ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà

Similar documents
ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

Gwida dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u l-valutazzjoni dwar is-sigurtà

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

Linji Gwida dwar il-kummerċ mal-unjoni Ewropea (UE) Settembru 2015

Kumitat għall-affarijiet Legali. għall-kumitat għall-ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sikurezza tal-ikel

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

IL-KUMMISSJONI EWROPEA DIRETTORAT ĠENERALI GĦAS-SAĦĦA U L-KONSUMATURI

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

IL-GWIDA TIEGĦEK GĦAL BIDU ĠDID L-IRLANDA TAGĦTI ĦARSA LEJN IL-FUTUR TIEGĦEK

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

Gwida għall-anness V Eżenzjonijiet mill-obbligu ta reġistrazzjoni

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

Passaport Ewropew għaċ-ċittadinanza Attiva

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja.

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

B 2015 Suppliment tal-gazzetta tal-gvern ta Malta, Nru. 17,564, 6 ta April, 2004 Taqsima B

Different types of fishing vessels

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

Settembru 2011 Numru 82

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

***I POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

Każin tal-banda San Lawrenz

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

RESULTS AND SCORERS Information compiled by Saviour Vella

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

Awwissu 2011 Numru 81

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

ORESTE CALLEJA U l-anġlu Ħabbar...

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

Fava Woodworks Co. Ltd.

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

-uniformi, -żiemel, -xitwa, -nemus, -sena, -storja, - nanna, - frott, - spiżjar, -għalliema

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

Każin tal-banda San Lawrenz

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

L-Avveniment taż-żgħażagħ. Ewropew. Rapport EYE2018. L-Ewropa ssemma' leħinha! 100 idea għal futur aħjar

Fava Woodworks Co. Ltd.

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

Każin tal-banda San Lawrenz

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

CORRIGENDUM Annule et remplace le document COM(2013) 158 final du Concerne la version MT (seulement le titre sur la page de couverture)

Protest Gudizzjarju ta Liam Debono detentur ta karta tal-identita numru L;

BIEDJA U ŻVILUPP RURALI

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

werrej Sehem akbar għaż-żgħażagħ fil-ħajja pubblika... 4 L-ilsien Malti, ilsien żagħżugħ...11

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

POLITIKA GĦAL TAL-ĦWIENET 51 PROPOSTA GĦAL KUMMERĊJANTI ŻGĦAR

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

WERREJ 01. EKONOMIJA XOGĦOL INFRASTRUTTURA TRASPORT ENERĠIJA GĦAWDEX SOĊJETÀ LI TAĦSEB F'KULĦADD 76

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

Sant Agata Patruna ta Malta

Transcription:

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà Uża l-linji gwida tas-sigurtà li ġejjin biex tgħin ħalli tiżgura s-sigurtà personali tiegħek stess u biex tgħin ħalli tipproteġi s-sistema tiegħek u l-ambjent fejn taħdem minn ħsara potenzjali. NOTA: Informazzjoni regulatorja addizzjonali għat-tagħmir indirizzata minn dan iddokument tinsab fuq is-sit ta l-internet dwar il-konformità Regulatorja fuq dell.com/regulatory_compliance. NOTA: Informazzjoni addizzjonali ta l-utent għat-tagħmir tiegħek (bħal storage drives, PC cards u tagħmir periferali ieħor) jistgħu jkunu disponibbli fis-sezzjoni Manwali fuq support.dell.com. SIGURTÀ: Sigurtà Ġenerali TWISSIJA: Il-provvisti tad-dawl fis-sistema tiegħek jistgħu jipproduċu vultaġġi għoljin u perikli kkaġunati mill-kurrent elettriku, li jistgħu jikkawżaw korriment. Ħlief jekk inti espressament tingħata indikazzjonijiet mod ieħor minn Dell, ittekniċi tal-manutenzjoni li jkunu mħarrġa biss huma awtorizzati li jneħħu l- għatjien u jkollhom aċċess għal kwalunkwe mill-komponenti li hemm ġos-sistema. Din it-twissija tapplika għas-servers Dell PowerEdge u għas-sistemi tal-ħżin Dell PowerVault. TWISSIJA: Din is-sistema jista jkollha aktar minn kejbil wieħed tad-dawl. Biex tnaqqas ir-riskju ta xokk elettriku, tekniku tal-manutenzjoni li jkun imħarreġ jista jkollu bżonn li jiskonnettja l-kejbils kollha tad-dawl qabel ma jagħmel manutenzjoni fuq is-sistema. AVVIŻ IMPORTANTI GĦALL-UŻU F AMBJENTI FIL-QASAM TAS-SAĦĦA: Ilprodotti Dell mhumiex tagħmir mediku u mhumiex elenkati taħt UL jew IEC 60601 (jew ekwivalenti). Bħala riżultat, m għandhomx jintużaw sa 6 piedi minn pazjent jew b tali mod li jkollhom kuntatt dirett jew indirett mal-pazjent. NOTA: Xi tagħmir jista jintuża bħala tagħmir waħdu jew bħala komponent tas-sistema mmuntat fuq rack. Ikkonferma fid-dokumentazzjoni tal-prodott tiegħek dwar jekk ittagħmir tiegħek hux intenzjonat biex ikun immuntat fuq ir-rack biss. Irreferi għal struzzjonijiet addizzjonali u informazzjoni dwar is-sigurtà f dan id-dokument għallimmuntar fuq rack.

