Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

Similar documents
St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

-uniformi, -żiemel, -xitwa, -nemus, -sena, -storja, - nanna, - frott, - spiżjar, -għalliema

PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SEKONDARJA RABAT EŻAMIJIET TA NOFS IS-SENA. Isem: Klassi: Numru tar-reġistru:

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

Każin tal-banda San Lawrenz

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

Awwissu 2011 Numru 81

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf

Fava Woodworks Co. Ltd.

Fava Woodworks Co. Ltd.

ORESTE CALLEJA U l-anġlu Ħabbar...

Settembru 2011 Numru 82

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti.

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

Victor. Ħbieb Ħuttaf! X għandna? editorjal. il-kumitat. il-kuntatt. il-klabb. mal-faċċata

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Każin tal-banda San Lawrenz

San Nikola ta Bari Isqof ta Myra

Każin tal-banda San Lawrenz

Każin tal-banda San Lawrenz

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

Luminaria. Nru. 107 Diçembru cover

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

BATHROOM CENliRE Electrical & Plumbing. Blue Grotto Ave., Żurrieq Teleohone:

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

FRAR 2012 SIGNUM FIDEI 1

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

Sant Agata Patruna ta Malta

X inhu l-koran Imqaddes?

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

G. Borg Olivier Street, Sliema SLM 12. \J Telepħone

April 2013 Numru 101

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

LUMINARIA. GUNJU 15 NRU. 120

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà

Vol 35 Nru 185 Lulju - Settembru 2014

Nru. 81 Jannar - Marzu L-INAWGURAZZJONI TAL-FTUÓ UFFIÇJALI TAL-UFFIÇÇJU L-ÌDID TAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-ANZJANI 23 ta NOVEMBRU 2015

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

Il-Presepju. Fuljett ma ru mill- GÓAQDA ÓBIEB TAL-PRESEPJU - MALTA c/o 56, Amaltea, Triq il-marg, Attard ATD Malta. Óar a Nru.

Vol 36 Nru 188 April - Ġunju 2015

RUZAR BRIFFA NUMRU SPECJALl la'

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

Editorjal. U ma kellux il-messija jbati dan kollu u hekk jid ol filglorja tieg u? (Lq 24,26) MIET BIEX JAGÓTINA L-ÓAJJA MARIO CURMI

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

IS-SEBA HADD TAL-GHID TLUGH IL-MULEJ FIS-SEMA, LAPSI 2015

Malli ghalqet f Awwissu 2016, qaluli li niehu biss bejn 26,000-27,000.

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

... ~ ~ ~ ~ ... ~ ... ; ; ; ; f and Philips Dealers Throughou"t l ; ; ; i. . i. ;. i J PHILIPS ~ ~ j PHILIPS SHOWROOMS j

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Out of the carpentry shop. Bla qari...qarg a? Wara l-abort: 6 Binti, a firli! Max Lucado 10. Fr Joe Borg 30. kwizz 19 G aliex ismi jqum xewk xewk?

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

RESULTS AND SCORERS Information compiled by Saviour Vella

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

Luminaria Nru. 105 Ìunju

kif ]viluppa t-trasport f pajjizna.

ta Ge ova bis-s i ` u r-ra Apprezza gunevolezza ta Ge ova ` Apprezza l-lealt au l-ma fra ta Ge ova d-dixxiplina ta Ge ova Ssawrek

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

Transcription:

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ) Tikteb xejn qabel ma tingħata l-ordni. Oqgħod attenta l-ħin kollu. Ara li tkun weġibt sewwa. Agħmel sing taħt it-tweġiba t-tajba. (10 marki) 1. Fejn kienet il-familja? a) Fil-kċina b) Fis-salott ċ) Fil-ġnien d) Fil-lukanda 2. Il-ġenituri kienu jisimhom a) Karm u Marija b) Sandra u Lino ċ) Karm u Sandra d) Lino u Marija Pagna 1 minn 12

3. X kien qed jagħmel Nene`? a) jilgħab bil-ferrovija b) jferfer denbu ċ) jikteb bil-lapes d) kien fiċ-ċentru tal-parroċċa 4. Min kellu geddumu mal-art? a) Miċċi b) Nene` ċ) Betta d) Lino 5. X ħin ġrat din il-ġrajja? a) Filgħodu b) Wara nofsinhar ċ) Waqt il-kolazzjon d) Tard bil-lejl 6. Min mit-tfal ħareġ flimkien? a) Philip u Lino b) Miċċi u Nene` ċ) Karm u Sandra d) Marija u Betta Pagna 2 minn 12

