Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

Similar documents
Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

Passaport Ewropew għaċ-ċittadinanza Attiva

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

9638/17 MIR/pmf 1 DGE 1C

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

Linji Gwida dwar il-kummerċ mal-unjoni Ewropea (UE) Settembru 2015

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjarji. Kaz Nru. 032/2017. FG (l-ilmentatur) vs ARGUS Insurance Agencies Ltd. (C 597) (Il-Provditur tas-servizz)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

Każin tal-banda San Lawrenz

Ra l-ilment fejn l-ilmentatur jghid li pogga 5,000 ma Crystal Finance Investments Limited fl-24 ta Lulju 2013.

ForzaNazzjonali.com. JIEN NAGĦŻEL malta

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

Każin tal-banda San Lawrenz

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

Kumitat għall-affarijiet Legali. għall-kumitat għall-ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sikurezza tal-ikel

***I POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Protest Gudizzjarju ta Liam Debono detentur ta karta tal-identita numru L;

Malli ghalqet f Awwissu 2016, qaluli li niehu biss bejn 26,000-27,000.

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

werrej Sehem akbar għaż-żgħażagħ fil-ħajja pubblika... 4 L-ilsien Malti, ilsien żagħżugħ...11

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

CORRIGENDUM Annule et remplace le document COM(2013) 158 final du Concerne la version MT (seulement le titre sur la page de couverture)

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

Fava Woodworks Co. Ltd.

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

Każin tal-banda San Lawrenz

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

Il-KESE isejjaħ għal programm ġdid ta azzjoni soċjali sabiex jiġu ffaċċjati realtajiet ġodda Għeżież qarrejja, EDITORJAL

Fava Woodworks Co. Ltd.

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

BORD TA INVESTIGAZZJONI DWAR SKOLA SAJF / KLABB 3-16 SAJF 2014 RAPPORT FINALI

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

WERREJ 01. EKONOMIJA XOGĦOL INFRASTRUTTURA TRASPORT ENERĠIJA GĦAWDEX SOĊJETÀ LI TAĦSEB F'KULĦADD 76

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

Każin tal-banda San Lawrenz

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà

Gwida dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u l-valutazzjoni dwar is-sigurtà

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja.

Chairperson tal-kumitat Amministrattiv Tas- Swatar

X inhu l-koran Imqaddes?

B 2015 Suppliment tal-gazzetta tal-gvern ta Malta, Nru. 17,564, 6 ta April, 2004 Taqsima B

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

Ġimgħa ta Talb. għall-għaqda fost L-Insara ta Jannar 2015

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

P7_TA-PROV(2012)0452 Konferenza ta' Doha dwar it-tibdil fil-klima (COP 18)

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2017

BIEDJA U ŻVILUPP RURALI

Moviment ta Kana GRUPPI FAMILJI NSARA SKEMI 2016

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Settembru 2011 Numru 82

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

1. Editorjal. 3. Messaġġ mill-kappillan. 7. Messaġġ minn Dun Karm Zammit. 8. Dun Karm: 50 sena Saċerdot

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

Konferenza Nazzjonali dwar id-direttiva tal- Kunsill ta l-unjoni Ewropea li tistabbilixxi Qafas Ìenerali g al Trattament Ugwali fl-impieg

IL-GWIDA TIEGĦEK GĦAL BIDU ĠDID L-IRLANDA TAGĦTI ĦARSA LEJN IL-FUTUR TIEGĦEK

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA GAUDETE ET EXSULTATE [ IFIRĦU U THENNEW ] TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU DWAR IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM

TRIBUNAL TAL-APPELL GHALL- KOMPETIZZJONI U GHALL-KONSUMATUR

POLITIKA GĦAL TAL-ĦWIENET 51 PROPOSTA GĦAL KUMMERĊJANTI ŻGĦAR

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

Transcription:

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi Il-fehma ta Alternattiva Demokratika minn Carmel Cacopardo Deputat Chairperson Daħla Manifest Elettorali 2013 White Paper Żewġ punti fundamentali Ir-reġistrazzjoni Id-donazzjonijiet, self u l-investiment Propjetà pubblika akkumulata L-infieq f kampanja elettorali Ir-rwol tat-teżorier Finanzjament mill-istat Konklużjoni

