Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

Similar documents
Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

Kumitat għall-affarijiet Legali. għall-kumitat għall-ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sikurezza tal-ikel

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja.

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

Gwida dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u l-valutazzjoni dwar is-sigurtà

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Linji Gwida dwar il-kummerċ mal-unjoni Ewropea (UE) Settembru 2015

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

Passaport Ewropew għaċ-ċittadinanza Attiva

CORRIGENDUM Annule et remplace le document COM(2013) 158 final du Concerne la version MT (seulement le titre sur la page de couverture)

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

Gwida għall-anness V Eżenzjonijiet mill-obbligu ta reġistrazzjoni

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

***I POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

IL-KUMMISSJONI EWROPEA DIRETTORAT ĠENERALI GĦAS-SAĦĦA U L-KONSUMATURI

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjarji. Kaz Nru. 032/2017. FG (l-ilmentatur) vs ARGUS Insurance Agencies Ltd. (C 597) (Il-Provditur tas-servizz)

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

TRIBUNAL TAL-APPELL GHALL- KOMPETIZZJONI U GHALL-KONSUMATUR

MT Appoġġ mogħti mill-ue għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-asja t'isfel/ ix-xlokk tal-asja. Rapport Speċjali.

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

BIEDJA U ŻVILUPP RURALI

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

P7_TA-PROV(2012)0452 Konferenza ta' Doha dwar it-tibdil fil-klima (COP 18)

Ra l-ilment fejn l-ilmentatur jghid li pogga 5,000 ma Crystal Finance Investments Limited fl-24 ta Lulju 2013.

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

9638/17 MIR/pmf 1 DGE 1C

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

WERREJ 01. EKONOMIJA XOGĦOL INFRASTRUTTURA TRASPORT ENERĠIJA GĦAWDEX SOĊJETÀ LI TAĦSEB F'KULĦADD 76

L-Avveniment taż-żgħażagħ. Ewropew. Rapport EYE2018. L-Ewropa ssemma' leħinha! 100 idea għal futur aħjar

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

KULLEĠĠ SAN NIKOLA SEKONDARJA RABAT EŻAMIJIET TA NOFS IS-SENA. Isem: Klassi: Numru tar-reġistru:

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Il-KESE isejjaħ għal programm ġdid ta azzjoni soċjali sabiex jiġu ffaċċjati realtajiet ġodda Għeżież qarrejja, EDITORJAL

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

RESULTS AND SCORERS Information compiled by Saviour Vella

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Każin tal-banda San Lawrenz

Fava Woodworks Co. Ltd.

Każin tal-banda San Lawrenz

Protest Gudizzjarju ta Liam Debono detentur ta karta tal-identita numru L;

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

IL-GWIDA TIEGĦEK GĦAL BIDU ĠDID L-IRLANDA TAGĦTI ĦARSA LEJN IL-FUTUR TIEGĦEK

Malli ghalqet f Awwissu 2016, qaluli li niehu biss bejn 26,000-27,000.

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

X inhu l-koran Imqaddes?

Settembru 2011 Numru 82

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

Każin tal-banda San Lawrenz

Fava Woodworks Co. Ltd.

Sant Agata Patruna ta Malta

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

Każin tal-banda San Lawrenz

Different types of fishing vessels

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

Konferenza Nazzjonali dwar id-direttiva tal- Kunsill ta l-unjoni Ewropea li tistabbilixxi Qafas Ìenerali g al Trattament Ugwali fl-impieg

Transcription:

Komunikazzjoni Komuni dwar il-prattika Komuni tal-karattru Distintiv Marki figurattivi li jkun fihom kliem deskrittiv/mhux distintiv 2 ta' Ottubru 2015

1. SFOND L-uffiċċji tal-pi tan-netwerk Ewropew għall-marki Kummerċjali u d-disinni għadhom jikkollaboraw filkuntest tal-programm ta Konverġenza. Huma issa qablu fuq Prattika Komuni fir-rigward taʼ meta marka figurattiva, li jkun fiha biss kliem deskrittiv/mhux distintiv, tgħaddi mill-eżami tar-raġunijiet assoluti għaliex l-element figurattiv jagħti karattru distintiv biżżejjed. Din il-prattika Komuni hija magħmula pubblika permezz ta din il-komunikazzjoni Komuni, bl-għan li żżid aktar it-trasparenza, iċ-ċertezza legali, u l-prevedibbiltà għall-benefiċċju kemm tal-eżaminaturi kif ukoll tal-utenti. Il-kwistjonijiet li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta applikazzjoni tal-proġett: Kwistjonijiet lingwistiċi: ikkunsidra, għall-finijiet tal-proġett, li l-elementi tal-kliem huma kompletament deskrittivi/mhux distintivi fil-lingwa tiegħek. Interpretazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta ċaħda: il-prattika komuni ma taffettwax l- aċċettazzjoni jew l-interpretazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta ċaħda mill-uffiċċji tal-pi. L-użu tal-marka kummerċjali (inklużi l-karattru distintiv miksub u kif il-marka fil-fatt tintuża fil-kummerċ). 2. IL-PRATTIKA KOMUNI It-test li ġej jiġbor fil-qosor il-messaġġi prinċipali u d-dikjarazzjonijiet ewlenin tal-prinċipji tal-prattika Komuni. It-test sħiħ jinsab fi tmiem din il-komunikazzjoni. Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-livell limitu tal-karattru distintiv ikunx intlaħaq minħabba l- karatteristiċi figurattivi fil-marka, jiġu kkunsidrati l-kriterji li ġejjin: * Nota: Is-sinjali li jaqraw Togħma u aroma huma mmirati sabiex jipproteġu l-kafé fil-klassi 30, is-sinjali li jaqraw Sardin frisk u Sardin huma mmirati sabiex jipproteġu s-sardin fil-klassi 29, is-sinjal li jaqra DIY huwa mmirat sabiex jipproteġi l-kitts ta partijiet biex jintramaw f għamara fil-klassi 20, is-sinjali li jaqraw Servizzi ta kontroll tal-pesti huma mmirati sabiex jipproteġu s-servizzi ta kontroll tal-pesti fil-klassi 37, u s-sinjal li jaqra Servizzi ta' pariri legali huwa mmirat sabiex jipproteġi s-servizzi legali fil-klassi 45. Kriterju B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA It-tipa u l-font Prattika Komuni B mod ġenerali, elementi ta kliem deskrittiv/mhux distintiv li jidhru f tipa bażika/tipi standardittri jew tipi bi stil ta kitba bl-idejn bl-effetti tal-font jew mingħajrhom (tipa grassa, korsiv) ma jistgħux jiġu rreġistrati. Eżempji mhux distintivi: 2

Meta t-tipi standard jinkorporaw elementi ta' disinni grafiċi bħala parti millittri, dawk l-elementi jeħtieġ li jkollhom biżżejjed impatt fuq il-marka sħiħa biex jagħmluha distintiva. Meta dawn l-elementi jkunu biżżejjed biex jiddevjaw l-attenzjoni tal-konsumatur mit-tifsira deskrittiva tal-element ta' kliem jew ikun possibbli li joħolqu impressjoni fit-tul tal-marka, il-marka tkun tista' tiġi rreġistrata. Eżempji distintivi: Kriterju Kombinazzjoni mal-kulur Prattika Komuni Is-sempliċi "żieda" ta' kulur wieħed ma' element ta' kliem deskrittiv/mhux distintiv, mal-ittri nfushom jew bħala sfond, mhix biżżejjed biex il-marka tingħata karattru distintiv. L-użu tal-kuluri huwa komuni fil-kummerċ u ma jitqiesx bħala marka taloriġini. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li arranġament partikolari ta' kuluri, li ma jkunx tas-soltu u li wieħed ikun jista' jiftakar faċilment, jista' jagħmel ilmarka distintiva. Eżempji mhux distintivi: Kriterju Kombinazzjoni mal-punteġġjatura u simboli oħrajn Prattika Komuni B mod ġenerali, iż-żieda tal-punteġġjatura jew simboli oħrajn li ġeneralment jintużaw fil-kummerċ ma tagħtix karattru distintiv lil sinjal li jkun fih elementi ta kliem deskrittiv/mhux distintiv. Eżempji mhux distintivi: Kriterju Il-pożizzjoni tal-elementi ta kliem (lejn il-ġenb, bil-maqlub, eċċ.) Prattika Komuni B mod ġenerali, il-fatt li l-elementi ta' kliem ikunu rranġati f linja vertikali, bilmaqlub jew f linja waħda jew aktar, mhuwiex biżżejjed biex jagħti lis-sinjal illivell minimu ta karattru distintiv li huwa meħtieġ għar-reġistrazzjoni. Eżempji mhux distintivi: Madankollu, il-mod kif l-elementi ta kliem ikunu ppożizzjonati jista jżid ilkarattru distintiv ta sinjal meta l-arranġament ikun sar b tali mod li l- konsumatur normali jiffoka fuqu aktar milli jagħraf immedjatament il-messaġġ deskrittiv. 3

