L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

Similar documents
Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

IL-GWIDA TIEGĦEK GĦAL BIDU ĠDID L-IRLANDA TAGĦTI ĦARSA LEJN IL-FUTUR TIEGĦEK

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

9638/17 MIR/pmf 1 DGE 1C

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

WERREJ 01. EKONOMIJA XOGĦOL INFRASTRUTTURA TRASPORT ENERĠIJA GĦAWDEX SOĊJETÀ LI TAĦSEB F'KULĦADD 76

POLITIKA GĦAL TAL-ĦWIENET 51 PROPOSTA GĦAL KUMMERĊJANTI ŻGĦAR

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

werrej Sehem akbar għaż-żgħażagħ fil-ħajja pubblika... 4 L-ilsien Malti, ilsien żagħżugħ...11

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà

Passaport Ewropew għaċ-ċittadinanza Attiva

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

ForzaNazzjonali.com. JIEN NAGĦŻEL malta

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

Fava Woodworks Co. Ltd.

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

Każin tal-banda San Lawrenz

L-Avveniment taż-żgħażagħ. Ewropew. Rapport EYE2018. L-Ewropa ssemma' leħinha! 100 idea għal futur aħjar

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

Fava Woodworks Co. Ltd.

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

Gwida dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u l-valutazzjoni dwar is-sigurtà

PRIMARY SCHOOLS ANNUAL EXAMINATIONS 2001 Educational Assessment Unit Education Division

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

Każin tal-banda San Lawrenz

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA. SKEMI għall-għarajjes u Miżżewġin Ġodda

Linji Gwida dwar il-kummerċ mal-unjoni Ewropea (UE) Settembru 2015

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

Settembru 2011 Numru 82

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

Kumitat għall-affarijiet Legali. għall-kumitat għall-ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sikurezza tal-ikel

Awwissu 2011 Numru 81

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

Il-KESE isejjaħ għal programm ġdid ta azzjoni soċjali sabiex jiġu ffaċċjati realtajiet ġodda Għeżież qarrejja, EDITORJAL

EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja.

Vjaææi gœal Lourdes BRITTANIA. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Æimgœa. 5 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Erbgœa. 4 ijiem sœaœ Tluq nhar ta Tnejn

X inhu l-koran Imqaddes?

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

Numru 144 Jannar - Frar Bomblu Iswed. 2 għal min mhux membru. Il-magażin ta Klabb Ħuttaf

Malli ghalqet f Awwissu 2016, qaluli li niehu biss bejn 26,000-27,000.

Każin tal-banda San Lawrenz

IR-RABA TAQSIMA. Analiżi Estetika tal-letteratura f Il-Malti.

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

BIEDJA U ŻVILUPP RURALI

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

Każin tal-banda San Lawrenz

Victor. Ħbieb Ħuttaf! X għandna? editorjal. il-kumitat. il-kuntatt. il-klabb. mal-faċċata

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

IL-KUMMISSJONI EWROPEA DIRETTORAT ĠENERALI GĦAS-SAĦĦA U L-KONSUMATURI

Different types of fishing vessels

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjarji. Kaz Nru. 032/2017. FG (l-ilmentatur) vs ARGUS Insurance Agencies Ltd. (C 597) (Il-Provditur tas-servizz)

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Konferenza Nazzjonali dwar id-direttiva tal- Kunsill ta l-unjoni Ewropea li tistabbilixxi Qafas Ìenerali g al Trattament Ugwali fl-impieg

Transcription:

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

Definizzjoni ta ekonomija, xogħol u mistrieħ. L-etika tax-xogħol. Id-diviżjoni tax-xogħol u l-implikazzjonijiet soċjali tax-xogħol (l-istat soċjali, l- indipendenza finanzjarja, l-interazzjoni soċjali, is-sens ta identità, u l-kontribuzzjoni għall-ekonomija). It-trasformazzjoni tax-xogħol: preindustrijali, industrijali, u teknoloġiku. Ix-xogħol u l-ġeneru, id-diżabbiltà, gruppi ta minoranza/etniċi, u l-età. Id-distribuzzjoni tax-xogħol skont il-ħiliet, il-funzjoni ekonomika, jew l-istat soċjali. L-istruttura tax-xogħol (is-settur primarju, is-settur sekondarju, is-settur terzjarju u dak kwaternarju). Sistemi ekonomiċi (suq ħieles, ekonomija ċentralizzata, u ekonomija mħallta). L-ekonomija ta Malta ekonomija mħallta bbażata l-aktar fuq is-settur terzjarju. Il-mobbiltà tax-xogħol u l-progress filkarriera; ir-rwol tal-korporazzjoni għax-xogħol u t-taħriġ f Malta (letc). Il-qgħad (kawżi u effetti) u l-faqar; in-nuqqas ta xogħol. Ir-relazzjonijiet industrijali (l-imsieħba soċjali, it-trejd unjons, in-negozjar u lftehim kollettiv); il-kunflitt industrijali; ir-rwol tal-organizzazzjoni Dinjija tax-xogħol (ILO). Ir-rwol tal-kooperattivi u l-intrapriżi żgħar u ta daqs medju 1 P a g e

L-ekonomija, ix-xogħol u l-mistrieħ. X nifhmu bil-kelma ekonomija? Ekonomija hija dik l-attività li tipproduċi l-ġid tal-pajjiż. Ix-xogħol Ix-xogħol huwa attività li jagħmel il-bniedem biex jaqla l-għejxien ta kuljum. Ix-xogħol jitqies ukoll bħala dmir li għandna nagħmlu iżda huwa wkoll dritt. Skont l-ilo l-organizzazzjoni Internazzjonali tax-xogħol tqis ix-xogħol bħala kull xorta ta ħidma ekonomika u tgħid din iddefinizzjoni: Il-ħidma ekonomika tal-pajjiż hija magħmula min-nies li jwettqu attivament xogħol produttiv ta oġġetti ta merċa u servizzi, li huma ddestinati għall-bejgħ fis-suq, għat-tpartit ma oġetti oħra, jew inkella għall-konsum privat. Kull persuna tkun ta liema sess tkun, li hija kapaċi tagħmel dan, titqies parti mil-labour supply tal-pajjiż. Persuna li tagħmel xogħol id-dar li ma titħallasx hija xorta meqjusa bħala xogħol. Is-soċjoloġija tħares lejn ix-xogħol bħala kull tip ta attività, ta idejn u tal-moħħ, li ssir biex tilħaq xi għan jew biex tipproduċi xi ħaġa. 2 P a g e

L-Edukazzjoni tħejjina għad-dinja tax-xogħol. Dawn huma l-fatturi li jwasslu biex persuna tkun preparata għaxxogħol: Dixxiplina Valuri Kwalifiki Żvilupp ta talenti u għalhekk dawn jintużaw fuq il-post taxxogħol Soċjalizzazzjoni sekondarja Informazzjoni minn għalliema bħal Guidance teachers Il-funzjonijiet tax-xogħol Huwa importanti ħafna fil-ħajja tagħna minħabba diversi funzjonijiet kemm fuq livell personali (tiegħi innifsi) kif ukoll fuq bażi soċjali (tassoċjetà). 3 P a g e