Meta tissettja t-tagħmir tiegħek għall-użu: Poġġi t-tagħmir fuq wiċċ iebes u lixx. Tpoġġix it-tagħmir tiegħek f wall unit magħluq, jew fuq wiċċ artab jew tad-drapp, bħal sodda, sufan, tapit jew kutra. Ħalli spazju minimu ta 10.2 ċm (4 pulzieri) madwar in-naħiet kollha tat-tagħmir li jkun fihom il-ventilazzjoni, biex tħalli l-fluss ta l-arja meħtieġ għal ventilazzjoni kif suppost. Li tirrestrinġi l-fluss ta l-arja jista jagħmel ħsara lit-tagħmir jew jikkawża nar. Aċċerta ruħek li ma jkun hemm xejn iserraħ fuq il-kejbils tat-tagħmir tiegħek, u li l- kejbils ma jkunux qegħdin fejn wieħed jista jirfishom jew jitfixkel fihom. Żomm it-tagħmir tiegħek il bogħod minn radjaturi u sorsi ta sħana. Żomm it-tagħmir tiegħek il bogħod minn temperaturi estremament sħan jew kesħin biex tiżgura li jintuża fil-medda ta l-operat speċifikata. Tpoġġix it-tagħmir fuq xulxin u tpoġġix it-tagħmir qrib ħafna ma xulxin b tali mod li jkun suġġett għal arja ċċirkolata mill-ġdid jew arja msaħħna minn qabel. Ċaqlaq it-tagħmir bl-attenzjoni; aċċerta ruħek li l-casters u/jew l-istabbilizzaturi kollha jkunu kkonnettjati b mod sod mas-sistema. Evita waqfien għal għarrieda u wċuħ mhux lixxi. Din id-dikjarazzjoni li ġejja tapplika biss għal prodotti PowerEdge u PowerVault li jkunu installati fuq rack u li jkunu mmarkati b GS: Dan it-tagħmir mhuwiex intenzjonat għall-użu f postijiet tax-xogħol li għandhom unitajiet tad-displey viżwali, b konformità ma 2 ta l-ordinanza Ġermaniża għal postijiet tax-xogħol b unitajiet tad-displey viżwali. NOTA: Eżamina l-limiti tal-piż li hemm referenza għalihom fid-dokumentazzjoni tattagħmir tiegħek, qabel ma tpoġġi monitor jew tagħmir ieħor fuq il-kompjuter tiegħek. AVVIŻ: Biex tgħin ħalli tevita ħsara lit-tagħmir tiegħek, kun żgur/a li s-swiċċ li jagħżel il-vultaġġ (jekk ikun ipprovdut) fuq il-power supply ikun issettjat għall-vultaġġ li l-aktar li jaqbel il-provvista tad-dawl AC fiż-żona tiegħek. Dejjem aċċerta ruħek li l-monitor u t-tagħmir li jkun imqabbad miegħu jkollhom rata elettrika tali li jkunu jistgħu joperaw bl-enerġija AC disponibbli fiż-żona tiegħek. TWISSIJA: Biex tevita li jinfirex in-nar, żomm ix-xema jew sorsi oħrajn ta nar mikxuf il bogħod minn dan il-prodott il-ħin kollu.