Eżempji distintivi: Kriterju B KUNSIDERAZZJONI GĦALL-ELEMENTI FIGURATTIVI FIL-MARKA L-użu ta' forom ġeometriċi sempliċi. Prattika Komuni L-elementi verbali deskrittivi jew mhux distintivi, ikkombinati ma forom ġeometriċi sempliċi bħal ponot, linji, segmenti tal-linji, ċrieki, triangoli, kaxxi, rettangoli, parallellogrammi, pentagoni, eżagoni, trapeżji u elissi x aktarx li ma jkunux aċċettabbli, partikolarment meta l-forom imsemmijin fuq jintużaw bħala frejm jew bordura. Eżempji mhux distintivi: Min-naħa l-oħra, il-forom ġeometriċi jistgħu jżidu l-karattru distintiv ta' sinjal meta l-preżentazzjoni, il-konfigurazzjoni jew il-kombinazzjoni tagħhom ma' elementi oħrajn toħloq impressjoni globali li tkun distintiva biżżejjed. Eżempji distintivi: Kriterju Il-pożizzjoni u l-proporzjon (daqs) tal-element figurattiv b'rabta mal-element ta' kliem Prattika Komuni B'mod ġenerali, meta element figurattiv li jkollu karattru distintiv minnu nnifsu jiġi miżjud ma element ta kliem desrittiv u/jew mhux distintiv, ilmarka tkun tista' tiġi rreġistrata, sakemm l-element figurattiv, minħabba d- daqs u l-pożizzjoni tiegħu, ikun jingħaraf b mod ċar fis-sinjal. Eżempji mhux distintivi: Eżempju ta distintiv: Kriterju Prattika Komuni Meta l-element figurattiv ikun rappreżentazzjoni ta, jew ikollu rabta diretta malprodotti u/jew is-servizzi Element figurattiv jitqies bħala deskrittiv u/jew nieqes minn karattru distintiv kull meta: - Ikun rappreżentazzjoni realistika tal-prodotti u s-servizzi; - Ikun jikkonsisti minn rappreżentazzjoni simbolika/stilizzata tal-prodotti u 4

s-servizzi li ma tvarjax b mod sinifikanti mir-rappreżentazzjoni komuni talprodotti u s-servizzi msemmija. Eżempji mhux distintivi: Eżempji distintivi: Element figurattiv li ma jirrappreżentax il-prodotti u s-servizzi, iżda li jkollu rabta diretta mal-karatteristiċi tal-prodotti u s-servizzi ma jagħtix lis-sinjal karattru distintiv, sakemm dan ma jkunx stilizzat biżżejjed. Eżempju mhux distintiv: Eżempju distintiv: Kriterju Jekk l-element figurattiv jintuża b mod komuni fil-kummerċ b rabta mal-prodotti u/jew is-servizzi li għalihom ikun applikat Prattika Komuni B'mod ġenerali, l-elementi figurattivi li jintużaw b mod komuni fil-kummerċ fir-rigward tal-prodotti u/jew is-servizzi li tkun saret talba għalihom ma jagħtux karattru distintiv lis-sinjal sħiħ. Eżempji mhux distintivi: B KUNSIDERAZZJONI KEMM TAL-ELEMENTI TA KLIEM U KEMM DAWK FIGURATTIVI FIL- MARKA Kif il-kombinazzjonijiet tal-kriterji jaffettwaw il-karattru distintiv Prattika Komuni B mod ġenerali, kombinazzjoni tal-elementi figurattivi u l-elementi ta kliem li, jekk jitqiesu b mod individwali, ma jkollhomx karattru distintiv, ma tirriżultax f marka b karattru distintiv. Madankollu, kombinazzjoni ta' elementi bħal dawn, meta jitqiesu flimkien, tista' titqies bħala marka tal-oriġini minħabba l-preżentazzjoni u l-kompożizzjoni tassinjal. Dan ikun il-każ meta l-kombinazzjoni tirriżulta f impressjoni ġenerali li titbiegħed biżżejjed mill-messaġġ deskrittiv/mhux distintiv li jwassal l-element ta kliem. Eżempji: Sabiex sinjal ikun jista jiġi rreġistrat, għandu jkollu livell minimu ta' karattru distintiv. L-għan tal-iskala huwa biex turi fejn qiegħed il-livell limitu. L-eżempji ta' hawn taħt mix-xellug għal-lemin jinkludu elementi li għandhom impatt li jiżdied fuq il-karattru 5

distintiv tal-marki, li jirriżulta f'marki li mhumiex distintivi fit-totalità tagħhom (il-kolonna l-ħamra) jew distintivi fit-totalità tagħhom (il-kolonna l-ħadra). Mhux distintiva Distintiva Għandu jiġi nnotat li applikant ma jistax jikseb drittijiet esklussivi fuq il-kliem deskrittiv/mhux distintiv, meta jkun l-element figurattiv li jagħti l-karattru distintiv lill-marka sħiħa. Il-kamp ta applikazzjoni tal-protezzjoni huwa limitat għall-kompożizzjoni totali tal-marka. Fir-rigward tal-impatt fuq il-kamp ta applikazzjoni tal-protezzjoni meta marka tikkonsisti minn elementi mhux distintivi/dgħajfin, jekk jogħġbok ara l-prinċipji tal-prattika Komuni fuq CP5. Raġunijiet Relattivi Probabbiltà ta Konfużjoni (L-impatt ta komponenti mhux distintivi/dgħajfa). https://oami.europa.eu/tunnelweb/secure/webdav/guest/document_library/contentpdfs/about_ohim/who_we_are/common_co mmunication/common_communication5_mt.pdf 3. IMPLIMENTAZZJONI Kif kien il-każ bi prattiki komuni preċedenti, il-prattika Komuni ser tidħol fis-seħħ fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta din il-komunikazzjoni Komuni. Aktar dettalji dwar l-implimentazzjoni ta din il-prattika Komuni huma disponibbli fit-tabella ta' hawn taħt. L-uffiċċji ta implimentazzjoni jistgħu jagħżlu li jippubblikaw informazzjoni addizzjonali fuq il-websajts tagħhom. F'dan il-punt, huma l-uffiċċji li ġejjin li ser jimplimentaw il-prattika komuni: AT, BG, BOIP, CY, CZ, DE, DK, EE, ES, FR, GR, HR, HU, IE, LT, LV, MT, NO, UASI, PT, RO, SE, SI, SK, UK. 6