Personali Soċjali Għejxien Sodisfazzjon Talenti Responsabilità Kapaċitajiet Indipendenza Sens Ta' Identità Speċjalizzazzjoni Interdipendenza Interazzjoni soċjali Proċess Ta' Soċjalizzazzjoni Sekondarja Kontribuzzjoni Ix-xogħol jgħinek fuq bażi personali: 1. Indipendenza finanzjarja: taqla l-paga u għalhekk tkun tista tixtri l- ikel ta kuljum. Għalhekk ma tiddependi minn ħadd. 2. Sens ta sodisfazzjon: jekk fix-xogħol tiegħek qed tgħin lil ħaddieħor jew tipproduċi xi oġġett, dan se jagħtik sens ta sodisfazzjon għax qed tagħmel użu mit-talenti tiegħek. Xi ħaddiema jkollhom sens ta sodisfazzjon aktar minn oħrajn, madanakollu kull xogħol huwa importanti għas-soċjetà (fuq bażi soċjali). 3. Responsabilità: Ix-xogħol jgħinek tkun responsabbli. Bħala ħaddiem għalkemm għandek id-drittijiet għandek ukoll id-dmirijiet. Eżempju l- ħaddiem huwa fid-dmir li jilbes l-ilbies protettiv għax-xogħol. 4. Kapaċitajiet: Il-bniedem ikompli jiżviluppa l-kapaċitajiet tiegħu fuq l-post tax-xogħol. Ix-xogħol jgħinu jkompli jitgħallem, u din hija parti mis-soċjalizzazzjoni sekondarja. 4 P a g e

5. Sens ta identità: Normalment ix-xogħol li wieħed jagħżel jirrifletti l-karattru tiegħu u anke l-identità. Tabib li jgħin lin-nies, jirrifletti l- valur tiegħu u jassoċja ruħu ma xogħol partikulari. Ix-xogħol jgħinek fuq bażi soċjali: 1. Speċjalizzazzjoni: Ix-xogħol jgħin lis-soċjetà u lill-individwu biex jispeċjalizza. Eżempju fis-settur tas-saħħa nsibu tobba, infermiera, carers u ħafna oħrajn. Fis-settur tal-edukazzjoni nsibu għalliema, LSAs. Kull xogħol huwa importanti għas-soċjetà. Il-ġbir ta skart għandu valur soċjali kbir, iżda ftit li xejn għandu valur personali. 2. Interdipendenza: Għal kontra ta indipendenza din tfisser li kulħadd għandu bżonn lil xulxin. Eżempju l-għalliema għandhom bżonn lit-tobba, u t-tobba għandhom bżonn jibagħtu lit-tfal tagħhom l-iskola li jiġu mgħallma mill-għalliema. Din l-interdipendenza ġiet minħabba l- ispeċjalizzazzjoni fejn kulħadd qed jagħmel ix-xogħol tiegħu. Qabel din ma kinitx teżisti għax fi żmien il-qedem il-bniedem kien kaċċatur, bidwi u sajjied fl-istess ħin. Minħabba dan il-fattur is-soċjetà saret qisha Katina. Jekk xogħol wieħed jonqos, is-soċjetà kollha tbati. 3. Interazzjoni soċjali: Permezz tax-xogħol il-bniedem jikkomunika ma ħaddieħor. Bniedem li jitgħallem iktar jaħdem fi grupp jista juża l- ambjent tax-xogħol tiegħu biex jagħmel ħbieb ġodda u jkun kuntent aktar fil-ħajja soċjali tiegħu. 4. Kontribuzzjoni: Bil-kelma kontribuzzjoni nfissru li tagħti xi ħaġa lissoċjetà. Huwa minħabba f hekk li l-bniedem ittih sens ta identità u jipprevjeni milli jkollu sens inferjuri. 5 P a g e

Mingħajr xogħol ma jkunx hawn produzzjoni li hija dik il-proċess li minnu jgħaddi prodott qabel ma jasal għand il-konsumatur. Eżempju l- injam jibqa fis-siġar u qatt ma jsir għamara, il-ġebla tibqa fil-barriera u qatt ma ssir dar. Għalhekk ix-xogħol huwa l-qofol tal-produzzjoni. Il-bniedem ma jistax jaħdem biss imma għandu bżonn il-misrtrieħ ukoll. Fil-ħin liberu persuna tagħmel attivitajiet li tixtieq u li bihom tiddeverti u jistrieħ. Il-ħin tal-mistrieħ iservi lill-bniedem kemm biex huwa jkun jista jaħdem, kif ukoll biex f dan il-ħin il-persuna tkun tista tgawdi dak li tkun ħadmet għalih. Xi modi pożittivi ta kif tista tqatta l-ħin liberu tiegħek: Xogħol volontarju : xogħol bla ħlas ma tfal, anzjani jew persuni b diżabilità, morda, refuġjati jew persuni li għandhom problemi ta drogi. Kultura u wirt storiku Ambjent naturali u ħlejjaq Għaqdiet reliġjużi Sports Tinvolvi ruħek fil-lokalità tiegħek Taqra xi ktieb Toħroġ mal-ħbieb Issir taf x inhu jiġri madwarek u ssir ċittadin attiv fis-soċjetà. Tgħin lil min hu fil-bżonn 6 P a g e