1 Daħla 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 Alternattiva Demokratika minn dejjem, sa mit-twaqqif tagħha, ħamsa u għoxrin sena ilu, fl- 1989, saħqet fuq il-ħtieġa ta trasparenza u kontabilità fil-finanzjament tal-partiti politiċi. Fid-dikjarazzjoni ta prinċipji, 1 approvata minn Alternattiva Demokratika ftit wara t-twaqqif tagħha, fil-fatt iddikjarat li:... aħna naħdmu biex issir liġi fejn il-partiti jkollhom jiddikjaraw il-flus li jiġbru. Barra minhekk, naħdmu biex il-gvern jagħti għajnuna finanzjarja lill-partiti li tkun ibbażata fuq l-ammont ta voti miksuba fl-elezzjonijiet nazzjonali u anke lokali. Minbarra din id-dikjarazzjoni din l-insistenza fuq it-trasparenza u l-kontabilità kienet manifestat ukoll billi Alternattiva Demokratika kontinwament fittxet li tidentifika u tesponi każijiet ta familjarità żejda bejn id-dinja tan-negozju u dik tal-politika. L-investiment li għamlu uħud minn dawk fid-dinja tan-negozju f Malta f uħud mill-politiċi u fil-partiti fil- Parlament tul is-snin ikkontamina l-politika b mod gravi ħafna. Din il-kontaminazzjoni għandha l-għeruq tagħha fil-fond u hi ġeneralament il-kawża ewlenija ta politika żbaljata li tfittex l-interess ta min jiffinanzja l-politika flok ma tfittex l-interess tal-komunità. Mhux ta b xejn li Malta hi waħda mill-pajjiżi tal-aħħar fl-ewropa li qed tikkunsidra li tirregola l-finanzjament tal-politiċi u tal-partiti politiċi. 20 21 Manifest Elettorali 2013 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31 32 33 34 35 Fil-Manifest Elettorali għall-elezzjoni ġenerali ta Marzu 2013 Alternattiva Demokratika għal darba oħra insistiet fuq il-ħtieġa li l-finanzjament tal-partiti politiċi jkun regolat. Il-Manifest Elettorali ta Alternattiva Demokratika fil-kapitlu 6 tiegħu intitolat Riformi Kostituzzjonali u Demokratiċi iqiegħed għad-diskussjoni l-ħames proposti segwenti: 1) regoli stretti fuq id-donazzjonijiet, billi tkun meħtieġa dikjarazzjoni dwar donazzjonijiet ogħla minn 5,000 u l-projbizzjoni ta donazzjonijiet ikbar minn 40,000, 2) finanzjament tal-partiti politiċi mill-istat, bl-għoti lill-partiti politiċi ta 3 fis-sena għal kull vot miksub f elezzjoni ġenerali jew Ewropea, 3) kull partit politiku jkollu l-kontijiet tiegħu vverifikati, minn kummissjoni maħtura mill- Awditur Ġenerali, 4) li n-nefqa minn kandidat għal elezzjoni ġenerali għandha titla minn 1,400 għal 4,000 u li din in-nefqa għandha tinkludi n-nefqa magħmula mill-partit 1 Alternattiva Demokratika: Principji. 1989.