L-uffiċċji tal-ue li ġejjin jappoġġjaw il-prattika komuni, iżda mhux ser jimplimentawha f'dan il-punt ta' żmien: FI, IT, PL. 3.1 UFFIĊĊJI TA IMPLIMENTAZZJONI LISTA TA UFFIĊĊJI TA IMPLIMENTAZZJONI, DATA TA' IMPLIMENTAZZJONI, U PRATTIKA TA IMPLIMENTAZZJONI Ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni tal-prattika komuni Il-prattika komuni se tkun applikabbli għal: Uffiċċju Data talimplimentazzjoni L- applikazzjonijiet pendenti fid-data ta implimentazzjoni L- applikazzjonijiet kollha rreġistrati wara d-data ta implimentazzjoni Il-proċedimenti ta' invalidità pendenti fid-data ta implimentazzjoni L-applikazzjonijiet ta' invalidità reġistrati wara d- data ta implimentazzjoni Talbiet għal invalidità ta' TMs li kienu eżaminati skont din ilprattika komuni AT BG BOIP CY CZ DE DK EE ES 02.01.2016 X 02.01.2016 X X X X X 02.10.2015 X X M/A M/A M/A 02.10.2015 X X X 02.01.2016 X X 02.10.2015 X X X 01.01.2016 X X 01.01.2016 X M/A M/A M/A 02.01.2016 X M/A M/A M/A 7

FR GR HR HU IE LT LV MT NO UASI PT RO SE SI SK Ir- Renju Unit 02.10.2015 X X M/A M/A M/A 02.10.2015 X X 01.01.2016 X X X 01.12.2015 X X 02.01.2016 X X 01.01.2016 X M/A M/A M/A 02.01.2016 X X 02.10.2015 X X M/A M/A M/A 02.10.2015 X X X X X 02.01.2016 X X X X X 03.10.2015 X X M/A M/A M/A 02.01.2016 X X M/A M/A M/A 02.10.2015 X X M/A M/A M/A 02.01.2016 X M/A M/A M/A 01.12.2015 X X X X X 02.10.2015 X X M/A MHUX APPLIKABBLI 8

ANNESS: PRINĊIPJI TAL-PRATTIKA KOMUNI 9

MT Konverġenza Prinċipji tal-prattika Komuni Programm ta Konverġenza CP 3. Karattru distintiv - Marki Figurattivi li jkun fihom kliem deskrittiv/mhux distintiv

Indiċi 1. SFOND TAL-PROGRAMM...12 2. SFOND TAL-PROĠETT...13 3. L-GĦAN TA DAN ID-DOKUMENT...14 4. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-PROĠETT...14 5. IL-PRATTIKA KOMUNI...16 5.1. Kliem deskrittiv/mhux distintiv.... 16 5.2. X inhuma l-livelli limitu figurattivi biex marka tgħaddi mill-eżami tar-raġunijiet assoluti?... 17 A. Fir-rigward tal-elementi ta' kliem tal-marka... 18 A.1. Tipa u font.... 18 A.2. Kombinazzjoni mal-kulur... 22 A.3. Kombinazzjoni mal-punteġġjatura u simboli oħrajn... 23 A.4. Il-pożizzjoni tal-elementi ta' kliem (lejn il-ġenb, ta' taħt fuq, eċċ).... 24 B. Fir-rigward tal-elementi figurattivi fil-marka.... 25 B.1. L-użu ta' forom ġeometriċi sempliċi.... 25 B.2. Il-pożizzjoni u l-proporzjon (daqs) tal-element figurattiv b'rabta mal-element ta' kliem... 27 B.3. L-element figurattiv huwa rappreżentazzjoni ta jew għandu rabta diretta malprodotti u/jew is-servizzi.... 28 B.4. L-element figurattiv ġeneralment jintuża fil-kummerċ b'rabta mal-prodotti u/jew is-servizzi li għalihom ikun applikat... 32 C. Il-kombinazzjonijiet tal-kriterji ta' hawn fuq kif jaffettwaw il-karattru distintiv?... 34 11

1. SFOND TAL-PROGRAMM Minkejja t-tkabbir fl-attività tal-marki kummerċjali u d-disinji madwar id-dinja f dawn l-aħħar snin, l-isforzi sabiex tinkiseb konverġenza fil-mod li bih l-uffiċċji madwar id-dinja joperaw taw biss riżultati modesti. Fl-Ewropa, għad hemm ħafna xi jsir sabiex jitneħħew l-inkonsistenzi bejn l-uffiċċji tal-pi tal-ue. Il-Pjan Strateġiku tal-uasi jidentifika din is-sitwazzjoni bħala waħda millisfidi ewlenin li għandhom jiġu indirizzati. B'kunsiderazzjoni ta' dan, il-programm ta' Konverġenza ġie stabbilit f'ġunju 2011. Dan jirrifletti d-determinazzjoni komuni tal-uffiċċji nazzjonali, il-boip, l-uasi u l-utenti biex isir avvanz lejn era ġdida fost l-uffiċċji tal-pi tal-ue bil-ħolqien progressiv ta netwerk interoperabbli u kollaborattiv Ewropew li jikkontribwixxi għal ambjent tal-pi iktar b saħħtu fl-ewropa. Il-viżjoni ta dan il-programm hija Li jistabbilixxi u jikkomunika ċarezza, ċertezza legali, kwalità u utilità kemm għall-applikant kif ukoll għall-uffiċċju". Dan l-għan ser jinkiseb billi ssir ħidma konġunta sabiex jiġu armonizzati l-prattiċi u ser iġib miegħu benefiċċji notevoli kemm għall-utenti u kemm għall-uffiċċji tal-pi. Fl-ewwel stadju, tnedew il-ħames proġetti li ġejjin taħt il-kappa tal-programm ta Konverġenza: CP 1. Armonizzazzjoni tal-klassifikazzjoni CP 2. Konverġenza tal-intestaturi tal-klassijiet CP 3. Karattru distintiv - Marki Figurattivi li jkun fihom kliem deskrittiv/mhux distintiv CP 4. Kamp ta Applikazzjoni tal-protezzjoni tat-trejdmarks B&W CP 5. Raġunijiet Relattivi Probabbiltà ta Konfużjoni (Impatt ta komponenti mhux distintivi/dgħajfa) Dan id-dokument jiffoka fuq il-prattika Komuni l-ġdida tat-tielet proġett: CP 3. Karattru distintiv - Marki Figurattivi li jkun fihom kliem deskrittiv/mhux distintiv 12

2. SFOND TAL-PROĠETT Fil-bidu tal-proġett, kien hemm diverġenza notevoli fost l-uffiċċji tal-pi tal-ue fir-rigward talvalutazzjoni tal-marki komposti li jkun fihom elementi figurattivi u kliem purament deskrittiv/mhux distintiv. Dawn il-prattiċi u l-interpretazzjonijiet differenti jwasslu għal riżultati varji u għalhekk idgħajfu ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà fir-rigward ta' meta l-karatteristiċi figurattivi jagħmlu l-marka distintiva biżżejjed, b'tali mod li tkun tista' tgħaddi mill-eżami tarraġunijiet assoluti. Konsegwentement, l-uffiċċji raw il-bżonn li ssir armonizzazzjoni u kkunsidraw li Prattika Komuni tkun ta' benefiċċju kemm għall-utenti kif ukoll għall-uffiċċji. L-għan tal-proġett huwa li jkun hemm konverġenza tal-approċċ fejn marka figurattiva, li jkun fiha kliem purament deskrittiv/mhux distintiv, tgħaddi mill-eżami tar-raġunijiet assoluti minħabba li l-element figurattiv jagħtiha karattru distintiv biżżejjed. Jeżistu erba' prodotti ta' dan il-proġett, b'kull prodott jindirizza kwistjoni differenti: 1) Prattika Komuni li tinkludi approċċ komuni li għandu jiġi stabbilit f'dokument u tradott fil-lingwi kollha tal-ue. 2) Strateġija ta komunikazzjoni komuni għal din il-prattika. 3) Pjan ta' azzjoni biex tiġi implimentata l-prattika Komuni. 4) Analiżi tal-bżonnijiet biex tiġi indirizzata l-prattika tal-imgħoddi. Id-dokument preżenti huwa l-ewwel wieħed mill-erba' prodotti. Dawn il-prodotti tal-proġett jiġu stabbiliti u jkun hemm qbil fuqhom mill-uffiċċji tal-pi parteċipanti, b'kunsiderazzjoni tal-kummenti tal-assoċjazzjonijiet tal-utenti. L-ewwel laqgħa tal-grupp ta' ħidma saret fi Frar 2012 f'alicante sabiex jiġu ddeterminati l-linji ta' azzjoni ġenerali, il-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett u l-metodoloġija tal-proġett. Saru laqgħat sussegwenti f'ottubru 2012, Ġunju u Ottubru 2013, u anki fi Frar, f'april, f'ġunju, f'diċembru 2014 u fi Frar 2015. Waqt dawn il-laqgħat l-għanijiet tal-proġett ġew diskussi fiddettall mill-grupp tal-pakkett tax-xogħol, li hu responsabbli għall-ħolqien tal-prattika Komuni, u ntlaħaq qbil dwar il-prinċipji tal-prattika Komuni. 13