Huwa tajjeb li meta nagħmlu xogħol volontarju fih ikollu sens ta solidarjetà u b hekk persuna qed tkun ċittadin attiv fis-soċjetà. Ix-xogħol bħala wieħed mid-drittijiet umani. Minħabba l-importanza tiegħu, ix-xogħol huwa meqjus bħala wieħed mid-drittijiet tal-bniedem. Artiklu 23 tad-dikjarazzjoni universali taddrittijiet tal-bniedem, maħruġa mill-ġnus Magħquda, jitkellem fuq iddritt għax-xogħol li għandu jkollha kull persuna umana indipendentement minn razza, twemmin poliku jew reliġjuż, nazzjonalità, sess, eċċ. Din il-liġi tħares li l-ħaddiema jkollhom: Xogħol dinjituż; Kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa Ma jiġux sfurzati biex jagħmlu xogħol kontra l-volontà tagħhom; Ma jiġux trattati bħala skjavi; Ikollhom ħin xieraq għall-mistrieħ tagħhom; Tħares id-dritt ta kull ħaddiem li jissieħeb fi trejdunjin bilgħan li tipproteġi l-interessi tiegħu kontra min iħaddmu. Madanakollu kull ħaddiem irid iżomm f moħħu li hu għandu wkoll iddoveri (dmirijiet). Dawn huma: Li jagħti l-ġurnata tax-xogħol tiegħu mingħajr skartar. Li jibża għall-apparat u l-magni li jkunu adatti fi jdejh. Li ma jaħlix il-materjal bl-addoċċ. 7 P a g e

Li jirrispetta lil sħabu l-ħaddiema u jgħinhom b sens ta soliderjetà. Li jagħmel ix-xogħol tiegħu b mod tajjeb u serju. Li ma jiħux sick-leave meta ma jkunx tassew marid. Li ma jħarisx lejn ta miegħu jew lejn ta fuqu bħala għedewwa, iżda bħala kollaboraturi. Li ma jiġġakbinax lil sħabu biex jidher sabiħ ma ta fuqu. Kif inbidel ix-xogħol matul iż-żminijiet? Ix-xogħol mhux minn dejjem kien kif nafuh illum il-ġurnata. Eluf ta snin ilu t-teknolġija ma kinitx avvanzata bħal tal-lum. Għalhekk in-nies kienu jagħmlu xogħol tal-idejn bħall-kaċċa, xogħol tar-raba, biedja, sajd u snajja oħra. It-trasformazzjoni tax-xogħol: pre-industrijali, industrijali, u teknoloġiku. Dawn huma l-karatteristiċi ta : Xogħol Pre-Industrijali: Imsejħa wkoll bħala soċjetà agrikola. Il-kelma pre tfisser qabel, għalhekk pre-industrijali tfisser qabel ix-xogħol industijali. Qabel iż-żmien tal-fabbriki u makkinarju. Xogħol li jaqa taħt is-settur primarju, xogħol primittiv bħal kaċċa, sajd, biedja. Il-flus ma kinux jeżistu. 8 P a g e