Meta tħaddem it-tagħmir tiegħek: TWISSIJA: Tħaddimx it-tagħmir tiegħek bi kwalunkwe għatu/għatjien (li jinkludu għatjien tal-kompjuter, bezels, filler brackets, front-panel inserts, eċċ.) imneħħija. Uża l-prodott biss mat-tagħmir approvat. Ħaddem it-tagħmir biss mit-tip ta sors ta provvista esterna tad-dawl li hemm indikata fuq it-tikketta tar-rati ta l-elettriku. Jekk ma tkunx żgur/a dwar it-tip ta sors talprovvista tad-dawl meħtieġ, kellem lill-fornitur tiegħek tal-manutenzjoni jew lillkumpanija lokali li tipprovdi d-dawl eletttiku. Tħaddimx it-tagħmir f għeluq separat, ħlief jekk intake u ventilazzjoni adegwati jkunu pprovduti fuq l-għeluq, li jkunu konformi mal-linji gwida elenkati hawn fuq. Tirrestrinġix il-fluss ta l-arja ġot-tagħmir billi timblokka xi vents jew intakes ta l-arja. Tpoġġix karti taħt it-tagħmir tiegħek. Timbuttax oġġetti ġol-vents ta l-arja jew ġo ftuħ ieħor tat-tagħmir. Jekk tagħmel hekk, dan jista jikkawża nar jew xokk elettriku billi jixxortja l-komponenti interni. Tużax it-tagħmir f ambjent umdu; pereżempju, qrib banju, sink, jew pixxina jew kantina umda. Uża biss kejbil(s) tad-dawl approvati. Jekk ma tkunx ingħatajt kejbil tad-dawl għattagħmir jew għal kwalunkwe AC-powered option intenzjonata għat-tagħmir, ixtri kejbil tad-dawl li jkun approvat għall-użu f pajjiżek. Il-kejbil tad-dawl irid ikollu rata għat-tagħmir u għall-vultaġġ u l-kurrent immarkati fuq it-tikketta tar-rati ta l-elettriku tat-tagħmir. Ir-rata tal-vultaġġ u tal-kurrent tal-kejbil għandha tkun akbar mir-rati mmarkati fuq it-tagħmir. Biex tevita xokk elettriku, ipplaggja t-tagħmir u l-kejbils tad-dawl tat-tagħmir periferali fi plaggs tad-dawl li jkunu ertjati kif suppost. Dawn il-kejbils huma mgħammra bi plaggs bi tliet ponot biex jgħinu ħalli jiżguraw ert kif suppost. Tużax adapter plaggs, u tneħħix il-ponta ta l-ert mill-kejbil. Jekk ikollok tuża extension kejbil, uża kejbil bi plaggs tad-dawl li jkunu ertjati kif suppost. Osserva r-rati ta l-extension kejbil tal-power strip. Aċċerta ruħek li r-rata ta l-ampere tat-tagħmir kollu li jkun ipplaggjat ġol-extension kejbil jew ġol-power strip ma taqbiżx it-80 fil-mija tal-limitu tar-rata ta l-ampere għall-extension kejbil jew power strip.