3. L-GĦAN TA DAN ID-DOKUMENT Dan id-dokument iservi ta' referenza għall-uffiċċji tal-pi, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti, l-applikanti u r-rappreżentanti dwar il-prattika Komuni biex jiddeterminaw meta marka figurattiva li jkun fiha kliem purament deskrittiv/mhux distintiv tgħaddi mill-eżami tar-raġunijiet assoluti minħabba li l- element figurattiv jagħti lill-marka sħiħa karattru distintiv biżżejjed. Ser ikun disponibbli b'mod wiesa' u ser ikun aċċessibbli faċilment, fejn jipprovdi spjegazzjoni ċara u komprensiva talprinċipji li fuqhom hija msejsa l-prattika Komuni l-ġdida. Dawn il-prinċipji ser jiġu applikati b'mod ġenerali u huma mmirati li jkopru l-maġġoranza l-kbira tal-każijiet. Il-karattru distintiv għandu jiġi vvalutat fuq bażi ta' każ b'każ, bil-prinċipji komuni jservu bħala gwida sabiex jiġi żgurat li l-uffiċċji differenti ppreżentati bl-istess raġunijiet jaslu għal riżultat prevedibbli simili. 4. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-PROĠETT Skont id-deċiżjoni tal-qorti fil-kawża C-104/01, Libertel, para.48-50: "Skont ġurisprudenza kostanti, id-dritt tat-trejdmarks jikkostitwixxi element essenzjali tas-sistema ta kompetizzjoni mhux distorta li t-trattat KE jrid jistabbilixxi u jżomm. Minbarra dan, skont l-artikolu 5(1) tad-direttiva, fir-rigward ta prodotti jew servizzi speċifiċi, ittrejdmark irreġistrata tagħti lill-proprjetarju tagħha dritt esklussiv li jippermettilu jimmonopolizza s-sinjal irreġistrat bħala trejdmark mingħajr limitazzjoni ta żmien. Il-possibbiltà li trejdmark tiġi rreġistrata tista tkun limitata għal raġunijiet relatati mal-interess pubbliku. Id-Direttiva 2008/95/KE tal-parlament Ewropew u tal-kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-istati Membri dwar it-trejdmarks (id-"direttiva"), tistipula fl- Artikolu 3(1)(b) u (c) 1 li trejdmarks li m'għandhom l-ebda karatteristika distintiva, u t- trejdmarks deskrittivi, jiġifieri, dawk li jikkonsistu esklussivament minn sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw it-tip, kwalità, kwantità, skop intiż, valur, oriġini ġeografika, jew iż-żmien ta' produzzjoni tal-merkanzija jew tal-għoti tas-servizz, jew karatteristiċi oħrajn tal-merkanzija jew tas-servizzi, ma għandhomx jiġu rreġistrati, jew jekk jiġu rreġistrati għandhom ikunu suxxettibbli għal dikjarazzjoni ta' invalidita. 1 Kull referenza għall-artikoli tad-"direttiva" tista' tinftiehem bħala referenza għall-artikoli korrispondenti tar-regolament tal- Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trejdmark Komunitarja. 14

Id-diversi raġunijiet għal ċaħda għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-interess pubbliku li jkun hemm għal kull waħda minnhom (ara l-każijiet Konġunti C-456/01 P u C-457/01 P, Henkel, para.45-46, Każ C-329/02 P, SAT.1, para. 25). Huwa fl-interess pubbliku li r-reġistrazzjoni ta' marka, li ma tiddistingwixxix il-prodotti u/jew isservizzi li għalihom tkun qed tintalab reġistrazzjoni minn dawk ta impriżi oħrajn, tiġi pprevenuta. Il-kamp ta applikazzjoni tal-proġett huwa dan: L-għan taʼ dan il-proġett huwa li tinstab prattika komuni fir-rigward taʼ meta marka figurattiva, li jkun fiha biss kliem deskrittiv/mhux distintiv, tgħaddi mill-eżami tarraġunijiet assoluti għaliex l-element figurattiv jagħti karattru distintiv biżżejjed. Il-kwistjonijiet li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta applikazzjoni tal-proġett: Kwistjonijiet lingwistiċi: ikkunsidra għall-finijiet tal-proġett li l-elementi ta kliem huma kompletament deskrittivi/mhux distintivi fil-lingwa tiegħek. Interpretazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta ċaħda. L-użu tal-marka kummerċjali (inklużi l-karattru distintiv miksub u kif il-marka fil-fatt tintuża fil-kummerċ). Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-livell limitu tal-karattru distintiv ikunx intlaħaq minħabba l- karatteristiċi figurattivi fil-marka, jiġu kkunsidrati l-kriterji li ġejjin: Fir-rigward tal-elementi ta kliem fil-marka: o It-tipa u l-font o Kombinazzjoni mal-kulur o Kombinazzjoni mal-punteġġjatura u simboli oħrajn o Il-pożizzjoni tal-elementi ta kliem (lejn il-ġenb, bil-maqlub, eċċ.) Fir-rigward tal-elementi figurattivi fil-marka: o L-użu ta' forom ġeometriċi sempliċi. o Il-pożizzjoni u l-proporzjon (daqs) tal-element figurattiv b'rabta mal-element ta' kliem o Jekk l-element figurattiv ikunx rappreżentazzjoni ta, jew ikollux rabta diretta malprodotti u/jew is-servizzi 15

o Jekk l-element figurattiv jntużax b mod komuni fil-kummerċ b rabta mal-prodotti u/jew is-servizzi li għalihom ikun applikat. Fir-rigward kemm tal-elementi ta kliem u kemm ta dawk figurattivi fil-marka: o Kif il-kombinazzjonijiet tal-kriterji jaffettwaw il-karattru distintiv. 5. IL-PRATTIKA KOMUNI 5.1. Kliem deskrittiv/mhux distintiv. Għall-finijiet ta dan il-proġett, l-elementi ta kliem fil-marka jitqiesu bħala kompletament deskrittivi/mhux distintivi, minħabba li l-iskop prinċipali huwa l-konverġenza tal-approċċ firrigward ta' meta ż-żieda ta element figurattiv tagħti karattru distintiv biżżejjed lill-marka sħiħa u b hekk tippermetti li l-marka taqdi l-funzjoni essenzjali tagħha u tgħaddi mill-eżami ta raġunijiet assoluti. Skont il-ġurisprudenza stabbilita, sabiex marka kummerċjali jkollha karattru distintiv għallfinijiet tal-artikolu 3(1)(b) tad-direttiva għandha tkun kapaċi twettaq il-funzjoni essenzjali tagħha, jiġifieri li tiggarantixxi l-identità tal-oriġini kummerċjali tal-prodotti u/jew is-servizzi li jġorru l-marka għall-konsumatur jew l-utent aħħari billi tipperemetti li, mingħajr possibbiltà ta konfużjoni, dan jiddistingwi l-prodotti jew is-servizzi minn oħrajn li jkollhom oriġini oħra u għaldaqstant biex tiġi ripetuta l-esperjenza, jekk din tkun waħda pożittiva jew biex tiġi evitata, jekk din tkun waħda negattiva (ara C-39/97, Canon, para.28 u T-79/00, LITE, para.26). Kif iddikjarat mill-qorti, il-kapaċità li marka kummerċjali twettaq il-funzjoni essenzjali tagħha ma tistax tiġi diżassoċjata mill-interess ġenerali sottostanti għall-artikolu3(1)(c) tad-direttiva li jiżgura li s-sinjali jew l-indikazzjonijiet deskrittivi relatati mal-karatteristiċi tal-prodotti jew isservizzi li għalihom tkun qed tintalab reġistrazzjoni jistgħu jintużaw b mod ħieles millkummerċjanti kollha li joffru t-tali prodotti u/jew servizzi, filwaqt li jiġi pprevenut li t-tali sinjali u indikazzjonijiet jiġu riżervati għal impriża waħda minħabba li jkunu ġew irreġistrati bħala marki kummerċjali (ara l-kawżi C-299/99 Philips, para.30, C-329/02 P, SAT.1, para.30, il-kawżi Konġunti C-90/11 u C-91/11, Alfred Strigl, para.31, C-53/01 P, Linde, para.73, u C-104/01, Libertel, para.52, C-363/99 Koninklijke KPN Nederland NV, para.54, il-kawżi Konġunti C-108/97 u C-109/97 Windsurf Chiemsee, para.25). 16