Il-populazzjoni kienet tiddependi ħafna mill-bdiewa għall-ikel, fi kliem ieħor l-agrikoltura huwa ċ-ċentru tal-għejxien. Il-bdiewa kienu jaħdmu l-għelieqi tagħhom bl-idejn, l-użu ta magni kien limitat. Ma konniex insibu ħafna klassijiet soċjali imma konna nsibu l- bdiewa u s-sidien. Produzzjoni limitata; dan ifisser li persuna ma kinitx tagħmel ħafna mill-prodott iżda ammont żgħir għaliha u għas-soċjetà. Ibażata fuq l-ekonomija tal-agrikoltura, jiġifieri dik tar-raba. Ma konniex insibu ħafna tqassim ta xogħol (division of labour), imma persuna waħda kienet tagħmel il-prodott kollu hi għax ilprodotti kienu sempliċi. Ir-Rivoluzzjoni Industrijali, seħħet fl-ingilterra għal nofs is-seklu tmintax, u wasslet għat-tieni tip ta soċjetà is-soċjetà industrijali. Xogħol industrijali: Huwa dak ix-xogħol li jseħħ fl-industrija, imma jinkludi wkoll nies li jagħtu servizz bħal fattiga u kok. Xogħol teknoloġiku F dan iż-żmien il-bniedem beda jivvinta l-magni. Il-produzzjoni tal-prodotti bdiet isseħħ fil-fabbriki. Għalhekk ix-xogħol ma baqax aktar manwali (isir bl-idejn) iżda bilmagni. 9 P a g e

Is-settur primarju beda jonqos u daħal is-settur sekondarju fejn il-materja prima tiġi pproċessata fi prodott u lesta għall-bejgħ. Karl Marx jirreferi għall-ħaddiema li kienu jaħdmu f dan iż-żmien bħala l-proletarjat. Minħabba li x-xogħol beda jsir bil-magni (teknoloġija Empirika), l-ħaddiem kellu l-opportunità li jtella aktar produzzjoni f inqas ħin. Għalhekk l-ammont ta prodotti li beda jsir f dan iż-żmien kien bilkwantità jew produzzjoni tal-massa (mass production). Wieħed mill-eżempji ta xogħol industijali huwa l-karozzi Ford li ġew ivvintati minn Henry Ford. Hawn naraw it-tqassim tax-xogħol (Division of Labor) ġo fabbrika fejn kull persuna qiegħda tagħmel biċċa mill-prodott sakemm flaħħar jiġi finali. Minħabba dan it-tqassim tax-xogħol hemm aktar effiċjenza u l- ħaddiem qed jgħaġġel aktar. Ix-xogħol huwa ikkontrollat u hemm bidu ta magni u assembly lines. Id-drittijiet tal-ħaddiema huma ftit minħabba li t-trade unjins kienu għadhom fil-bidu. Wara l-fażi tax-xogħol industrijali, tul isseklu għoxrin ġiet ir-rivoluzzjoni postindustrijali jew ix-xogħol teknoloġiku. Minn użu ta tekonoloġija empirika (magni talfabbriki) bdiet tintuża t-teknoloġija. Dawn huma l-karatteristiċi: Imsejħa wkoll bħala soċjetà post-industrijali jew soċjetà diġitali. Il-kelma post tfisser wara, għalhekk post-industrijali tfisser wara ż-żmien industrijali fejn minflok magni daħlet it-teknoloġija fosthom kompjuters, internet u sistemi oħra diġitali. 10 P a g e

Il-ħaddiem minflok jagħmel il-prodott irid iħaddem is-softwares li jagħmlu x-xogħol. Aktar kemm jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin naraw li l-ammont talħaddiema jonqos għax minflok jintużaw robots li bihom isir ix-xogħol. Madanakollu bnedmin li joffru servizz dejjem qegħdin jibqgħu fiddomanda. Pre-industrijali -agrikola Is-soċjetà industrijali Is-soċjetà postindustrijali 11 P a g e