Biex tgħin ħalli tipproteġi lit-tagħmir minn żidiet u tnaqqis għal għarrieda u temporanji fil-provvista tad-dawl, uża surge suppressor, line conditioner, jew uninterruptible power supply (UPS). Qiegħed f posthom il-kejbils tat-tagħmir u l-kejbils tad-dawl bl-attenzjoni; għaddi l- kejbils b tali mod li ma jkunux jistgħu jintrifsu jew li xi ħadd ikun jista jitfixkel fihom. Aċċerta ruħek li ma jkun hemm xejn li jkun qed iserraħ fuq il-kejbils. Tagħmilx tibdil fuq il-kejbils tad-dawl jew fuq il-plaggs. Kellem lil electrician liċenzjat jew lill-kumpanija li tipprovdilek id-dawl elettriku biex tibdel it-tip ta provvista taddawl jew is-sit tat-tagħmir. Dejjem segwi r-regoli lokali/nazzjonali dwar kif tgħaddi l-wajers. Meta tikkonnettja jew tiskonnettja d-dawl lil power supplies li jistgħu jkunu pplaggjati jew skonnettjati meta t-tagħmir ikun imqabbad, osserva l-linji gwida li ġejjin: Installa l-power supply qabel ma tikkonnettja l-kejbil tad-dawl mal-power supply. Aqla l-kejbil tad-dawl qabel ma tneħħi l-power supply. Jekk it-tagħmir ikollu sorsi multipli ta dawl, skonnettja l-provvista tad-dawl minn massistema billi taqla l-kejbils tad-dawl kollha minn mal-power supplies. Tużax tagħmir li jaħdem bl-enerġija AC waqt maltempata bir-ragħad. Tagħmir li jaħdem bil-batterija jista jintuża jekk il-kejbils kollha jkunu skonnettjati. Qabel ma tnaddaf it-tagħmir, skonnettjah minn mal-plagg ta l-elettriku. Naddaf ittagħmir b biċċa drapp ratba mxarrba ftit bl-ilma. Tużax likwidi jew sustanzi aerosol li jnaddfu, li jista jkun fihom sustanzi li jieħdu n-nar. Naddaf il-vents ta l-arja fuq quddiem, fuq wara u fuq il-ġenb tas-sistema, b biċċa drapp nadifa u mxarrba. It-tentux, trab u materjali oħrajn jistgħu jimblukkaw il-vents u jnaqqsu l-fluss ta l-arja. Twaqqax ikel jew likwidi fuq il-komponenti tat-tagħmir u qatt tħaddem it-tagħmir f ambjent imxarrab. Jekk is-sistema tixxarrab, ara SIGURTÀ: Jekk is-sistema Tiegħek Tixxarrab. Jekk xi waħda minn il-kundizzjonijiet li ġejjin isseħħ, aqla t-tagħmir minn mal-plagg ta l-elettriku, ibdel il-parti, jew ikkuntattja lill-fornitur tal-manutenzjoni mħarreġ tiegħek: Il-kejbil tad-dawl, extension kejbil, jew plagg għandhom il-ħsara. Ikun waqa xi oġġett ġot-tagħmir.

It-tagħmir kien espost għall-ilma. It-tagħmir twaqqa jew ġratlu l-ħsara. It-tagħmir ma joperax kif suppost meta ssegwi l-istruzzjonijiet ta l-operat. TWISSIJA: Jekk tinstalla batterija b mod inkorrett jew tuża batterija li mhix kompatibbli, dan jista jżid ir-riskju ta nar jew ta splużjoni. Ibdel il-batterija blistess tip jew b tip ekwivalenti biss, li jkun irrakkomandat mill-manifattur, u segwi l-istruzzjonijiet ta l-installazzjoni li ġejjin bl-attenzjoni. Armi l-batteriji użati kif suppost (ara SIGURTÀ: Kif Tarmi l-batteriji ). Immaniġġja l-batteriji bl-attenzjoni. M għandekx iżżarma, tgħaffeġ, jew ittaqqab ilbatteriji. Tixxortjax kuntatti esterni, jew tarmi l-batteriji fin-nar jew fl-ilma, jew tesponi l-batteriji għal temperaturi ogħla minn 60 grad Celsius (140 grad Fahrenheit). Tippruvax tiftaħ il-batteriji jew tagħmel manutenzjoni fuqhom. Ibdel il-batteriji biss b batteriji maħsuba għat-tagħmir li jkollok. SIGURTÀ: Modems, Telekomunikazzjonijiet, jew Local Area Network Options Jekk is-sistema tiegħek tinkludi modem, il-kejbil li jintuża mal-modem għandu jkun immanifatturat b daqs minimu tal-wajer ta 26 American wire gauge (AWG) u plagg modulari RJ-11 li tkun konformi ma l-fcc. Tikkonnettjax jew tuża modem waqt maltempata bir-ragħad. Jista jkun hemm riskju ta xokk elettriku mis-sajjetti. Qatt tikkonnettja jew tuża modem f ambjent imxarrab. Tipplaggjax modem jew kejbil tat-telefon ġo reċipjent network interface controller (NIC). Skonnettja l-kejbil tal-modem qabel ma tiftaħ għeluq tat-tagħmir, qabel ma tmiss jew tinstalla komponenti interni, jew qabel ma tmiss kejbil tal-modem jew jack li ma jkunux insulati.

