ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

Similar documents
Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà

Kumitat għall-affarijiet Legali. għall-kumitat għall-ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sikurezza tal-ikel

Gwida dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u l-valutazzjoni dwar is-sigurtà

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

Linji Gwida dwar il-kummerċ mal-unjoni Ewropea (UE) Settembru 2015

***I POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

IL-KUMMISSJONI EWROPEA DIRETTORAT ĠENERALI GĦAS-SAĦĦA U L-KONSUMATURI

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

Gwida għall-anness V Eżenzjonijiet mill-obbligu ta reġistrazzjoni

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja.

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

IL-GWIDA TIEGĦEK GĦAL BIDU ĠDID L-IRLANDA TAGĦTI ĦARSA LEJN IL-FUTUR TIEGĦEK

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

Passaport Ewropew għaċ-ċittadinanza Attiva

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

CORRIGENDUM Annule et remplace le document COM(2013) 158 final du Concerne la version MT (seulement le titre sur la page de couverture)

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

B 2015 Suppliment tal-gazzetta tal-gvern ta Malta, Nru. 17,564, 6 ta April, 2004 Taqsima B

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

BIEDJA U ŻVILUPP RURALI

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

Different types of fishing vessels

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SEKONDARJA RABAT EŻAMIJIET TA NOFS IS-SENA. Isem: Klassi: Numru tar-reġistru:

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

Awwissu 2011 Numru 81

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Settembru 2011 Numru 82

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

P7_TA-PROV(2012)0452 Konferenza ta' Doha dwar it-tibdil fil-klima (COP 18)

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

L-Avveniment taż-żgħażagħ. Ewropew. Rapport EYE2018. L-Ewropa ssemma' leħinha! 100 idea għal futur aħjar

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

POLITIKA GĦAL TAL-ĦWIENET 51 PROPOSTA GĦAL KUMMERĊJANTI ŻGĦAR

Każin tal-banda San Lawrenz

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

Ra l-ilment fejn l-ilmentatur jghid li pogga 5,000 ma Crystal Finance Investments Limited fl-24 ta Lulju 2013.

Protest Gudizzjarju ta Liam Debono detentur ta karta tal-identita numru L;

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

9638/17 MIR/pmf 1 DGE 1C

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

Victor. Ħbieb Ħuttaf! X għandna? editorjal. il-kumitat. il-kuntatt. il-klabb. mal-faċċata

WERREJ 01. EKONOMIJA XOGĦOL INFRASTRUTTURA TRASPORT ENERĠIJA GĦAWDEX SOĊJETÀ LI TAĦSEB F'KULĦADD 76

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

Malli ghalqet f Awwissu 2016, qaluli li niehu biss bejn 26,000-27,000.

Fava Woodworks Co. Ltd.

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjarji. Kaz Nru. 032/2017. FG (l-ilmentatur) vs ARGUS Insurance Agencies Ltd. (C 597) (Il-Provditur tas-servizz)

Il-KESE isejjaħ għal programm ġdid ta azzjoni soċjali sabiex jiġu ffaċċjati realtajiet ġodda Għeżież qarrejja, EDITORJAL

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

Każin tal-banda San Lawrenz

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

Fava Woodworks Co. Ltd.

Transcription:

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR 1

1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU ERAVAC emulsjoni għal injezzjoni għall-fniek. 2. KOMPOŻIZZJONI KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA Kull doża ta' 0.5 ml fiha: Sustanza Attiva : Mard emorraġiku tal-fniek virus tat-tip 2 (RHDV2) mhux attivat, razzav-1037 70% celisa40* Sustanza mhux attiva: Żejt minerali Aġġuvant: Thiomersal 0.05 mg 104.125 mg (*) 70 % tal-fniek imlaqqma għandhom jagħtu titri tal-antikopri celisa ugwali għal jew ogħla minn 40. Għal-lista sħiħa ta l-ingredjenti (mhux attivi), ara s-sezzjoni 6.1. 3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA Emulsjoni għal injezzjoni. Emulsjoni bajdanija. 4 TAGĦRIF KLINIKU 4.1 Speċi li fuqhom ser jintuża l-prodott Fniek 4.2 Indikazzjonijiet għal użu tal-prodott li jispeċifikaw l-ispeċi li fuqhom se jintuża l-prodott. Għal immunizzazzjoni attiva ta fniek għas-sinna minn 30 jum biex tnaqqas l-mortalità kkawżata minn mard emorraġiku tal-fniek virus tat-tip 2 (RHDV2). Bidu tal-immunità: 7 ijiem Tul tal-immunità: għad mhux stabilit. 4.3 Kontra indikazzjonijiet Tużax f'każijiet ta' sensittivita għall-ingredjent attiv; ingredjenti mhux attivi jew ingredjenti oħra. 4.4 Twissijiet speċjali għal kull speċi li għaliha hu indikat il-prodott It-tilqima tipprovdi biss protezzjoni kontra RHDV2; protezzjoni inkroċjata kontra RHDV klassiku ma ntweritx. Laqqam biss fniek għas-simna. M hemmx informazzjoni fuq is-sikurtà u effikaċja f kategoriji oħra bħal razez jew fniek domestiċi. 2