7. Il-biża tas-sur Karm kienet a) mill-wirdien b) mill-għatba ċ) mill-kunjata d) mis-sajjetti 8. Kemm jissemmew tfal fis-silta? a) erbgħa b) ħamsa ċ) sitta d) sebgħa 9. L-espressjoni bejniethom kienet għaddejja burraxka ġmielha tfisser li a) kien hemm maltempata barra. b) bejn Karm u martu kien hemm l-inkwiet. ċ) kienet daħlet buffura riħ. d) bejn Karm u martu kollox kien qed jimxu ġmielu. 10. L-espressjoni tirfes il-kallu ta xi ħadd tfisser li a) tweġġa l-kallu ta xi ħadd. b) tirfes ir-riġel ta xi ħadd. ċ) tindaħal fejn ma jesgħakx. d) tidħak b xi ħadd. Pagna 3 minn 12

Il-Kunjata Darba, bħas-soltu, is-sur Karm u martu kienu fis-salott; Karm jaqra, martu tħit. Lino li kellu għaxar snin, kien qed jilgħab b ferrovija li kellu quddiemu fuq mejda, taħdem bilbatteriji. Nene`, ta sitt snin, kien qiegħed fil-pożizzjoni favorita tiegħu; żaqqu mal-art, jagħmel ilhomework. Miċċi, il-ferħ tal-qattus, kien qed jittawwal minn taħt il-pultruna, b geddumu mal-art u denbu jferfer bil-mod, għajnejh imsammrin fuq il-lapes ta Nene, lest biex jaqbeż għal fuqu. Kien xi l-erbgħa ta wara nofsinhar. Marija, it-tifla l-kbira, kienet ħarġet lil oħtha ż-żgħira, Betta; u ħuhom Philip kien qiegħed fiċ-ċentru tal-parroċċa. Għad li Karm u martu kienu qegħdin kwieti bla ma jitniffsu. Min josservahom kien jgħid li bejniethom kienet għaddejja burraxka ġmielha. Il-ħars li kultant Karm kien qed jitfa minn wara l-ktieb li, taparsi kien qiegħed jaqra, kienu qishom sajjetti. Għax għandkom tkunu tafu li s-sur Karm kien ibati b ċerta marda li jbatu biha min jaf kemm irġiel! Kellu biża kull darba li kien ikun jaf li għandha tirfislu l-għatba l-kunjata. Povra kunjata! Omm Sandra kienet mara mill-aħjar, dejjem imġenna għal wara bintha u għal wara t-tfal ta bintha, speċjalment it-tnejn iż-żgħar, Nene` u Betta. Biex turi kemm kienet tal-ħsieb, is-sinjura Nora, għax hekk kien jisimha omm Sandra, kienet tindaħal f kollox. Jagħmel x jagħmel is-sur Karm għal bintha qatt mhu biżżejjed. Sa fejn iwaħħal l-inkwatri kienet trid tgħidlu. U dan, jekk trid tirfislu l-kallu, indaħallu fejn ma jesgħakx. Pagna 4 minn 12

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta Taħriġ il-fehem Aqra sewwa din is-silta u wara wieġeb il-mistoqsijiet kollha. (20 marka) L-Iskeletru ta fuq il-bjut Tassew inħossni xbajt! Ma kienx mument li dħalt naħdem bħala waħx niġġerra fuq il-bjut, biex bil-passi tiegħi nwerwer lil min ikun taħt is-saqaf. Tassew ngħir għal sħabi l-oħra, ilkoll komdi ġo xi palazz jew villa jew kastell; waqt li jiena dejjem waħdi niġġerra qisni baħnan minn bejt għall-ieħor. Sħabi jkollhom is-sodisfazzjon li jaraw lill-bnedmin jinħasdu u jitwerwru minnhom, iżda jien lanqas biss inkun naf humiex qed jibżgħu minni jew inkella hux qed iwaħħlu fil-qtates jew f xi tieqa li mingħalihom qed tħabbat bir-riħ. Jien skeletru...għadam biss! Għażlu lili għal fuq il-bjut għax il-kap kien qal li jien l-aktar li nagħmel ħoss. U minn daqshekk għandu raġun għax għadmi jfaqqa u jċekċek ma kull pass, l- aktar meta nagħmel xi żewġ kutrumbajsi fuq xi saqaf taż-żingu. Imma kemm tiflaħ iddum waħdek fuq il-bjut! Qatt smajtu l min igerger mill-kesħa xxoqq il-għadam? Staqsu lili x jiġifieri! Ikolli nidħol nitgezzez ġo xi barumbara tinten tal-ħamiem. U la jibqa jimpurtani millġiri u lanqas mit-twerwir. Xbajt u ddejjaqt! U daż-żmien kif tista tiġri fuq il-bjut? Kullimkien wajers! Kollox għanqbuta waħda. L-ewwel darba li tfixkilt ġo wajer kien waqagħli l-għadam kollu ta driegħi tal-lemin. Domt lejl sħiħ inżommu f postu għadma, għadma b idi x-xellugija...nirtgħod bil-qatgħa li ħadt u bil-biża li ma mmurx inqiegħed xi għadma ħażina u jkollhom ipoġġuhieli fil-ġibs. U xi ngħidu għat-tankijiet tal-ilma? Il-bjut kollha ingumbrati b kull tank daqs dinja. Lanqas niftakar ma rrid! Hawn bnedmin traskurati wisq. Suppost li kull tank tal-ilma jkun mgħotti blgħatu imma xi ħadd gustuż ħallieh mikxuf. Bqajt dieħel ġo fih u mad-daqqa waqagħli x-xedaq ta taħt ġol-ilma. Ħadt battikata tax-xjafek nistad ghal-snieni minn ġo qiegħ it-tank. L-ilma kien iffrizat u bir-rogħda li qadbitni ħsibt li se jinqalgħu t-truf ta subgħajja minn posthom. Ma nistax nibqa sejjer hekk. Is-sena l-oħra bgħatt ngħid lill-kap li xbajt u ddejaqt sal-ponta ta mnieħri. Ried jagħmilha tal-ħelu. Qalli, Ma jistax ikun, għax int m għandekx imnieħer! Issa Pagna 5 minn 12