SIGURTÀ: Tagħmir bi Strumenti tal-laser TWISSIJA: Ħlief kif espressament indikat mod ieħor fid-dokumentazzjoni ta Dell, it-tekniċi tal-manutenzjoni li jkunu mħarrġa biss huma awtorizzati li jneħħu l- għatu tas-sistema u li jkollhom aċċess għal kwalunkwe mill-komponenti li hemm ġos-sistema. Dan it-tagħmir jista jkun fih Optical Disk Drives (ODD), bħal CD-ROM, CDR/W, jew DVD drive, eċċ. li għandhom tagħmir tal-laser mibni ġo fihom. Biex tevita kwalunkwe riskju ta espożizzjoni għar-radjazzjoni tal-laser, tiddiżattivax u tiftaħx kwalunkwe muntaġġ ODD għall-ebda raġuni. Dan it-tagħmir jista jkun fih Host Bus Adapter (HBA), li jista jkollu tagħmir tal-laser mibni ġo fih. Dawn l-odds u l-hbas huma konformi mal-ħtiġijiet tas-sigurtà u huma kklassifikati bħala Prodotti tal-laser ta Klassi 1, taħt il-us DHHS Standard u IEC/EN60825-1 Laser Safety Standard. Dan it-tagħmir ODD ma fih l-ebda aġġustamenti li jistgħu jsiru millutent, jew partijiet li jistgħu jingħataw il-manutenzjoni jew li jistgħu jinbidlu mill-utent. SIGURTÀ: Meta Tkun Taħdem fit-tagħmir Tiegħek Tippruvax twettaq manutenzjoni fuq it-tagħmir inti stess, ħlief kif spjegat fiddokumentazzjoni ta Dell jew fl-istruzzjonijiet li jista jkun li kienu pprovduti lilek minn Dell. Dejjem segwi l-istruzzjonijiet ta l-installazzjoni u tal-manutenzjoni bl-attenzjoni. TWISSIJA: Li tiftaħ jew tneħħi għatjien li jkunu mmarkati bis-simbolu tattrijangolu b sajjetta ġo fih, jista jesponik għal riskju ta xokk elettriku. Ilmanutenzjoni tal-komponenti ġo dawn il-kompartimenti għandha ssir biss minn tekniku tal-manutenzjoni li jkun imħarreġ. Ħalli t-tagħmir jiksaħ qabel ma tneħħi xi għatjien jew tmiss xi komponenti interni. Il-PC Cards jistgħu jsiru sħan ħafna matul l-operat normali. Oqgħod attent/a meta tneħħi l-pc Cards wara operat kontinwu. TWISSIJA: Il-moduli tal-memorja jistgħu jsiru jaħarqu ħafna waqt l-operat. Agħti lil moduli ħin biżżejjed biex jiksħu qabel ma tmisshom. Biex tgħin ħalli tevita l-possibbiltà ta ħsara lil board tas-sistema, stenna 5 sekondi wara li titfi t-tagħmir, qabel ma tneħħi komponent minn fuq il-board tas-sistema jew qabel ma tiskonnettja tagħmir periferali minn mat-tagħmir.