L-erba setturi tax-xogħol 1. Is-settur primarju : Il-ħruġ tal-materja prima minn natura. Eżempju: Il-ħaddiema tal-barrieri, sajjieda u bdiewa. 2. Is-settur sekondarju: Il-manifattura, ipproċessar tal-materja prima. Eżempju: il-ħaddiema tal-fabbriki. 3. Is-settur terzjarju: Il-kummerċ u s-servizzi essenzjali. Eżempju: il-puluzija, tabib, għalliema, avukati jew hairdresser. 4. Is-settur kwaternarju: Is-servizzi avvanzati, diġitali. Eżempju: Software developer, web designer, programmer 12 P a g e

Sistemi Ekonomiċi Bil-kelma sistema ekonomika nifhmu sistema ta kif il-produzzjoni, kif jiġu allokati r-riżorsi u d-distribuzzjoni tal-prodotti u s-servizzi fissoċjetà. Hemm tliet tipi differenti ta sistemi ekonomiċi. Dawn huma: Suq Ħieles Ekonomija Ċentralizzata Ekonomija mħallta 13 P a g e

Suq Ħieles: F suq ħieles l-ekonomija u r-riżorsi huma determinati skont ilprovvista u d-domanda li hemm għalihom. Huwa l-individwu li jiddeċiedi f dan it-tip ta suq. Il-gvern ma jintervjeni bl-ebda mod fis-suq iżda l-individwu jiddeċiedi. Fi kliem ieħor, kulħadd għandu ċ-ċans li jixtri u jbiegħ meta, kemm u fejn irid. Hawnhekk il-konsumaturi għandhom aktar għażla minn fejn jixtru. Għalhekk għandhom aktar ċans li jonfqu aktar flus. Il-kumpaniji jkunu privatizzati, jiġifieri tannies inġenerali u mhux tal-gvern. Minħabba li hawnhekk ikun hemm ħafna kumpaniji li joffru l-istess prodotti, ilkonsumaturi għandhom aktar ċans li jieħdu l-prodotti rħas, minħabba li l-kumpaniji jibdew jikkompetu bejniethom u għalhekk iraħħsu l-prezz biex ikunu jistgħu jattiraw in-nies lejhom u jixtru l-prodott tagħhom. Ħafna mid-drabi l-kapitaliżmu jaqa ma suq ekonomiku ħieles. Però hemm sitwazzjonijiet fejn anke fil-kapitaliżmu hemm restrizzjonijiet. 14 P a g e

Ekonomija ċentralizzata: Għall-kuntrarju tas-sistema ħielsa f din is-sistema ekonomika l-gvern għandu rwol ta kif jiġu organizzati r-riżorsi, ilproduzzjoni kemm il-prodotti kif ukoll is-servizzi. Għalhekk mhux il-konsumatur jew in-negozjant jieħu d-deċizjoni ekonomika, iżda l-gvern. Il-gvern jikkontrolla l-bejgħ u x-xiri tal-prodotti u tas-servizzi. Għall-kuntrarju ta ekonomija ħielsa m hemmx ħafna kompetizzjoni iżda l-gvern huwa monopolju li tfisser li hemm persuna waħda jew kumpanija waħda li toffri dawk il-prodotti jew servizzi. Ħafna drabi pajjiżi komunisti jkollhom ekonomija ċentralizzata. Eżempju ta pajjiż b din it-tip ta ekonomija hija ċ-ċina. 15 P a g e

Ekonomija mħallta: B ekonomija mħallta nifhmu meta hemm taħlita ta ekonomija ħielsa u ekonomija ċentralizzata. Ħafna mill-pajjiżi żviluppati ma għandhomx sistema ta ekonomija mħallta. Il-produzzjoni hija mqassma bejn dak pubbliku u dak privat. Malta għandha din it-tip ta ekonomija. 16 P a g e