bgħattlu applikazzjoni formali. Tlabtu biex minn fuq il-bjut jittrasferini għaċ-ċimiterju tar-raħal. Hemm forsi nkun xi ftit aħjar. Dejjem issib ma min tgħid kelma għax kuljum jaslu residenti ġodda. U meta jkun il-maltemp dejjem tista tinżel tiegħu nagħsa ġo xi qabar vojt, minflok ġo dik il-barumbara bil-ħamiem kollu jħammeġ fuqek u jġibek riħa ta mejtin! U barra minn hekk, fiċċimiterju nista nwerwer lid-deffien, jew lil xi żewġ reffiegħa. Dawk ma jistgħux jaħilfu li ma jersqux l hemm iżjed għax dak ħobżhom. Nittama li l-kap jaċċetta l-applikazzjoni. Wara kollox, naf b ħafna każi fejn ħarsijiet ingħataw trasferimenti, jew għax talbuh huma jew b kastig. Niftakar li l-ħares tal-kampnar kien bagħtu filkannierja bħala kastig talli ħalla lill-bniedem joħodlu ritratt. U niftakar ukoll lill-patri tal-kunvent li kien ikanta, bagħtu għal ħamsin sena fl-għerien ta fuq il-wied għax talbu ftit mistriħ. Allura miegħi se joqgħod iġibha bi kbira? U wara kollox, jekk narah se joqgħod iġibha bi kbira, nagħmillu waħda minn tiegħi. Nagħmel strajk! Nitla mal-ogħla arblu u nibqa hemm, lejl u nhar, inħalli lil kulħadd jarani u ngħidilhom ċar min jien u l-għaliex tlajt hemm fuq. U mhux biss inħallihom joħduli r-ritratti imma anki jġibuni fuq il-gazzetti u jagħmluli intervista. Imbagħad il-kap jkun jaf jien xi nsarraf. Pagna 6 minn 12

Agħmel sing taħt it-tweġiba t-tajba (marka kull waħda) 1. F din l-istorja qed jitkellem: a) Bniedem b) Waħx c) tifel 2. Postu huwa: a) fiċ-ċimiterju b) fit-toroq c) fuq il-bjut 3. Dan il-ħares jidher li: a) ddejjaq ħafna b xogħlu b) kuntent jaħdem fuq il-bjut c) ma jrid jagħmel xejn 4. L-iskeletru jixtieq li jibda jaħdem: a) ġo xi palazz b) ħdejn il-baħar c) fiċ-ċimiterju Wieġeb 1. X inhu xogħol l-iskeletru? (marka) 2. Għaliex jgħir għal sħabu? (marka) Pagna 7 minn 12