Biex tgħin ħalli tevita l-periklu potenzjali ta xokk elettriku, m għandekx tikkonnettja jew tiskonnettja kwalunkwe kejbils jew twettaq manutenzjoni jew tikkonfigura mill-ġdid it-tagħmir tiegħek waqt maltempata bir-ragħad. SIGURTÀ: Jekk it-tagħmir Tiegħek Jixxarrab TWISSIJA: Qabel ma tibda kwalunkwe mill-proċeduri f din is-sezzjoni, ara SIGURTÀ: Sigurtà Ġenerali. TWISSIJA: Wettaq din il-proċedura biss wara li tkun ċert/a li ma jkunx hemm periklu jekk tagħmel hekk. Jekk il-kompjuter ikun ikkonnettjat ma plagg ta l- elettriku, itfi l-enerġija AC fis-circuit breaker (jekk ikun possibbli) qabel ma tipprova tneħħi l-kejbils tad-dawl minn mal-plagg ta l-elettriku. Uża attenzjoni kbira meta tneħħi kejbils imxarrbin minn ma sors ta l-enerġija li jkun imqabbad. 1 Skonnettja l-monitor, il-kompjuter jew l-ac adapter minn mal-plagg ta l-elettriku. Jekk ikun fih AC adapter, skonnettja l-ac adapter minn mat-tagħmir. 2 Itfi kwalunkwe tagħmir estern li jkun imqabbad, skonnettjah minn mas-sors ta l-enerġija tiegħu, u mbagħad neħħih minn mat-tagħmir. 3 Ikkuntattja lid-dipartiment tas-sapport ta Dell (ara d-dokumentazzjoni ta l-utent talprodott għal informazzjoni dwar lil min għandek tikkuntattja). NOTA: Ara l- Garanziji Limitati u l-politika tar-ritorn jew id-dokument separat talgaranzija li kien inkluż mal-monitor jew mal-kompjuter tiegħek, għal informazzjoni dwar il-kopertura tal-garanzija tiegħek. SIGURTÀ: L-Immuntar fuq ir-rack ta Komponenti tas-sistema Osserva l-prekawzjonijiet li ġejjin għall-istabbiltà u s-sigurtà tar-rack. Irreferi wkoll għaddokumentazzjoni ta l-installazzjoni tar-rack li tiġi mat-tagħmir u mar-rack għal dikjarazzjonijiet u proċeduri speċifiċi ta twissija. AVVIŻ: It-tagħmir tiegħek hu ċċertifikat għas-sigurtà bħala unità free-standing jew bħala komponent li jkun immuntat fuq rack għall-użu f rack cabinet ta Dell billi jintuża l-kitt tar-rack tal-klijent. Is-sistemi huma kkunsidrati li huma komponenti f rack; għalhekk, komponent jirreferi għal kwalunkwe sistema kif ukoll għal tagħmir periferali varju jew supporting ħardwer. L-installazzjoni tat-tagħmir tiegħek u l-kitt tar-rack fi kwalunkwe rack cabinet ieħor, ma kinux approvati mill-ebda aġenzija tas-sigurtà. Hi responsabbiltà tiegħek li taċċerta

ruħek li l-kumbinazzjoni finali tat-tagħmir u tar-rack tkun konformi ma l-istandards kollha applikabbli tas-sigurtà u l-kodiċi lokali ta l-elettriku. Dell tiċħad irresponsabbiltà u l-garanziji kollha marbuta ma kumbinazzjonijiet bħal dawn. Il-kitts tar-rack tas-sistema huma intenzjonati biex ikunu installati fir-rack minn tekniċi tal-manutenzjoni li jkunu mħarrġa. Kif Tinstalla l-komponenti tas-sistema fuq ir-rack Tiegħek TWISSIJA: Qabel ma tinstalla s-sistemi fuq rack, installa l-istabbilizzaturi ta quddiem u tal-ġenb fuq stand-alone racks jew l-istabbilizzatur ta quddiem fuq racks li jkunu magħqudin ma racks oħrajn. Jekk tonqos li tinstalla l- istabbilizzaturi qabel ma tinstalla s-sistemi f rack, dan jista jikkawża li r-rack tinqaleb, u dan potenzjalment jista jirriżulta f korriment f ċerti ċirkustanzi. Għalhekk, dejjem installa l-istabbilizzatur(i) qabel ma tinstalla l-komponenti firrack. Dejjem għabbi r-rack minn isfel għal fuq, u għabbi l-itqal oġġett l-ewwel fuq ir-rack. Aċċerta ruħek li r-rack tkun fuq wiċċ lixx u stabbli qabel ma testendi komponent minn fuq ir-rack. Oqgħod attent/a meta tagħfas ir-rail release latches tal-komponent u tisslajdja l- komponent ġor-rack jew toħorġu minnha. Is-slide rails jistgħu joqorsulek subgħajk. Wara li komponent ikun iddaħħal ġor-rack, estendi r-rail bl-attenzjoni fil-pożizzjoni locking, u mbagħad isslajdja l-komponent ġor-rack. Tgħabbix iżżejjed liċ-ċirkuwitu ta l-ac supply branch li jipprovi l-provvista tad-dawl lir-rack. It-tagħbija totali tar-rack m għandhiex taqbeż it-80 fil-mija tar-rata taċċirkuwitu tal-branch. Aċċerta ruħek li fluss ta arja kif suppost ikun ipprovdut lill-komponenti fir-rack. Tirfisx fuq, u toqgħodx fuq l-ebda komponent meta tkun qed tagħmel il-manutenzjoni lill-komponenti oħrajn f rack.