4.5 Prekawzjonijiet Speċjali għall-użu Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali Laqqam fniek f 'saħħithom biss. It-tilqim huwa rakkomandat fejn RHDV2 huwa epidemjoloġikament rilevanti. Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali Għal min se juża: Dan il-prodott mediċinali veterinarju fih żejt minerali. Injezzjoni bi żball jew jekk tinjetta lilek innifsek bi żball jista' jirriżulta f'uġigħ kbir u nefħa specjalment jekk tinjetta f'ġog jew saba u f'kazijiet rari jista jkun li titlef subgħajk jekk ma tingħatax għajnuna medika mill-ewwel. Jekk tiġi njettat bi żball b'dan il-prodott mediċinali veterinarju, fittex għajnuna medika mill-ewwel, anke jekk ġie njettat ammont żgħir ħafna, u ħu l-fuljett ta' tagħrif miegħek. Jekk l-uġigħ idum għal aktar minn tnax-il siegħa, wara l-eżami mediku, erġa' ħu parir mediku. Għat-tabib: Dan il-prodott mediċinali veterinarju fih żejt minerali. Anke jekk ġew injettati ammonti żgħar, injezzjoni bi żball ta dan il-prodott tista' tikkawza nefħa intensa, li tista' per eżempju tikkawża nekrożi iskimika u anke l-bżonn li jinqata' xi saba. Attenzjoni minn kirurgu espert għandha tingħata MILL-EWWEL u jista jkun hemm bżonn li jinfetaħ is-saba u tiġi rrigata l-parti fejn seħħet l- injezzjoni, speċjalment fejn hemm il-laħam tas-saba jew l-għerq tal-muskolu. 4.6 Effetti mhux mixtieqa (frekwenza u gravità) Komuni ħafna: tista' seħħ żieda temporanja fit-temperatura ta' ftit iżjed minn 40ºC bejn jumejn jew tlett ijiem wara t-tilqima. Din iż-żieda ħafifa fit-temperatura tirriżolvi ruħha b'mod spontajnu mingħajr kura sa jum 5 minn wara t-tilqima. Il-frekwenza ta effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni: - komuni ħafna (aktar minn wieħed f 10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta kura waħda) - komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f 100 annimal) - mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f 1,000 annimal) - rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f 10,000 annimal) - rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f 10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati). 4.7 Użu fit-tqala, fit-treddigħ u fi żmien il-bidien Tqala u treddigħ: Tużax fit-tqala u treddigħ. 4.8 Interazzjoni ma prodotti mediċinali oħra jew forom oħra ta interazzjoni M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta dan il-vaċċin jekk jintuża flimkien ma kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor. Id-deċiżjoni sabiex jintuża dan il-vaċċin qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed każ b każ. 4.9 Ammont li jingħata u l-metodu ta' amministrazzjoni Użu taħt il-ġilda. Amministra doża waħda (0.5 ml) mill-prodott veterinarju mediċinali lil fniek li għandhom 30 jum b injezzjoni taħt il-ġilda fil-ħajt toraċiku laterali. Qabel l-użu, it-tilqima għandha titħalla tilħaq it-temperatura tal-kamra. 3