Il-karattru distintiv għandu, l-ewwel nett, ikun ivvalutat permezz ta referenza għall-prodotti jew isservizzi li għalihom tkun qed tintalab ir-reġistrazzjoni u, it-tieni nett, permezz ta referenza għallperċezzjoni tal-pubbliku relevanti (ara C-53/01 P, Linde, para.41, C-363/99, Koninklijke KPN Nederland NV, para.34, Kawżi Konġunti C-468/01 P to C-472/01 P, Procter & Gamble, para.33). Għalkemm kull waħda mir-raġunijiet għal ċaħda elenkati fl-artikolu 3(1) hija indipendenti millbqija u teħtieġ eżami separat, teżisti madankollu koinċidenza ċara bejn il-kamp ta applikazzjoni ta kull waħda mir-raġunijiet għal ċaħda stipulati fl-artikolu 3(1)(b) u (c) (ara l-kawżi Konġunti C-90/11 u C-91/11, Alfred Strigl, para.20, C-53/01 P, Linde, para.67, Kawża C-363/99 Koninklijke KPN Nederland NV, para.85, Kawża C-392/02 P, SAT.1, para 25). Skont il-ġurisprudenza stabbilita, sinjal li jiddeskrivi l-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi għall-finijiet tal-artikolu 3(1)(c) tad-direttiva jkun, f dak ir-rigward, bilfors nieqes mill-karattru distintiv b rabta ma dawk il-prodotti jew is-servizzi fi ħdan it-tifsira tal-artikolu 3(1)(b) tad- Direttiva. Marka tista madankollu tkun nieqsa minn kwalunkwe karattru distintiv b rabta mal-prodotti jew is-servizzi għal raġunijiet oħra barra mill-fatt li tista tkun deskrittiva (ara C-265/00, Biomild, para.19, Kawża C-363/99 Koninklijke KPN Nederland NV, para.86, u Kawża C-51/10 P, Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI, para.33). Għaldaqstant, marka deskrittiva hija neċessarjament nieqsa minn kwalunkwe karattru distintiv, għalkemm marka kummerċjali jista jkun li tkun nieqsa mill-karattru distintiv minħabba raġunijiet għajr il-karattru deskrittiv. 5.2. X inhuma l-livelli limitu figurattivi biex marka tgħaddi mill-eżami tar-raġunijiet assoluti? Minkejja li jkun fiha kliem purament deskrittiv/mhux distintiv, marka figurattiva xorta tista tgħaddi mill-eżami ta raġunijiet assoluti jekk ikun hemm elementi oħrajn fil-marka li jagħtu lillmarka sħiħa karattru distintiv 2. 2 Fir-rigward tal-impatt fuq il-kamp ta applikazzjoni, meta marka tikkonsisti minn elementi mhux distintivi/dgħajfin jekk jogħġbok ara l-prinċipji ta' Prattika Komuni fuq CP5 - Raġunijiet Relattivi - Possibbiltà ta' Konfużjoni (Impatt tal-komponenti mhux distintivi/dgħajfin) 17

Madankollu, il-karattru distintiv ta' marka kummerċjali li jkun fiha elementi ta' kliem deskrittiv/mhux distintivi ma jistax jiddependi fuq elementi figurattivi li ma jkollhomx karattru distintiv minnhom infushom jew li jkunu ta' natura minimalistika, sakemm il-kombinazzjoni riżultanti ma tkunx waħda distintiva b'mod ġenerali. Dan il-prinċipju huwa kkonfermat mill-qtġ-ue fis-sentenza tagħha C-37/03 P, BioID. F'din issentenza, il-qorti tiddikjara li l-elementi grafiċi fil-marka jista' jkun li "m għandhom l-ebda karattru li jippermetti lill-pubbliku rilevanti jagħmel distinzjoni mingħajr ebda konfużjoni possibbli bejn il-prodotti jew is-servizzi li għalihom tapplika l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni minn dawk li għandhom oriġini differenti" u għalhekk "l-imsemmija elementi grafiċi mhumiex kapaċi li jwettqu l-funzjoni essenzjali ta trejdmark fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi rilevanti" (para. 72). Bħala eżempju, f'dak il-każ partikolari "l-elementi figurattivi u grafiċi huma ta' natura tant superfiċjali li ma jagħtu l-ebda karattru distintiv lit-trejdmark sħiħa li għaliha saret l- applikazzjoni. L-imsemmija elementi m'għandhom l-ebda aspett, b'mod partikulari fi kliem ta' fantasija jew fir-rigward għall-mod li huma magħquda flimkien, li jippermetti lillimsemmija trejdmark li twettaq il-funzjoni essenzjali tagħha f'dak li jikkonċerna l-prodotti u s- servizzi li għalihom tapplika l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni" (para. 74). Sabiex jiġi ddeterminat il-karattru distintiv mogħti mill-elementi figurattivi fis-sinjal, kien hemm qbil dwar dawn il-kriterji: A. Fir-rigward tal-elementi ta' kliem tal-marka. A.1. Tipa u font. B'mod ġenerali, l-elementi ta' kliem deskrittiv/mhux distintiv li jidhru f'tipa bażika/standard, ittri jew tipi ta' stil ta' kitba bl-idejn bl-effetti tal-font jew mingħajrhom (tipa grassa, korsiv) - ma jistgħux jiġu rreġistrati. https://oami.europa.eu/tunnelweb/secure/webdav/guest/document_library/contentpdfs/about_ohim/who_we_are/common_communication/common_co mmunication5_mt.pdf 18

Meta t-tipi standard jinkorporaw elementi ta' disinni grafiċi bħala parti mill-ittri, dawk l- elementi jeħtieġ li jkollhom biżżejjed impatt fuq il-marka sħiħa biex jagħmluha distintiva. Meta dawn l-elementi jkunu biżżejjed biex jiddevjaw l-attenzjoni tal-konsumatur mittifsira deskrittiva tal-element ta' kliem jew ikun possibbli li joħolqu impressjoni fit-tul talmarka, il-marka tkun tista' tiġi rreġistrata. Eżempji Mhux distintiva Raġunament Sinjal Prodotti/servizzi Tipi bażiċi, bl-effetti tal-font jew mingħajrhom (tipa grassa, korsiv) Varjazzjonijiet żgħar fit-tipa (jiġifieri kelma b'tipa grassa) Kitba bl-id u tipi ta' stil ta' kitba blid Klassi 29: Sardin. Ibbażat fuq il-kawża "Bollywood macht 19

glücklich!", Bundespatentgericht 27 W (pat) 36/09. Klassi 29: Sardin. Ibbażat fuq il- Kawża T-464/08, Superleggera (ara l- para.33-34). Ittri żgħar + ittri kbar Klassi 29: Sardin. Tipa Standard + tipa korsiva Klassi 29: Sardin. Kapitalizzazzjoni interna tal-ittri li ma taffettwax it-tifsira tal-element ta' kliem Klassi 29: Sardin. Tipa b'ċerta partikolarità, iżda li tibqa' relattivament normali Klassi 29: Sardin. Ibbażata fuq ilkawża jogosonline, applikazzjoni għal marka kummerċjali Portugiża Nru 406731, miċħuda mill-inpi. 20