Kif Taħdem fuq ir-rack Tiegħek jew fuq il-komponenti Tiegħek li jkunu Immuntati fuq ir-rack TWISSIJA: Tneħħix ir-racks waħdek. Minħabba l-għoli u l-piż tar-rack, għandu jkun hemm mill-inqas żewġ persuni biex iwettqu din il-biċċa xogħol. Qabel ma taħdem fuq ir-rack, aċċerta ruħek li l-istabbilizzaturi jkunu mwaħħlin b mod sod mar-rack, u li jkunu jilħqu sa l-art, u li l-piż kollu tar-rack ikun qed iserraħ ma l-art. Installa l-istabbilizzaturi ta quddiem u tal-ġenb fuq rack waħda jew fuq l-istabbilizzaturi ta quddiem f każ ta racks multipli li jkunu magħqudin ma xulxin, qabel ma taħdem fuq ir-rack. Wara li tinstalla t-tagħmir/komponenti fuq rack, m għandek qatt tiġbed aktar minn komponent wieħed il barra mir-rack fuq l-immuntar tas-slajd tagħha fl-istess ħin. Il-piż ta aktar minn komponent estiż wieħed jista jikkawża li r-rack li tinqaleb u jista jirriżulta f korriment serju. SIGURTÀ: Tagħmir li Juża Provvisti tad-dawl -48V DC Sistemi li jużaw -48V DC Power Supplies huma intenzjonati għal postijiet b aċċess ristrett (kmamar dedikati għat-tagħmir, armarji tat-tagħmir, eċċ.) b konformità ma Artikoli 110-5, 110-6, 110-11, 110-14, u 110-17 tan- National Electrical Code, American National Standards Institute (ANSI)/National Fire Protection Association (NFPA) 70. Ikkonnettja t-tagħmir ma sors ta provvista tad-dawl ta 48-V direct current (DC) li jkun elettrikament iżolat mis-sors ta provvista tad-dawl AC. Is-sors 48VDC irid ikun konness b mod affiddabbli ma l-ert. TWISSIJA: Electrician ikkwalifikat għandu jwettaq il-konnessjonijiet kollha għallprovvista tad-dawl AC u għall-erts. Il-wiring elettriku kollu jrid ikun konformi mal-kodiċi u mal-prattiċi applikabbli lokali jew nazzjonali. TWISSIJA: Qabel ma tikkonnettja l-ert tas-sigurtà jew il-kejbils tad-dawl malkonnettur, aċċerta ruħek li l-provvista tad-dawl titneħħa miċ-ċirkuwitu DC. Biex tiżgura li l-provvista tad-dawl tkun mitfija, sib is-circuit breaker fuq id-dc source circuit (ġeneralment fil-power distribution tad-distribution fuse bay tal-batterija). Poġġi s-circuit breaker fuq il-pożizzjoni off u, jekk disponibbli, installa locking device approvata tas-sigurtà fuq is-circuit breaker jew swiċċ.

TWISSIJA: Filwaqt li t-tekniċi ta l-ert jistgħu jvarjaw, konnessjoni pożittiva għall-ert hi meħtieġa. TWISSIJA: Meta tinstalla l-unità, il-konnessjoni ta l-ert trid issir dejjem l-ewwel, u tkun skonnettjata l-aħħar, biex ikun evitat il-periklu ta xi xokk elettriku. TWISSIJA: Qatt m għandek tegħleb l-iskop li għalih qiegħed hemm il-konduttur ta l-ert, jew tħaddem it-tagħmir fl-assenza ta konduttur ta l-ert li jkun installat kif suppost. Ikkuntattja lill-awtorità xierqa ta l-ispezzjoni elettrika jew lil electrician jekk ma tkunx ċert/a jekk ert adattat hux disponibbli. TWISSIJA: Ix-chassis tas-sistema jrid ikun ertjat b mod sigur ma frejm tar-rack cabinet. Tippruvax tikkonnettja l-provvista tad-dawl mas-sistema sakemm ilkejbils ta l-ert ikunu konnessi. Il-wiring tal-provvista tad-dawl u ta l-ert li jkun tlesta, għandu jkun eżaminat minn spettur ikkwalifikat fil-provvista tad-dawl elettriku. Ser ikun hemm periklu mill-elettriku jekk il-kejbil ta l-ert ma jsirx jew ikun skonnettjat. Għaddi wajer lill-unità billi tuża wajer tar-ram biss, u, ħlief jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, uża wajer 14 American wire gauge (AWG), u ipproteġiha b tagħmir protettiv ta 7.2-ampere (A) minimu sa 20-A massimu (jew tagħmir protettiv 25-A massimu meta użata ma wajer 90ºC). TWISSIJA: Meta jkun meħtieġ stranded wiring, uża wiring termination li tkun approvata, bħal closed-loop jew spade-type b upturned lugs. Dawn it-terminations għandhom ikunu tad-daqs adattat għall-wajers u jridu jkunu double crimped, wieħed fuq il-konduttur u wieħed fuq l-insulazzjoni. Kif Tilqa Kontra Ħruġ Elettrostatiku ATTENZJONI: Skonnettja l-prodott mis-sors tal-provvista tad-dawl tal-prodott, b konformità ma l-informazzjoni dwar is-sigurtà speċifika tal-prodott li tinsab fuq it-taqsima Informazzjoni dwar is-sigurtà ta dan is-sit ta l-internet. Avvenimenti ta ħruġ elettrostatiku (electrostatic discharge - ESD) jistgħu jagħmlu ħsara lillkomponenti elettroniċi ġol-kompjuter tiegħek. Taħt ċerti kundizzjonijiet, l-esd jista jinġema fuq ġismek jew fuq oġġett, bħal tagħmir periferali, u mbagħad joħroġ ġo oġġett ieħor, bħal kompjuter tiegħek. Biex tevita ħsara kkawżata mill-esd, għandek teħles mill-