Ħawwad sew qabel l-użu. 4.10 Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta emerġenza, antidoti), jekk ikun hemm bżonn M'hemm l-ebda dejta disponibbli. 4.11 Perjodu ta' tiżmim Xejn. 5. KWALITAJIET IMMUNOLOĠIĊI Grupp farmako-terapewtiku: Tilqim virali inattivat għal Leparopidi, tilqima virali inattivata għallfniek. Kodici ATĊ veterinarja QI08AA Biex tistimola l-immunità attiva kontra l-mard emorraġiku tal-fniek virus tat-tip 2 (RHDV2). Fuq bażi ta data seroloġika, antikorpi huma preżenti 21 jum wara t-tilqim. 6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU 6.1 Lista ta ingredjenti Żejt minerali Thiomersal Sorbitan mono-oleate Polysorbate 80 Sodium chloride Potassium chloride Disodium phosphate dodecahydrate Potassium dihydrogen phosphate Ilma għall-injezzjonijiet 6.2 Inkompatibilitajiet Tħallatx ma ebda prodott mediċinali veterinarju ieħor. 6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali Żmien li l-prodott mediċinali veterinarju jista jinżamm fuq l-ixkaffa ppakkjat għall-bejgħ: Sentejn Żmien li l-prodott jibqa tajjeb wara li jkun tneħħa mill-ewwel ippakkjar: Uża minnufih 6.4. Tagħrif speċjali dwar kif għandu jinħażen Aħżen u ttrasporta ġo friġġ (2 C 8 C). Tagħmlux fil-friża. Żomm il-flixkun fil-kartuna ta barra biex tipproteġih mid-dawl. 6.5 In-natura u l-għamla tal-ippakkjar li jmiss mall-prodott Kunjett tal-ħġieġ mingħajr kulur tat-tip I b'0.5 ml (1 doża), 5 ml (10 dożi) u 20 ml (40 doża). Il-kunjetti huma magħluqin b'tapp tal-gomma u b għatu tal-aluminju 4

Daqsijiet tal-pakketti: Kaxxa tal-kartun b 10 kunjetti tal-ħġieġ ta doża 1 (0.5 ml). Kaxxa tal-kartun b'kunjett tal-ħġieġ 1 ta' 10 dożi (5 ml). Kaxxa tal-kartun b'kunjett tal-ħġieġ 1 ta' 40 doża (20 ml). Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq. 6.6 Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi tal-prodotti mediċinali veterinarji mhux użata jew materjal ieħor għar-rimi li huwa derivat minn dawn il-prodotti Kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju li ma ġiex użat jew materjal għar-rimi li huwa derivat minn dan il-prodott mediċinali veterinarju għandhom jintremew skont kif jitolbu r-regolamenti tal-pajjiż. 7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ LABORATORIOS HIPRA, S.A. Avda. la Selva, 135 17170- AMER (Girona) SPANJA Tel.: +34 972 430660 Fax. +34 972 430661 {e-mail}> hipra@hipra.com 8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI(JIET) GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ EU/2/16/199/001-003 9. DATA TA L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI / TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI Data tal-ewwel awtorizazzjoni: {DD/MM/YYYY} 10. DATA TA REVIŻJONI TAT-TEST {MM/YYYY} Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt ta l- Aġenzija Ewropea dwar il-mediċini http://www.ema.europa.eu/. PROJBIZZJONI TA BEJGĦ, PROVVISTA U/JEW UŻU Mhux applikabbli. 5

ANNESS II A. MANIFATTUR TAS-SUSTANZA BIOLOĠIKA ATTIVA U MANIFATTUR RESPONSABBLI GĦALL-HRUĠ TAL- LOTT B. KONDIZZJONIJIET JEW RESTRIZZJONIJIET RIGWARD IL-PROVVISTA U L-UŻU Ċ. DIKJARAZZJONI TA L-MRLs 6