36 37 38 39 40 tiegħu/tagħha pro-rata skond in-numru ta kandidati, li n-nefqa ta kandidati għandha tinkludi dak li jonfqu terzi f isimhom, kif ukoll li n-nefqa ta kull kandidat tkun eżentata mill-ħlas ta taxxa sakemm din tkun fil-limiti stabiliti, 5) li għandha titwaqqaf kummissjoni biex tistabilixxi l-valur tal-propjetà tal-gvern mikrija lill-partiti politiċi u tirrevedi l-kirjiet għal-livelli tas-suq fuq bażi regolari. 41 42 White Paper 43 44 45 46 47 48 49 50 51 52 53 54 55 56 57 58 59 60 61 62 63 64 65 66 67 Huwa fid-dawl ta dan li Alternattiva Demokratika ħadet sehem fid-dibattitu nazzjonali dwar is-suġġett. In partikolari meta f Jannar 2014 ħarġet il-white Paper 2 bil-proposti tal-gvern għad-diskussjoni Alternattiva Demokratika ppreżentat ir-reazzjoni tagħha. 3 Din ir-reazzjoni fil-forma ta dokument ġiet ippreżentat lill-istampa f diversi okkazjonijiet. Ġiet ukoll diskussa f laqgħa li saret mal-ministru tal-ġustizzja l-onorevoli Owen Bonnici. Fil-White Paper tal-gvern ta Jannar 2014 għall-ewwel darba l-proposti tal-gvern bdew jieħdu forma. Kienu jidhru li kellhom xebħ sostanzjali ma proposta ippreżentata fl-aħħar Parlament, il-ħdax-il Leġislatura, mill-onorevoli Franco Debono fil-private Member s Bill illi kien ippreżenta 4. Fit-tweġiba tagħha għall-white Paper, Alternattiva Demokratika emfasizzat l-erbatax-il punt segwenti : 1. li kien hemm qbil fil-prinċipju mal-linja ġenerali tal-proposti tal-gvern, imma li d- dettalji ta dawn il-proposti kellhom fit-totalita tagħhom ikunu ikkunsidrati mill-ġdid, 2. li kien hemm qbil li l-ewwel pass ikun l-ordni, t-trasparenza u l-kontabilita filfinanzjament tal-partiti u li sussegwentement għandu jkun ikkunsidrat ilfinanzjament tal-partiti politiċi mill-istat, 3. ma kienx hemm qbil illi l-awtorità regolatorja tkun il-kummissjoni Elettorali u dan billi l-kummissjoni Elettorali hi komposta esklussivament minn persuni tal-fiduċja talpartiti fil-parlament u dan kif ipprovdut fil-kostituzzjoni, 4. AD ipproponiet li flok ma tkun il-kummissjoni Elettorali, l-awtorità regolatorja għandu jkun il-kummissarju dwar l-istandards fil-ħajja Pubblika flimkien mal-kumitat Magħżul tal- Parlamentari dwar l-istandards fil-ħajja Pubblika u dan b referenza għall-proposta tal-kumitat Magħżul tal-kamra tar-rappreżentanti li f dawk il-ġranet kienet fi stadju avvanzat ta diskussjoni. Illum id-diskussjoni hi konkluża u r-rapport 2 Segretarjat Parlamentari għall-ġustizzja: Il-Finanzjament tal-partiti. Il-proposti tal-gvern għad-diskussjoni. Jannar 2014 3 Finanzjament tal-partiti Politiċi. Proposta ta Alternattiva Demokratika. 6 ta Frar 2014. 4 Il-Ħdax-il Legislatura: Mozzjoni 288 ppreżentata mill-onor Franco Debono nhar is-sibt 21 ta Jannar 2012. L-abbozz ta Liġi propost kien intitolat: Financing of Political Parties Act 2012. Ma ġietx ippreżentata verżjoni bil-malti. 3 P a ġ n a : L u l j u 2 0 1 4