Distintiva Raġunament Sinjal Prodotti/servizzi Ittri miktubin bl-idejn li jkunu stilizzati b'tali mod li ma jkunux jinqraw, jiġifieri l-ebda tifsira deskrittiva ma tkun tista' tittieħed minnhom. Tipa b'biżżejjed stilizzazzjoni u bilpossibbiltà li l-karattri individwali jiġu interpretati b'diversi modi. * "DIY" tfisser "do it yourself" (għamilha int stess), u hija kkunsidrata bħala element ta' kliem mhux distintiv b'rabta mal-prodotti li għalihom tkun qed titfittex ilprotezzjoni. Klassi 20: Kitts ta' partijiet biex jintramaw f'għamara Tipi ddisinjati grafikament, Ċerti ittri jkunu aktar diffiċli biex jinqraw. 21

A.2. Kombinazzjoni mal-kulur Skont dak li ntqal mill-qorti tal-ġustizzja fis-sentenza tagħha C-104/01, "Libertel", "jeħtieġ li jkun imfakkar li, filwaqt li l-kuluri huma kapaċi sabiex iwasslu ċerta assoċjazzjonijiet ta ideat u sabiex inisslu sentimenti, ftit huma kapaċi biex jikkomunikaw informazzjoni preċiża, dawn huma inqas u inqas kapaċi peress li dawn normalment u filbiċċa l-kbira huma użati fir-reklamar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta prodotti u ta servizzi minħabba s-setgħa tagħhom li jiġbdu l-attenzjoni, lil hinn minn kull messaġġ preċiż" (para. 40). Il-Qorti tal-ġustizzja, fid-deċiżjoni preliminari C-49/02, Heidelberger, tgħid ukoll li "Ħlief f'ċirkustanzi eċċezzjonali, il-kuluri m'għandhomx karatteristika distintiva ab initio" (para. 39). Is-sempliċi "żieda" ta' kulur wieħed ma' element ta' kliem deskrittiv/mhux distintiv, malittri nfushom jew bħala sfond, mhix biżżejjed biex il-marka tingħata karattru distintiv. L-użu tal-kuluri huwa komuni fil-kummerċ u ma jitqiesx bħala marka tal-oriġini. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li arranġament partikolari ta' kuluri, li ma jkunx tas-soltu u li l-konsumatur rilevanti jkun jista' jiftakar faċilment, jista' jagħmel il-marka distintiva. Eżempji Mhux distintiva Raġunament Sinjal Prodotti/servizzi Iż-żieda ta' kulur wieħed ma' tipa bażika/normali (Ittri bil-kulur) Iż-żieda ta' kulur wieħed ma' tipa bażika/normali (Sfond jew frejm bil- 22

kulur) Iż-żieda ta' kulur wieħed ma' tipa bażika/normali (Bordura bil-kulur) Iż-żieda ta' kulur wieħed ma' tipa bażika/normali (kulur gradjent). F'dan l-eżempju, l-applikazzjoni ta' ħafna kuluri differenti għall-ittri tista' tiġbed l- attenzjoni tal-konsumatur, iżda ma tgħinx biex il-konsumatur jiddistingwi l-prodotti u/jew is-servizzi ta' impriża minn dawk ta' oħrajn, minħabba li l-konsumaturi la jinnutaw u lanqas jiftakru l-arranġament partikolari tal-kuluri. A.3. Kombinazzjoni mal-punteġġjatura u simboli oħrajn B'mod ġenerali, iż-żieda tal-punteġġjatura jew ta' simboli oħrajn li jintużaw fil-kummerċ ma żżidx karattru distintiv ma' sinjal li jkun fih elementi ta' kliem deskrittiv/mhux distintiv. Eżempji Mhux distintiva Raġunament Sinjal Prodotti/servizzi 23

Iż-żieda tal-punt jew sinjal ta' marka kummerċjali ma żżidx karattru distintiv mas-sinjal. Klassi 29: Sardin. Ibbażat fuq il- Kawża C-37/03 P, BioID. (ara l-para. 72-74). Iż-żieda tal-virgoletti ma tagħtix karattru distintiv lis-sinjal. A.4. Il-pożizzjoni tal-elementi ta' kliem (lejn il-ġenb, ta' taħt fuq, eċċ). Il-mod kif l-elementi tal-kliem ikunu ppożizzjonati jista jagħti karattru distintiv lil sinjal meta dan jista jaffettwa l-perċezzjoni tal-konsumatur tat-tifsira tal-elementi tal-kliem imsemmija. Fi kliem ieħor, l-arranġament għandu jkun b'tali mod li l-konsumatur normali jiffoka fuqu aktar milli jinnota l-messaġġ deskrittiv immedjatament. B'mod ġenerali, il-fatt li l-elementi tal-kliem ikunu rranġati f linja vertikali, bil-maqlub jew f linja waħda, tnejn jew iżjed mhuwiex biżżejjed biex jagħti lis-sinjal il-livell minimu ta karattru distintiv li huwa meħtieġ għar-reġistrazzjoni. Eżempji Mhux distintiva Raġunament Sinjal Prodotti/servizzi Test f'żewġ linji jew aktar li jinqara mixxellug għal-lemin. 24

It-test kollu huwa bil-maqlub. It-test kollu huwa vertikali. Distintiva Raġunament Sinjal Prodotti/servizzi It-test ikun ippreżentat b'mod oriġinali. Ilkonfigurazzjoni partikolari tkun kapaċi taffettwa l-perċezzjoni tal-konsumatur talelementi ta' kliem. B. Fir-rigward tal-elementi figurattivi fil-marka. B.1. L-użu ta' forom ġeometriċi sempliċi. Elementi verbali deskrittivi jew mhux distintivi kkumbinati ma' forom ġeometriċi sempliċi bħal ponot, linji, segmenti tal-linji, ċrieki, triangoli, kaxxi, rettangoli, parallellogrami, pentagoni, eżagoni, trapeżji, u ellipsi 3 huwa probabbli li ma jkunux 3 Il-lista ta forom ġeometriċi sempliċi mhijiex eżawrenti. 25

aċċettabbli, partikolarment meta l-forom imsemmijin fuq jintużaw bħala frejm jew bordura. Dan għaliex forma ġeometrika li sservi biss biex tissottolinea, tenfasizza jew iddawwar l- element ta' kelma ma jkollhiex biżżejjed impatt fuq il-marka sħiħa biex tagħmilha distintiva. Min-naħa l-oħra, il-forom ġeometriċi jistgħu jżidu l-karattru distintiv ta' sinjal meta l- preżentazzjoni, il-konfigurazzjoni jew il-kombinazzjoni tagħhom ma' elementi oħrajn toħloq impressjoni globali li tkun distintiva biżżejjed. Eżempji Mhux distintiva Raġunament Sinjal Prodotti/servizzi Eżempji ta' forom ġeometriċi sempliċi li jintużaw bħala frejm jew bordura, li mhux ikkunsidrati bħala aċċettabbli. Distintiva Raġunament Sinjal Prodotti/servizzi Eżempji ta' konfigurazzjoni partikolari ta' elementi ta' kliem mhux distintiv 26

b'forma ġeometrika sempliċi li tagħmel ilmarka sħiħa aċċettabbli minħabba l- arranġament speċjali ta' kif il-kliem jidħol fuq il-forom ġeometriċi sempliċi, kif ukoll id-daqs relattivament kbir tal-forom meta mqabblin mal-kliem biex il-forma ma tidhirx biss bħala waħda li tissottolinea, tenfasizza jew iddawwar il-kliem, iżda tinħloq impressjoni globali li tkun distintiva biżżejjed. Huwa preżunt li l- elementi figurattivi mhumiex rappreżentazzjonijiet tal-ippakkjar. Eżempji ta' kombinazzjonijiet partikolari ta' forom ġeometriċi ma kliem deskrittiv, li jagħmlu lil kull waħda mill-marki distintivi fit-totalità tagħhom. B.2. Il-pożizzjoni u l-proporzjon (daqs) tal-element figurattiv b'rabta mal-element ta' kliem B'mod ġenerali, meta element figurattiv li jkollu karattru distintiv minnu nnifsu jiġi miżjud ma element ta kliem deskrittiv u/jew mhux distintiv, il-marka tkun tista' tiġi rreġistrata, sakemm l-element figurattiv, minħabba d-daqs u l-pożizzjoni tiegħu, ikun jingħaraf b mod ċar fis-sinjal. Eżempji 27