Ir-rwol tal-korporazzjoni għax-xogħol u t- Taħriġ f Malta (ETC). Tgħin lil dawk li jixtiequ jsibu jaħdmu. Toffri korsijiet ta taħriġ biex ittejjeb il-ħiliet tal-individwi għax-xogħol. Tgħin lill-kumpaniji jsibu ħaddiema li għandhom ħiliet li jaqblu max-xogħol deskritt. Il-qgħad u l-faqar; in-nuqqas ta xogħol. Bil-kelma qgħad nifhmu n-nuqqas ta xogħol u impjieg fil-pajjiż. Jista jkun li jkun hemm underemployment fejn persuna ma jkollhiex biżżejjed xogħol biex taqla l-għejxien tagħha. Ezempju meta jkollha part-time biss u għalhekk m għandhiex biżżejjed dħul. Ir-raġunijiet (il-kawża) għall-qgħad skont Richard Barrett: Staġun ħażin: pereżempju staġun tal-biedja, tas-sajd, jew tat-turiżmu. Nuqqas ta investiment fil-pajjiż Reġjun fil-pajjiż jitlef xi industrija li kellu eż tagħlaq xi fabbrika f Għawdex (qgħad reġjonali). Il-persuna li ma jkunux iridu jmorru joqogħdu f reġjun ieħor tal-pajjiż. In-nuqqas ta persuni kwalifikati. 17 P a g e

L-għażż: meta bniedem ma jkunx irid jaħdem jew jistudja. Il-persuni li jħobbu jbiddlu l-impjieg tagħhom. Il-persuni li jkollhom xi diżabilità gravi. Il-persuni ta età kbira li jsibu ruħhom bla xogħol għarraġuni li s-sengħa tagħhom m għadhiex teżisti, pereżempju l- landier. Dan jissejjaħ qgħad strutturali. Pagi u salarji għoljin wisq li ma jħajrux lill-kumpaniji jdaħħlu impjegati ġodda. L-inflazzjoni, li tista tikkaġuna żidiet tant kbar fil-pagi u s- salarji li ħafna drabi l-kumpanniji jkollhom ikeċċu l- ħaddiema. Reċessjoni ekonomika li ma ddumx ma tispiċċa, iżda li ġġiegħel lill-kumpanniji jissospendu l-impjieg ta xi ħaddiema sakemm il-bejgħ jerġa jibda jiżdied u s-sitwazzjoni terġa tiġi għan-normali. Dan jissejjaħ qgħad ċikliku. Reċessjoni ekonomika serja minħabba fiha l-pubbliku ma jonfoqx, il-produzzjoni tonqos ħafna u jkollhom jagħlqu l- kumpanniji. L-użu tar-robots fil-fabbriki, li joħloq il-qgħad teknoloġiku. L-effett tal-qgħad. Kif semmejna x-xogħol huwa importanti ħafna kemm għall-individwu kif ukoll tas-soċjetà. Għalhekk jekk ħa jkun hawn il-qgħad, in-nuqqas ta xogħol, l-effetti negattivi ħa jkunu kemm fuq l-individwu kif ukoll fuq is-soċjetà. 18 P a g e

L-effett negattiv tal-qgħad fuq l-individwu: Iħossu konfuż fl-identità tiegħu. Jitlef l-ħin minn ħajtu. Nuqqas ta opportunità biex jesperjenza affarijiet ġodda, fosthom li jibni relazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol. Din ħa ġġib magħha sens ta inferjorità (low self-estreem.) Dipressjoni u ansjetà minħabba nuqqas ta sigurtà. Jitlef is-sens ta sigurtà minħabba in-nuqqas ta flus. Iħoss nuqqas ta kontroll fuq l-libertà tiegħu. Ma jkunx jista jagħti sehem għall-ekonomija tal-pajjiż. Ma jkollux riżorsi biżżejjed biex jipprovdi oġġetti u servizzi. L-effett negattiv tal-qgħad fuq is-soċjetà: Il-livell ta għejxien jonqos fuq bażi soċjali. Ikun hemm ħela ta riżorsi umani. Aktar probabilità ta vizzjijiet bħal droga, alkoħol li jistgħu jwasslu għal kriminalità. Dawn huma kollha problemi soċjali. Jiżdied il-bżonn ta benefiċċji soċjali (welfare benefits) u għalhekk il-gvern joħroġ aktar milli jdaħħal għax ikun hawn tnaqqis fid-dħul tat-taxxa minħabba li n-nies li jħallsu t-taxxa mill-paga tagħhom jonqsu. L-ekonomija ma tkunx stabbli u għalhekk tkun batuta. Pajjiż b ekonomija soda ma jkollux livell ta qgħad għoli. Meta l- qgħad ikun baxx ifisser li l-ekonomija ta dak il-pajjiż hija waħda stabbli. 19 P a g e