elettriċità statika minn ġo ġismek qabel ma tmiss ma xi wieħed mill-komponenti elettroniċi interni tal-kompjuter tiegħek, bħal modulu tal-memorja. Tista tipproteġi kontra l-esd u teħles mill-elettriċità statika li jkun hemm f ġismek, billi tmiss oġġett tal-metall li jkun ertjat (bħal wiċċ tal-metall li ma jkunx miżbugħ fuq il-pannell I/O tal-kompjuter tiegħek) qabel ma tmiss ma kwalunkwe ħaġa li hi elettronika. Meta tikkonnettja tagħmir periferali (inklużi handheld digital assistants) mal-kompjuter tiegħek, għandek dejjem tertja kemm lilek innifsek kif ukoll lit-tagħmir periferali qabel ma tikkonnettjah mal-kompjuter. Flimkien ma dan, hekk kif tkun qed taħdem ġol-kompjuter, miss perjodikament oġġett tal-metall li jkun ertjat biex tneħħi kwalunkwe ċarg statiku li ġismek jista jkun li akkumula. Tista wkoll tieħu l-prekawzjonijiet li ġejjin biex tevita ħsara minn ħruġ elettrostatiku: Meta tkun qed tiftaħ komponent sensittiv għall-elettriċità statika minn ġol-kaxxa talkartun tiegħu, tneħħix il-komponent mill-materjal ta l-ippakkjar antistatiku sakemm tkun lest/a biex tinstalla l-komponent. Dritt qabel ma tiftaħ il-pakkett antistatiku, aċċerta ruħek li teħles mill-elettriċità statika minn ġo ġismek. Meta tkun qed iġġorr komponent sensittiv, l-ewwel poġġih f kontenitur jew ġo ippakkjar antistatiku. Immaniġġja l-komponenti sensittivi elettrostatiċi kollha f żona li hi static-safe. Jekk ikun possibbli, uża antistatic floor pads u work bench pads. SIGURTÀ: Kif Tarmi l-batteriji Is-sistema tiegħek tista tuża batterija nickel-metal hydride (NiMH), lithium coincell, u/jew lithium-ion. Il-batteriji NiMH, lithium coin-cell, u lithium-ion huma batteriji li jservu ħafna u hu possibbli ħafna li qatt ma jkollok bżonn tibdilhom. Madankollu, jekk ikollok bżonn tibdilhom, irreferi għad-dokumentazzjoni tassistema tiegħek għall-istruzzjonijiet. Tarmix il-batterija ma l-iskart domestiku. Ikkuntattja lill-aġenzija lokali tar-rimi ta l-iskart għall-indirizz ta l-eqreb sit fejn tieħu l-batterija. NOTA: Is-sistema tiegħek tista tinkludi wkoll circuit cards jew komponenti oħrajn li jkun fihom il-batteriji. Dawn il-batteriji għandhom jintremew ukoll f sit għad-depożitu

tal-batteriji. Għal informazzjoni dwar dawn il-batteriji, irreferi għad-dokumentazzjoni għal card jew għal komponenti speċifiku.