A. MANIFATTUR TAS-SUSTANZA BIOLOĠIKA ATTIVA U MANIFATTUR RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT Isem u indirizz tal-manufattur tas-sustanza bioloġika attiva Laboratorios Hipra, S.A. Carretera Santa Coloma Farners pk 21,6 17170 Amer SPAIN Isem u indirizz tal-manifattur responsabbli mill-ħruġ tal-lott. Laboratorios Hipra, S.A. Avda. La Selva, 135 17170 Amer SPAIN B. KONDIZZJONIJIET JEW RESTRIZZJONIJIET RIGWARD IL-PROVVISTA U L- UŻU Prodott mediċinali veterinarju li jingħata bir-riċetta C. DIKJARAZZJONI TA L-MRLs Is-sustanza attiva li hija prinċipju ta oriġini bioloġiku maħsuba sabiex tipproduċi immunità attiva ma taqgħax fi ħdan l-iskop tar-regolament (KE) Nru 470/2009. L-addittivi (inkluż l-aġġuvanti) elenkati f sezzjoni 6.1 tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott huma jew sustanzi ammissibbli li għalihom m hemmx bżonn ta limiti massimi ta residwi kif indikat fit-tabella numru 1 tal-anness tar-regolament tal-kummissjoni (UE) Nru 37/2010 jew huma kkunsidrati li ma jaqgħux fi ħdan l-iskop tar-regolament (KE) Nru 470/2009 meta użati bħal f dan ilprodott mediċinali veterinarju. 7

ANNESS III TIKETTA U L-FULJETT TA TAGĦRIF 8

A. TIKKETTA 9

TAGĦRIF LI GĦANDU JIDHER FUQ IL-PAKKETT TA' BARRA U IL-PAKKETT LI JMISS MAL-PRODOTT KARTUNA TA BARRA 1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU ERAVAC emulsjoni għal injezzjoni għall-fniek 2. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA ATTIVA U SUSTANZI OĦRA Mard emorraġiku tal-fniek virus tat-tip 2 (RHDV2) mhux attivat. razza V-1037 70% celisa40 70 % tal-fniek imlaqqma għandhom jagħtu titri tal-antikopri celisa ugwali għal jew ogħla minn 40. 3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA Emulsjoni għal injezzjoni. 4. DAQS TAL-PAKKETT 1 doża (0.5 ml). 10 doża (5 ml). 40 doża (20 ml). 5. SPEĊI GĦAL X'HIEX HUWA INDIKAT IL-PRODOTT Fniek 6. INDIKAZZJONI(JIET) 7. METODU U MOD(I) TA' AMMINISTRAZZJONI Użu taħt il-ġilda. Aqra l-fuljett ta tagħrif qabel l-użu. 8. ŻMIEN TA' TIŻMIM Żmien ta' tiżmim: Xejn. 9. TWISSIJIET SPEĊJALI OĦRA, JEKK MEĦTIEĠ Aqra l-fuljett ta' tagħrif qabel lużu. Jekk tinjetta bi żball huwa perikoluż. 10

10. DATA TA' SKADENZA Jiskadi {xahar/sena} Ladarba jittaqqab uża minnufih. 11. KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI DWAR KIF GĦANDU JINĦAŻEN Aħżen u ttrasporta fil-friġġ. Tiffriżax. Żomm il-flixkun fil-kartuna ta barra biex tipproteġih mid-dawl. 12. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR IR-RIMI TA' PRODOTTI MHUX UŻATI JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ Rimi: ara l-fuljett ta tagħrif. 13. IL-KLIEM "GĦALL-KURA TAL-ANNIMALI BISS U KUNDIZZJONIJIET JEW RESTRIZZJONIJIET DWAR IL-PROVVISTA U L-UŻU, JEKK APPLIKABBLI Għall-kura tal-annimali biss. Għandu jingħata biss b riċetta veterinarja. 14. IL-KLIEM ŻOMM FEJN MA JIDHIRX U MA JINTLAĦAQX MIT-TFAL Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. 15. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ Laboratorios Hipra S.A. Avda. la Selva, 135 17170- AMER (Girona) SPANJA 16. NUMRU/I TA L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ EU/2/16/199/001-003 17. NUMRU TAL-LOTT TAL-MANIFATTUR Lott {numru} 11

TAGĦRIF MINIMU LI GĦANDU JIDHER FUQ UNITAJIET ŻGĦAR TA IPPAKKJAR LI JMISS MAL-PRODOTT Kunjetti (1, 10 jew 40 doża) 1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU ERAVAC emulsjoni għal injezzjoni għall-fniek 2. KWANTITÀ TAS-SUSTANZA(i) ATTIVA(I) RHDV2 inattivat, razza V-1037: 70% celisa40 70 % tal-fniek imlaqqma għandhom jagħtu titri tal-antikopri celisa ugwali għal jew ogħla minn 40. 3. KONTENUT BĦALA PIŻ, VOLUM JEW NUMRU TA' DOŻI 1 doża (0.5 ml). 10 doża (5 ml). 40 doża (20 ml). 4. MOD(I) TA AMMINISTRAZZJONI SC. 5. ŻMIEN TA TIŻMIM 6. NUMRU TAL-LOTT Lott {numru} 7. DATA TA' SKADENZA Jiskadi {xahar/sena} 8. IL-KLIEM "GĦALL-KURA TAL-ANNIMALI BISS Għall-kura tal-annimali biss. 12