3. Għaliex għażlu lilu biex joqgħod fuq il-bjut? (marka) 4. X inhuma l-aktar żewġ affarijiet li ddejaq bihom u minħabba fihom ma jixtieqx jibqa fuq il-bjut? (2 marki) 5. Xi ġralu meta darba tfixkel ġo wajer? (marka) 6. Xi ġralu meta darba baqa dieħel ġo tank bla għatu? (marka) 7. Lil min bagħat applikazzjoni formali u għaliex? (2 marki) 8. Agħti 3 raġunijiet għaliex jixtieq imur fiċ-ċimiterju. (3 marki) 9. X se jagħmel l-iskeletru jekk jara li l-kap qed iġibha bi kbira? (2 marki) Agħti tifsira lill-kliem b sing taħtu fl-istorja: 10a) battikata - 10b) iġibha bi kbira - Pagna 8 minn 12

1. Imla bil-konsonanti meħtieġa: Grammatika Total: /35 ewż ga etta (2 marki) fin kel 2. Agħti l-għadd imtenni : (marka) Sieq - Widna- 3. Żar jew Żgħar (marka) It-tfal iż- marru jilagħbu ħdejn il-bandli. 4. Agħti n-nom kollettiv ta : (marka) basal merħla 5. Ikteb il-plural ta: (marka) Sodda - tazza- 6. Ara x hemm miktub fil-parentesi. Ikteb it-tweġiba t-tajba fil-vojt. Tnejn minnhom lesti. (10 marki) Lil (partiċella) Pawlu jafu kulħadd. Joqgħod ftit il bogħod min-naħa tagħna. Tarah (partiċella) triq tagħrfu (partiċella) ewwel. Qasir daqs tapp (qasir ħafna ħafna) u (oħxon ħafna ħafna), saqajh bħal tal-papri, ħafi, wiċċu qisu rota ta karrettun u dejjem (abjad ħafna ħafna), imnieħru (mgħawweġ ħafna ħafna ), xagħru qisu (nom kollettiv għal ħafna suf) u widnejh twal iżżejjed. Kulħadd iġebbidhomlu forsi xi darba joqgħod kwiet. Pagna 9 minn 12

Pietru kien (is-superlattiv ta goff) fost ħbiebu kollha imma kien (superlattiv ta ħafif) f xi tiġrija. Ħafna nies jgħidu li huwa (wieħed li jemmen dak kollu li jisma ) imma x-xjuħ tar-raħal jgħidu li huwa vera. (wieħed li jindaħal f kollox) 7. Dawn huma titli meħudin minn ġurnali Maltin. Imla l-vojt skond il-parentesi. L-ewwel waħda hija lesta. (5 marki) a) Riħ ivenven (ħoss) u ragħad (ħoss) jinstema ma Malta kollha. b) (ħaddiem) mill-belt jagħmel l-ikbar ħobża ta Malta. c) In- (ħaddiema) jingħataw permess joħorġu jonsbu fi żmien il-passa. d) Kelb mitluf jinstab il-buskett imma sar. (idjoma li turi li sar irqiq ħafna). e) Għamlet medja ta (ikteb 18.56 mm fi kliem) xita. 8. Ikteb il-mamma u l-għerq skont il-verb: (8 marki) Ħaslet Marru Tilfet Waqgħet VERB MAMMA GĦERQ 9. Ikteb idjoma flok it-tifsira: (2 marki) a) Toni sejjer l-awstralja avolja (wasal biex imut). b) Ta faċċata tagħna kieku qatt taraha titbissem, dejjem (bilgeddum). 10. Agħti l-kmand singular u plural ta : (4 marki) Xorob Mexa VERB SINGULAR PLURAL Pagna 10 minn 12

Ikteb komponiment ta madwar 125-150 kelma dwar wieħed minn dawn is-suġġetti. Titlef il-marki jekk tikteb sentenza kif ġie ġie u bl-iżbalji tal-ortografija u tal-punteġġjatura. Ara li jkollok paragrafi f posthom. Ikteb pulit u kun immaġinattiva. (25 marka) 1. Inti mort mal-ġenituri tiegħek jumejn f lukanda. Meta kontu hemm ġejtu ttrattati tajjeb ħafna. (Ikteb ittra ta tliet paragrafi lid-direttur tal-lukanda. Fiha spjega għalfejn qed tikteb, x għamilt waqt li kont il-lukanda, x laqtek l-iktar fis-servizz tal-lukanda u x jista jitjieb.) 2. Ma kinitx ħarġa li vvinta missieri nhar il-ħadd. Qatt ma bsarna x ser jiġri. Fi triqitna lejn.. (Kompli l-istorja.) 3. Is-Sabiħ u l-ikraħ tal-kompjuter. (Ikteb dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi li għandu l- kompjuter). 4. Ikteb rapport dwar inċident tat-traffiku li rajt. 5. X sar mill-ikel li ppreparajna? (Ħares lejn l-istampi u għid x ġara.) Pagna 11 minn 12

Pagna 12 minn 12