Mhux distintiva Raġunament Sinjal Prodotti/servizzi It-tagħmir aħmar li jidher fuq l-ittra "i" bilkemm jingħaraf. Klassi 29: Sardin. L-element figurattiv tant huwa żgħir li ma jingħarafx. Distintiva Raġunament Sinjal Prodotti/servizzi L-element figurattiv huwa distintiv minnu nnifsu u kbir biżżejjed biex jingħaraf filmarka sħiħa. B.3. L-element figurattiv huwa rappreżentazzjoni ta jew għandu rabta diretta mal-prodotti u/jew is-servizzi. Bħala regola ġenerali, is-sempliċi kombinazzjoni tal-elementi, li kull wieħed minnhom jiddeskrivi l-karatteristiċi tal-prodotti u s-servizzi li għalihom tkun qed titfittex ir-reġistrazzjoni, mingħajr l- introduzzjoni ta' varjazzjonijiet mhux tas-soltu, fiha nnifisha tibqa' deskrittiva u ma tistax tirriżulta f'xi ħaġa oħra għajr marka li tikkonsisti esklussivament minn sinjali u indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, biex juru l-karatteristiċi tal-prodotti u s-servizzi kkonċernati (ara bħala analoġija C-265/00 Biomild, para.39 u C408/08 P, Color Edition, para.61). 28

Madankollu, kombinazzjoni bħal din tista' ma tkunx deskrittiva, jekk toħloq impressjoni li tkun imbiegħda biżżejjed minn dik li tirriżulta mill-kombinazzjoni sempliċi ta' dawk l-elementi birriżultat li tkun aktar mit-total tal-partijiet tagħha (C-265/00 Biomild, para.40). F'ċerti każijiet l-element figurattiv jikkonsisti minn rappreżentazzjoni tal-prodotti u s- servizzi mitlubin. Fil-prinċipju, ir-rappreżentazzjoni hija meqjusa bħala deskrittiva u/jew nieqsa minn karattru distintiv kull meta: Tkun rappreżentazzjoni realistika tal-prodotti u s-servizzi Tikkonsisti minn rappreżentazzjoni simbolika/stilizzata tal-prodotti u s-servizzi li ma titbiegħedx b'mod sinifikanti mir-rappreżentazzjoni komuni tal-prodotti u s- servizzi msemmija; F'każijiet oħrajn l-element figurattiv jista' jkun li ma jirrappreżentax il-prodotti u s-servizzi iżda xorta jista' jkollu rabta diretta mal-karatteristiċi tal-prodotti u/jew is-servizzi. F'każijiet bħal dawn, is-sinjal jitqies bħala wieħed li mhuwiex distintiv, sakemm ma jkunx stilizzat biżżejjed. Eżempji Fl-eżempji li ġejjin, il-marki li jirriżultaw mill-kombinazzjoni ta element figurattiv mhux distintiv/deskrittiv u minn element ta' kliem mhux distintiv/deskrittiv ma joħolqux impressjoni li tkun aktar mit-total tal-partijiet tagħha. Sew jekk l-elementi figurattivi u/jew ta' kliem jitqiesu bħala deskrittivi jew mhux distintivi, irriżultat ikun l-istess. Mhux distintiva Raġunament Sinjal Prodotti/servizzi Element figurattiv deskrittiv + element ta' kliem deskrittiv Klassi 29: Sardin. 29

L-element figurattiv juri l-istampa ta' sardina u għalhekk huwa rappreżentazzjoni realistika tal-prodotti. La t-tipa (bażika/standard), il-pożizzjoni tal-elementi ta' kliem, il-kompożizzjoni ġenerali tal-marka u lanqas elementi oħrajn ma jagħtu lill-marka l-livell minimu meħtieġ ta' karattru distintiv. Element figurattiv deskrittiv + element ta' kliem mhux distintiv. L-element figurattiv juri l-istampa ta' sardina u għalhekk huwa rappreżentazzjoni realistika tal-prodotti. La t-tipa (bażika/standard), il-pożizzjoni tal-elementi ta' kliem, il-kompożizzjoni ġenerali tal-marka u lanqas elementi oħrajn ma jagħtu lill-marka l-livell minimu meħtieġ ta' karattru distintiv. Element figurattiv mhux distintiv + element ta' kliem mhux distintiv L-element figurattiv juri landa tipika tassardin, li ġeneralment tintuża kummerċjalment biex fiha jiġi ppakkjat is-sardin, u għalhekk jikkonsisti minn rappreżentazzjoni simbolika/stilizzata tal-prodotti li ma titbiegħedx b'mod sinifikanti mir-rappreżentazzjoni komuni tal-prodotti msemmija. La t-tipa (bażika/standard), il-pożizzjoni talelementi ta' kliem, il-kompożizzjoni ġenerali tal-marka u lanqas elementi oħrajn ma jagħtu lill-marka l-livell minimu meħtieġ ta' karattru distintiv. Klassi 29: Sardin. Klassi 29: Sardin. 30

Element figurattiv mhux distintiv + element ta' kliem deskrittiv. L-element figurattiv juri landa tipika tassardin, li ġeneralment tintuża kummerċjalment biex fiha jiġi ppakkjat is-sardin, u għalhekk jikkonsisti minn rappreżentazzjoni simbolika/stilizzata tal-prodotti li ma titbiegħedx b'mod sinifikanti mir-rappreżentazzjoni komuni tal-prodotti msemmija. La t-tipa (bażika/standard), il-pożizzjoni talelementi ta' kliem, il-kompożizzjoni ġenerali tal-marka u lanqas elementi oħrajn ma jagħtu lill-marka l-livell minimu meħtieġ ta' karattru distintiv. L-element figurattiv ma jirrappreżentax isservizzi iżda xorta għandu rabta diretta mal-karatteristiċi tas-servizzi. Is-sinjal mhux stilizzat biżżejjed. Klassi 29: Sardin. Klassi 37: Servizzi ta' kontroll ta' pesti. Distintiva Raġunament Sinjal Prodotti/servizzi Eċċezzjoni: kombinazzjoni speċjali/kompożizzjoni (karattru distintiv ġenerali ta' żewġ elementi deskrittivi/mhux distintivi flimkien. Klassi 29: Sardin. Bl-użu tas-sardin bħala l-ittri "F" u "i" dan is-sinjal jagħti l- impressjoni li hi mbiegħda biżżejjed minn din li tagħti s- 31

sempliċi kombinazzjoni ta' elementi figurattivi u ta' kliem mhux distintiv/deskrittiv, li jkunu aktar mit-total tal-partijiet tiegħu. Element figurattiv distintiv + element ta' kliem deskrittiv. L-element figurattiv huwa magħmul minn għadma tal-ħut miexja, u għaldaqstant huwa rappreżentazzjoni simbolika/stilizzata tal-prodotti li titbiegħed b'mod sinifikanti minn rappreżentazzjoni komuni tal-prodotti msemmijin. L-element figurattiv għandu rabta diretta mal-karatteristiċi tasservizzi, iżda s-sinjal huwa stilizzat biżżejjed. Klassi 29: Sardin. Klassi 37: Servizzi ta' kontroll ta' pesti. B.4. L-element figurattiv ġeneralment jintuża fil-kummerċ b'rabta mal-prodotti u/jew is-servizzi li għalihom ikun applikat B'mod ġenerali, l-elementi figurattivi li jintużaw b mod komuni fil-kummerċ fir-rigward tal-prodotti u/jew is-servizzi li tkun saret talba għalihom ma jagħtux karattru distintiv lissinjal sħiħ. Eżempji 32