68 69 70 71 72 73 74 75 76 77 78 79 80 81 82 83 84 85 86 87 88 89 90 91 92 93 94 95 96 97 98 99 100 101 102 103 104 105 finali 5 diġa ġie ippreżentat għall-konsiderazzjoni tal-membri Parlamentari. Il-fatt li hu propost mill-kumitat Magħżul tal-kamra tad-deputati illi l-kummissarju dwar l- Istandards fil-ħajja Pubblika jinħatar bl-approvazzjoni ta żewġ terzi tal-membri Parlamentari jassigura li jkun hemm kunsens wiesgħa dwar il-persuna magħzula liema kunsens indubjament iwassal għall-indipendenza ikbar tal-proċess kollu millpartiti parlamentari. 5. AD qablet mal-proposta fil-white Paper illi l-partiti jkunu reġistrati peró emfasizzat ilħtieġa illi l-liġi ma kelliex tidħol f dettalji meqjusa żejda u bla bżonn, u dan minħabba li kull partit politiku hu ġestit b mod differenti. Kellu għaldaqstant ikun emfasizzat li partit politiku, biex ikun reġistrat ħtieġlu li jkun demokratiku fil-ħsieb u demokratiku fil-forma, imma li dwar id-dettalji kif dan kellu jsir kellu jitħalla għalihom spazju raġjonevoli lill-partiti politiċi, 6. AD taqbel li l-kontijiet finanzjarji tal-partiti politiċu jkunu vverifikati imma meta l- leġislatur jikkonsidra l-ħtieġa tal-verifika għandu jiddistingwi u jagħraf li l-partiti politiċi mhux kollha għandhom l-istess mezzi. Il-leġislatur m għandux jittratta l-partiti politiċi li jdaħħlu u jonfqu l-miljuni bl-istess mod li jittratta partit politiku bħal Alternattiva Demokratika li f sena d-dħul tiegħu ma jaqbiżx il- 15,000, 7. Għalhekk AD ipproponiet li f każ li d-dħul annwali ta partit politiku ma jaqbizx il- 100,000 fis-sena, l-ispejjeż tal-verifika li jkun jeħtieġ ir-regolatur għandu jagħmel tajjeb għaliha r-regolatur innifsu, 8. Alternattiva Demokratika ma qablitx mal-klassifikazzjoni tad-donazzjonijiet fuq 4 livelli kif għamlet il-white Paper; in partikolari AD ma qablitx mad-donazzjonijiet anonimi (taħt il- 500 fis-sena) kif ukoll mal-ammont permissibli tal-livelli l-oħra ta donazzjonijiet, 9. AD ipproponiet, in konformità mal-proposti fil-manifest Elettorali tagħha għallelezzjoni ġenerali tal-2013, li kellha tinħareġ irċevuta għal kull donazzjoni kif ukoll li: i) donazzjonijiet sa total ta 4,000 f sena waħda mingħand l-istess persuna għandhom jinżammu kunfidenzjali u li dwarhom m għandha tingħata l-ebda informazzjoni għajr jekk din l-informazzjoni tkun meħtieġa waqt li tkun għaddejja l-verifika; ii) donazzjonijiet bejn l- 4,000 u l- 40,000 f sena waħda mingħand l-istess persuna għandhom ikunu reġistrati u li informazzjoni dwarhom għandha tingħata lir-regolatur, li jagħmilha pubblika; iii) donazzjonijiet li jeċċedu l- 40,000 f sena waħda mingħand l-istess persuna għandhom ikunu illegali; iv) meta jsiru donazzjonijiet li ma jkunux fi flus dawn għandhom ikunu konvertiti f termini monetarji biex ikun jista jiġi stabilit jekk humiex konformi marregoli. 5 It-Tnax-il Leġislatura. Kumitat Magħżul tal-kamra tad-deputati. Rapport Finali lill-kamra. It-Tnejn 24 ta Marzu 2014. Dokument 2528 imqiegħed fuq il-mejda tal-kamra tad-deputati fis-seduta Numru 132 minn Mr Speaker, Onor Anġlu Farrugia MP. 4 P a ġ n a : L u l j u 2 0 1 4

