlu huwa nieqsa minn dan ir-ritratt, lil min hu jixtieq jagħti din l-istampa, u x jaħsbu l-membri tal-familja tiegħu jekk huma jarawha. Fl-aħħar tas-sessjoni kull ħabsi kien mistoqsi biex jagħti l-kummenti u r-reazzjoni tiegħu dwar l- utilità tat-teknika. Evalwazzjoni: Huma għoġbithom l-idea li ngħataw l-opportunità biex jilgħabu rwol ta fotografu u mudell Huma apprezzaw il-fatt li setgħu jagħżlu l-isfond/post biex jieħdu r-ritratt tagħhom u li setgħu xi ftit ibiddlu u jaddattaw dan il-post biex jieħdu r-ritratti Huma sabu sorprendenti l-fatt li ritratt jista jgħid ħafna affarijiet dwarhom infushom Għalkemm huma ngħataw l-opportunità li joħolqu l-isfond għar-ritratt tagħhom stess, huma qiesu dan bħala impersonali, għax ifakkarhom fl-istatus attwali tagħhom ta ħabsin. 47

48

L-imsieħba fil-proġett 49

L-imsieħba fil-prog ett Università ta Roehampton Il-koordinatur tal-proġett hija l-università ta Roehampton, f Londra, li tinvolvi ċ-ċentru ta Riċerka għall-edukazzjoni Terapewtika (RCTE) u tinkludi fiha wieħed mill-akbar gruppi ta terapiji psikoloġiċi fir-renju Unit, taħriġ assoċjat ma councelling, psikoterapija, terapija li tinvolvi arti u drama. Kiipula Universita Cattolica It-tieni msieħeb fil-proġett huwa c-ċentru tal-edukazzjoni u Riabilitazzjoni f Kiipula (KVC), ġol-finlandja, li jipprovdi servizzi fuq l-edukazzjoni vokazzjonali speċjali, edukazzjoni għall-adulti, irriabilitazzjoni u l-iżvilupp fil-ħajja tax-xogħol. KVC hija speċjalizzata fl-edukazzjoni ta nies żvantaġġati fuq il-post taxxogħol jew li jistgħu isibu diffikultà biex isibu mpjieg. Hija għandha ħafna esperjenza ta xogħol kemm ma ħabsin kif ukoll ma persunal fil-ħabsijiet. It-tielet msieħeb f dan il-proġett huwa l-università Cattolica del Sacro Cuore, fl-italja, li hija l-akbar Università privata fl-ewropa u b ħames campuses hija wkoll l-unika Università fl-italja li topera fuq skala nazzjonali. Attività ta riċerka fl-ucsc tibbenefika minn 54 istitut u hija mmirata lejn l-istudju u l-fehim ta kwistjonijiet kruċjali għall-ħajja u tas-soċjetà. Id-Dipartiment tal-psikoloġija Klinika jaħdem fuq aspetti varji tal-psikoloġija u Psikoterapija. Il-laboratorju tal-psikoloġija Klinika tal-ucsc huwa partikularment involut fl-użu tal-fotografija fil-qasam psikoterapewtiku u jirriċerka wkoll dan ilqasam. Assoċjazzjoni Ewropea tal-edukazzjoni fil-ħabs (EPEA) fergħa ta Malta Msieħeb ieħor fil-proġett kienet l-assoċjazzjoni Ewropea tal- Edukazzjoni fil-ħabs, ta Malta, li hija organizzazzjoni magħmula minn edukaturi fil-ħabs, amministraturi, riċerkaturi u professjonisti oħra nteressati fl-iżvilupp tal-edukazzjoni u attivitajiet relatati filħabsijiet fl-ewropa skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-kunsill tal- Ewropa. Hija wkoll impenjata taħdem ma l-amministrazzjonijiet ta ħabsijiet fl-ewropa biex tkompli l-għanijiet tagħha, imma hija totalment indipendenti. 50

Amitiée Imsieħeb numru ħamsa huwa Amitié srl, Italja, ċentru ta riċerka Taljan, li jiffoka fuq l-edukazzjoni u taħriġ, b esperjenza kbira filprovvediment ta appoġġ u ġestjoni tas-servizzi. Għandu rekord twil u pożittiv ta ħidma mal-gvern Taljan, inklużi l-ministeru tal- Università u Riċerka u l-ministeru tal-wirt u Attivitajiet Kulturali. Gradeco Is-sitt imsieħeb fil-proġett huwa GRADECO (Il-grupp għall-azzjoni soċjali u djalogi ekonomiċi) f Iasi, ir-rumanija, li kien stabbilit fil-15 ta April 2011 fuq l-inizjattiva ta ħaddiema li, mill-2007 żviluppaw programmi, proġetti u kampanji soċjali indirizzati lill-ċerti kategoriji ta persuni vulnerabbli u f riskju ta esklużjoni soċjali. GRADECO twieldet minn xewqa li titkompla l-attività tal-ta dan il-grupp fi struttura organizzata, kapaċi li tiżgura approċċ ta kwalità bl-għan li jkunu disponibbli servizzi soċjali fuq standards Ewropej, għat-titjib tal-ħajja ta dawn in-nies. Università ta Thessaloniki Msieħeb ieħor huwa l-università ta Aristotle f Thessaloniki, fil- Greċja, li hija l-akbar Università fil-greċja, bi skola kbira tal- Psikoloġija li għandha esperjenza estensiva fil-taħriġ tal-psikologi, inkluż psikologi kliniċi (f sitwazzjonijiet kemm kliniċi u oħra tal- Komunità) u psikologi li jaħdmu fil-qasam tal-edukazzjoni. Filkuntest ta aktar studji fuq livell ogħla, din tipprovdi taħriġ u superviżjoni fil-counselling u psikoterapija u ħiliet xogħol individwali u fi grupp - kif ukoll fit-tagħlim u superviżjoni fit-twettiq tar-riċerka. 51