Mhux distintiva Raġunament Sinjal Prodotti/servizzi Il-marka mitluba tinftiehem mill-pubbliku relevanti bħala indikazzjoni ċara u diretta ta' kwalità u mhux bħala indikazzjoni tal-oriġini tal-prodotti. L-elementi figurattivi ma għandhom l-ebda karatteristika li tolqtok, li mhix tas-soltu jew oriġinali u sempliċement jidhru bħala tikketta komuni li l-konsumatur ġenerali ma jqisx bħala distintiva. It-tabelli tal-prezzijiet ikkuluriti ġeneralment jintużaw fil-kummerċ għal kull tip ta' prodott, u l-kombinazzjoni mal-elementi ta' kliem deskrittiv mhix biżżejjed biex tagħmel il-marka distintiva. Klassi 29: Sardin. Ibbażat fuq il- Kawża T-122/01, Best Buy (ara para.33). It-tabelli tal-prezz ġeneralment jintużaw fil-kummerċ għal kul tip ta' prodott. Il- miżien tal-ġustizzja" ġeneralment jintuża fil-kummerċ għal servizzi legali. Klassi 45: legali Servizzi 33

C. Il-kombinazzjonijiet tal-kriterji ta' hawn fuq kif jaffettwaw ilkarattru distintiv? B'mod ġenerali, kombinazzjoni ta' elementi figurattivi u ta' kliem, li - jekk jitqiesu individwalment - ma jkollhom l-ebda karattru distintiv, ma tirriżultax f'marka distintiva. Madankollu, kombinazzjoni ta' elementi bħal dawn, meta jitqiesu flimkien, tista' titqies bħala marka tal-oriġini minħabba l-preżentazzjoni u l-kompożizzjoni tas-sinjal. Dan ikun il-każ meta l-kombinazzjoni tirriżulta f'impressjoni sħiħa li tkun imbiegħda biżżejjed millmessaġġ deskrittiv/mhux distintiv imwassal mill-element tal-kliem. It-tabella li ġejja tinkludi għażla ta' eżempji, li kollha jinkludu kombinazzjonijiet tal-kriterji individwali vvalutati fit-taqsimiet preċedenti tad-dokument tal-prattika Komuni. Ilkombinazzjonijiet ippreżentati fil-kolonna l-ħamra huma dawk li, fid-dawl tas-sempliċità u/jew natura komuni tagħhom, ma jwasslux biex jinstab karattru distintiv. B'kuntrast, ilkombinazzjonijiet ippreżentati fil-kolonna l-ħadra huma kkunsidrati bħala distintivi. Eżempji: Sabiex sinjal ikun jista' jiġi rreġistrat, għandu jkollu livell minimu ta' karattru distintiv. L- għan tal-iskala huwa biex turi fejn qiegħed il-livell limitu. L-eżempji ta' hawn taħt mixxellug għal-lemin jinkludu elementi li għandhom impatt li jiżdied fuq il-karattru distintiv tal-marki, li jirriżulta f'marki li mhumiex distintivi fit-totalità tagħhom (il-kolonna l- ħamra) jew distintivi fit-totalità tagħhom (il-kolonna l-ħadra) 4. 4 Is-sinjali li jaqraw "Togħma u aroma" huma mmirati sabiex jipproteġu l-kafé fil-klassi 30 u s-sinjali li jaqraw "Sardin frisk" huma mmirati sabiex jipproteġu s-sardin fil-klassi 29. 34

Mhux distintiva Distintiva 1. 2. 3.

Ringiela 1: Mix-xellug għal-lemin, l-ewwel eżempju jikkombina t-tipa bażika/standard ma' kelma b'tipa grassa u l-pożizzjoni tal-elementi ta' kliem. Fil-każ li ġej iż-żieda tal-kulur aħmar tista' tieħu kollox pass 'il quddiem, iżda l-kombinazzjoni (jiġifieri t-tipa standard, il-pożizzjoni tal-elementi ta' kliem u kulur wieħed) xorta ma tirriżultax f'marka distintiva. Fit-tielet eżempju, iż-żieda ta' għadd ta' kuluri żżid xi ħaġa aktar iżda xorta l-preżentazzjoni u l-kompożizzjoni tagħha ma toħloqx impressjoni ġenerali li hija mbiegħda biżżejjed minn dik li tirriżulta mill-kombinazzjoni sempliċi ta' dawk l-elementi, u barra minn hekk il-konsumaturi ma jistgħux jiftakru ħafna kuluri u s-sekwenza tagħhom. Ir-raba' eżempju jikkombina tipa bażika/standard, il-pożizzjoni/id-daqs tal-elementi ta' kliem u żewġ kuluri, li xorta jibqa' mhux distintiv. Il-kombinazzjoni tal-elementi figurattivi fiż-żewġ eżempji distintivi fuq il-lemin, meta jitqiesu flimkien, jistgħu jitqiesu bħala marka tal-oriġini minħabba l-preżentazzjoni u l-kompożizzjoni tas-sinjal, li joħolqu impressjoni viżiva li hija mbiegħda biżżejjed mill-messaġġ deskrittiv/mhux distintiv imwassal mill-elementi ta' kliem. Ringiela 2: Mix-xellug għal-lemin, l-ewwel żewġ eżempji f'dan is-sett jikkombinaw il-forom ġeometriċi sempliċi użati bħala frejms (il-forom rettangolari u ovali rispettivament) mat-tipa bażika/standard, segwiti mit-tipa bażika/standard ikkumbinata ma' forma ċirkolari, il-kulur u l-pożizzjoni tal-elementi ta' kliem. L- eżempju li ġej jikkombina l-arranġament irregolari tal-elementi ta' kliem b'tipa bażika/standard ma' rettangolu angolat u mal-kulur. L-ebda wieħed minn dawn it-tliet eżempji ma joħloq impressjoni ġenerali li hija mbiegħda biżżejjed minn dik li tirriżulta mill-kombinazzjoni ta' dawk l-elementi. Fil-kolonna ta' fuq il-lemin, kombinazzjonijiet mhux arbitrarji ta' forom ikkumbinati mal-kulur u l- pożizzjoni tal-elementi ta' kliem joħolqu impressjoni viżiva li hija mbiegħda biżżejjed mill-messaġġ deskrittiv/mhux distintiv imwassal mill-element ta' kliem. Dan jippermetti li l-marka fit-totalità tagħha tidher bħala marka tal-oriġini minħabba l-preżentazzjoni u l-kompożizzjoni tas-sinjal.

Ringiela 3: Mix-xellug għal-lemin, dan is-sett ta' eżempji jibda b'rappreżentazzjoni realistika tal-prodotti kkombinata ma' żewġ tipi bażiċi u effetti tal-font, segwiti miż-żieda ta' forom ġeometriċi u kulur u żieda sussegwenti ta' forma ġeometrika mal-kombinazzjoni u li tispiċċa bit-tipa kemxejn stilizzata iżda li tibqa' normali b'mod ġenerali. L-ebda wieħed minn dawn l-eżempji ma joħloq impressjoni viżiva li hija mbiegħda biżżejjed mill-messaġġ deskrittiv/mhux distintiv imwassal mill-messaġġ deskrittiv. Konsegwentement, dawn il-marki ma jitqisux bħala marki tal-oriġini. Fuq il-lemin tal-linja, il-preżentazzjoni u l-kompożizzjoni tal-marki, u fuq il-lemin fil-bogħod ilpreżenza ta' element figurattiv li jingħaraf li huwa distintiv minnu nnifsu, jagħti lil marka il-livell minimu meħtieġ ta' karattru distintiv. 37

www.tmdn.org Konverġenza Uffiċċju għall-armonizzazzjoni fis-suq Intern Avenida de Europa 4, E-03008 Alicante, Spain Tel +34 96 513 9100 Fax +34 96 513 1344 information@oami.europa.eu www.oami.europa.eu