B. FULJETT TA' TAGĦRIF 13

FULJETT TA TAGĦRIF GĦAL: ERAVAC emulsjoni għal injezzjoni għall-fniek 1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq <u l-manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: LABORATORIOS HIPRA, S.A. Avda. la Selva, 135 17170- AMER (Girona) SPANJA 2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU ERAVAC Emulsjoni għal injezzjoni għall-fniek 3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA Kull doża ta' 0.5 ml fiha: Sustanza Attiva : Mard emorraġiku tal-fniek virus tat-tip 2 (RHDV2) mhux attivat, razzav-1037: 70% celisa40* Sustanza mhux attiva: Żejt minerali: 104.125 mg Aġġuvant: Thiomersal: 0.05 mg (*) 70 % tal-fniek imlaqqma għandhom jagħtu titri tal-antikopri celisa ugwali għal jew ogħla minn 40. Emulsjoni bajdanija. 4. INDIKAZZJONI(JIET) Għal immunizzazzjoni attiva ta fniek għas-sinna minn 30 jum biex tnaqqas l-mortalità kkawżata minn mard emorraġiku tal-fniek virus tat-tip 2 (RHDV2). Bidu tal-immunità: 7 ijiem Tul tal-immunità: għad mhux stabilit. 5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET Tużax f'każijiet ta' sensittivita għall-ingredjent attiv; ingredjenti mhux attivi jew ingredjenti oħra. 14

6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA Komuni ħafna: tista' seħħ żieda temporanja fit-temperatura ta' ftit iżjed minn 40ºC bejn jumejn jew tlett ijiem wara t-tilqima. Din iż-żieda ħafifa fit-temperatura tirriżolvi ruħha b'mod spontajnu mingħajr kura sa jum 5 minn wara t-tilqima. Il-frekwenza ta effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni: - komuni ħafna (aktar minn wieħed f 10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu ta kura waħda) - komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f 100 annimal) - mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f 1,000 annimal) - rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f 10,000 annimal) - rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f 10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati). Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux msemmija f dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa littabib veterinarju tiegħek. 7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT Fniek 8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI Użu taħt il-ġilda. Amministra doża waħda (0.5 ml) lil fniek li għandhom 30 jum b injezzjoni taħt il-ġilda fil-ħajt toraċiku laterali. 9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT Qabel l-użu, it-tilqima għandha titħalla tilħaq it-temperatura tal-kamra. Ħawwad sew qabel l-użu. 10. PERJODU TA' TIŻMIM Xejn. 11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Aħżen u ttrasporta fi friġġ (2 sa 8 C). Tagħmlux fil-friża. Ipproteġi mid-dawl. Tużax wara d-data ta skadenza li tidher fuq it-tikketta wara JIS. Żmien li l-prodott mediċinali veterinarju jista jinżamm fuq l-ixkaffa ppakkjat għall-bejgħ: Sentejn Żmien li l-prodott jibqa tajjeb wara li jkun tneħħa mill-ewwel ippakkjar: Uża minnufih. 15