Ir-relazzjonijiet Industrijali: Bil-kelma relazzjonijiet industrijali nifhmu dawk ir-relazzjonijiet bejn il-ħaddiema u min iħaddimhom. Ħafna drabi l-ħaddiema jkunu rrapreżentati mit-trejdunjins tagħhom. Ir-relazzjonijiet industrijali huma l-mod kif l-imsieħba soċjali (il-gvern, il-ħaddiema u min iħaddem) jiddiskutu bejniethom biex jilħqu qbil fuq kundizzjonijiet differenti, (bħal pagi, ħinijiet, drittijiet, taħriġ, sahra). It-tredjunjins huma għaqdiet tal-ħaddiema li fihom jilħqu l-istess għanijiet; dawk li huma ta benefiċċju għall-ħaddiema. Permezz tattredjunjins il-ħaddiem ikollu sigurtà tax-xogħol, paga xierqa; mhux inqas milli ħaqqu, l-organizzazzjoni tassigura li x-xogħol isir minn numru sostanzjali ta ħaddiema fi żmien xieraq u mhux fi żmien li jaqbel għal min iħaddem biss għalhekk l-organizzazzjoni tassigura kundizzjonijiet tax-xogħol tajba. It-trade union tilħaq kompromess bejn min iħaddem u l-ħaddiema u tiddiskuti l-kuntratt tax-xogħol. Hija żżomm jew ittejjeb il-kundizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol. Dawn jinkludu: pagi, benefiċċji, regoli tax-xogħol, proċeduri ta ilmenti u tevita li jitkeċċa ħaddiem mingħajr raġuni valida. 20 P a g e

Azzjoni Industrijali: meta minħabba nuqqas ta qbil ta xi ħadd millimsieħba soċjali jipprotesta kontra parti oħra; pereżempju permezz ta strajk. In-negozjar u l-ftehim kollettiv Il-ftehim Industrijali huwa ftehim bejn l-imsieħba soċjali li jinkludu l- gvern, min iħaddem u għalhekk iwassal għall-kondizzjonijiet aħjar. International Labour Organisation. Din hija organizzazzjoni assoċjata mal-ġnus Magħquda li tipprovdi għajnuna lill-membri biex tgħinhom iwettqu r-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar il-post tax-xogħol. Din toħloq aktar opportunitajiet ta impjieg, issaħħaħ il-proċess soċjali u tgħolli l-livell ta għejxien. Bdiet fl-1919 u rebħet il-premju Nobel fl-1969. Hija differenti minn aġenziji oħra tal-ġnus Magħquda għax fiha jaħdmu mhux biss ħaddiema tal-ġnus Magħquda iżda ukoll rappreżentanti ta min iħaddem, rappreżentanti u uffiċjali tal-gvern. Kull pajjiż għandu erba delegati jaħdmu mal-ilo; tnejn f isem il-gvern, wieħed f isem is-sidien u wieħed f isem il-ħaddiema. Issir laqgħa ġenerali annwali f Geneva l-iżvizzera, biex jinħoloq ftehim dwar standards għad-dinja tax-xogħol. Taħdem fuq id-drittijiet umani bħal maternity leave, sigurtà soċjali, penzjonijiet u dwar xogħol sfurzat. 21 P a g e