12. TWISSIJIET SPEĊJALI Twissijiet speċjali ghal kull speci għal x hiex huwa indikat: It-tilqima tipprovdi biss protezzjoni kontra RHDV2; protezzjoni inkroċjata kontra RHDV klassiku ma ntweritx. Laqqam biss fniek għas-simna. M hemmx informazzjoni fuq is-sikurtà u effikaċja f kategoriji oħra bħal razez jew fniek domestiċi. Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali: Laqqam fniek f'saħħithom biss. It-tilqim huwa rakkomandat fejn RHDV2 huwa epidemjoloġikament rilevanti. Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali: Għal min se juża: Dan il-prodott mediċinali veterinarju fih żejt minerali. Injezzjoni bi żball jew jekk tinjetta lilek innifsek bi żball jista' jirriżulta f'uġigħ kbir u nefħa specjalment jekk tinjetta f'ġog jew saba u f'kazijiet rari jista jkun li titlef subgħajk jekk ma tingħatax għajnuna medika mill-ewwel. Jekk tiġi njettat bi żball b'dan il-prodott mediċinali veterinarju, fittex għajnuna medika mill-ewwel, anke jekk ġie njettat ammont żgħir ħafna, u ħu l-fuljett ta' tagħrif miegħek. Jekk l-uġigħ idum għal aktar minn tnax-il siegħa, wara l-eżami mediku, erġa' ħu parir mediku. Għat-tabib: Dan il-prodott mediċinali veterinarju fih żejt minerali. Anke jekk ġew injettati ammonti żgħar, injezzjoni bi żball ta dan il-prodott tista' tikkawza nefħa intensa, li tista' per eżempju tikkawża nekrożi iskimika u anke l-bżonn li jinqata' xi saba. Attenzjoni minn kirurgu espert għandha tingħata MILL-EWWEL u jista jkun hemm bżonn li jinfetaħ is-saba u tiġi rrigata l-parti fejn seħħet l- injezzjoni, speċjalment fejn hemm il-laħam tas-saba jew l-għerq tal-muskolu. Tqala u treddigħ: Tużax fit-tqala u treddigħ. Interazzjoni ma prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta interazzjoni: M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta dan il-vaċċin jekk jintuża flimkien ma kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor. Id-deċiżjoni sabiex jintuża dan il-vaċċin qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed każ b każ. Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta emerġenza, antidoti): M'hemm l-ebda dejta disponibbli. Inkompatibilitajiet: Tħallatx ma ebda prodott mediċinali veterinarju ieħor. 13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ Il-mediċini m għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew ma l-iskart domestiku. Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent. 16

14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA TAGĦRIF Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinstab fuq il-websajt tal-aġenzija Ewropea dwar il-mediċini http://www.ema.europa.eu/. 15. TAGĦRIF IEĦOR Kaxxa tal-kartun b 10 kunjetti tal-ħġieġ ta doża 1 (0.5 ml). Kaxxa tal-kartun b'kunjett tal-ħġieġ 1 ta' 10 dożi (5 ml). Kaxxa tal-kartun b'kunjett tal-ħġieġ 1 ta' 40 doża (20 ml). Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq. Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lirrappreżentant lokali tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Deutschland HIPRA DEUTSCHLAND GmbH Münsterstraße 306 40470 Düsseldorf e-mail: deutschland@hipra.com España LABORATORIOS HIPRA, S.A. Avda. la Selva, 135 17170 Amer (Girona) France HIPRA FRANCE 7 rue Roland Garros, Batiment H 44700 - Orvault Tél. - 02 51 80 77 91 Fax - 02 51 80 82 20 e-mail: france@hipra.com United Kingdom HIPRA UK AND IRELAND, Ltd. Innovation Center BioCity Nottingham Pennyfoot Street Nottingham NG1 1GF - UNITED KINGDOM e-mail: ukandireland@hipra.com België/Belgique/Belgien HIPRA BENELUX NV Adequat Business Center Brusselsesteenweg 159 9090 Melle e-mail: benelux@hipra.com Ελλάδα HIPRA EΛΛAΣ A.E. Ψuχάρη 3 / 184 53 Níκαια Tηλ: 210 4978660 - Fax: 210 4978661 e-mail: greece@hipra.com Polska HIPRA POLSKA Sp.z.o.o. Ul. Królowej Marysieńki, 9-1 02-954 WARSZAWA e-mail: admin.polska@hipra.com Portugal ARBUSET, ProdutosFarmacêuticos e Sanitários De Uso Animal, Lda Portela de Mafra e Fontaínha - Abrunheira 2665 191 Malveira e-mail: portugal@hipra.com Italia HIPRA ITALIA, S.R.L. Via Franciacorta, 74 25038, ROVATO (BS) e-mail: italia@hipra.com Ireland HIPRA UK AND IRELAND, Ltd. Innovation Center BioCity Nottingham Pennyfoot Street Nottingham NG1 1GF - UNITED KINGDOM e-mail: ukandireland@hipra.com 17