106 107 108 109 110 111 112 113 114 115 116 117 118 119 120 121 122 123 124 125 126 127 128 129 130 131 10. AD ġibdet l-attenzjoni li l-white Paper ma tagħmel l-ebda referenza għal self ta flus li jista jottjeni partit politku mingħajr ma jkollu l-intenzjoni li jħallsu lura u dan fid-dawl tal-iskandlu fir-renju Unit magħruf bħala Cash for Honours scandal, 11. Lanqas ma kien ċar fil-white Paper ir-rwol tal-investimenti akkumulati mill-partiti politiċi u l-ħtieġa li dawn jinżammu separati u distinti mill-partiti. Dan għandu jsir b mod li l-istess partiti ma jkunux jistgħu jibbenefikaw b mod illeċtu mir-riżorsi akkumulati fil-kumpaniji tagħhom, kif ukoll biex ikun assigurat li l-iskuża tassensitivita kummerċjali ma tintużax biex tinżamm mistura informazzjoni sensittiva, 12. Il-White Paper l-anqas ma tindirizza l-propjeta pubblika akkumulata f idejn il-partiti politiċi. Għandhom jittieħdu l-passi amministrattivi neċessarji biex ikun assigurat li fuq bażi regolari l-kera li titħallas mill-partiti għal dawn il-propjetajiet tkun waħda kummerċjali, 13. AD ma qablitx mat-tibdil propost għall-infieq mill-kandidati fil-kampanji elettorali differenti b mod li: i) flok infieq permissibli ta 25,000 f elezzjoni ġenerali, kif propost mill-white Paper, Alternattiva Demokratika ipproponiet li l-limitu tal-lum ta 1,400 jiżdied għal 4,000, ii) flok infieq permissibli ta 50,000 f elezzjoni għall-parlament Ewropew, kif propost mill-white Paper, Alternattiva Demokratika ipproponiet li l-limitu tallum ta ftit iktar minn 18,000 jiżdied għal 20,000, iii) flok infieq permissibli ta 5,000 f elezzjoni għal Kunsill Lokali, kif propost mill- White Paper, Alternattiva Demokratika ipproponiet li l-limitu tal-lum ta 1,400 jiżdied għal bejn 2,000 u 4,000 skond id-daqs tal-kunsill Lokali kontestat, 14. Alternattiva Demokratika emfasizzat ukoll il-ħtieġa li jkun determinat il-limitu permissibbli għal infieq minn partit politiku waqt kampanja elettorali. 132 133 Żewġ punti fundamentali 134 135 136 137 138 139 140 141 Issa li ġie ippubblikat l-abbozz ta liġi hu ċar li dan fih żewġ punti fundamentali illi dwarhom Alternattiva Demokratika ma tistax taqbel. Qed nirreferi kemm għall-awtorita regolatorja proposta l-kummissjoni Elettorali kif ukoll għall-fatt li l-abbozz ta liġi jaqta għad-dritt u ma jieħux in konsiderazzjoni l-fatt li l-pn u l-pl m humiex l-uniċi partiti politiċi f Malta. Ilmod kif inhu mfassal l-abbozz ta liġi jindika li dak li amministrattivament ġie meqjus bħala li hu addattat għall-pn u għall-pl tqies bħala li huwa addattat għal kulħadd: qies wieħed għal kulħadd (one size fits all). 5 P a ġ n a : L u l j u 2 0 1 4

142 143 144 145 146 147 148 149 150 151 152 153 154 155 156 157 158 159 160 161 162 163 164 165 166 167 168 169 170 171 172 173 174 175 176 Fl-abbozz ta liġi l-gvern għadu qed jinsisti illi l-awtorita regolatorja tkun il-kummissjoni Elettorali. Diġa ġie spjegat, iktar il-fuq, illi l-komposizzjoni tal-kummissjoni Elettorali b nofsha tinħatar mill-gvern u bin-nofs l-ieħor tinħatar mill-oppożizzjoni (b Chairman appuntat mill- Gvern) tpoġġi liż-żewġ partiti politiċi parlamentari f pożizzjoni li direttament jikkontrollaw ilproċess kollu li qed jiġi propost. Kull partit politiku ieħor, inkluż Alternattiva Demokratika, hu eskluż minn dan il-proċess. F dan il-kuntest l-emenda proposta għall-artiklu 2 tal-att dwar l- Elezzjonijiet Ġenerali li bħala riżultat tagħha tinbidel id-definizzjoni ta partit politiku u kull partit politiku reġistrat jibda jkollu l-istess dritt ta aċċess għall-informazzjoni mingħand il- Kummissjoni Elettorali għalkemm importanti fiha innifisha xejn ma tnaqqas mill-kontroll effettiv tal-pn u l-pl fuq il-kummissjoni Elettorali. Alternattiva Demokratika, kif diġa għamlet meta ikkummentat dwar il-white Paper tirreferi għal proposta approvata minn Kumitat Magħżul tal-kamra tar-rappreżentanti taħt ittmexxija tal-ispeaker. Il-Kumitat Magħżul issa iffinalizza r-rapport tiegħu 6 liema rapport jinkludi abbozz ta liġi ieħor intitolat: Standards in Public Life Act 2014. Dan l-abbozz jipprovdi dwar il-ħatra ta Kummissarju u Kumitat Permanenti Parlamentari dwar l- Istandards fil-ħajja Pubblika. Skond il-klawsola 3 tal-abbozz dwar l-istandards, il-liġi proposta tapplika għall-membri tal- Parlament (inkluż Ministri, Segretarji Parlamentari u Assistenti Parlamentari) kif ukoll għal persuni impjegati f posizzjoni ta fiduċja inkella bħala konsulenti tal-gvern jew ta xi korp statutorju. L-istess klawsola 3 tippermetti li l-applikabilita tal-liġi tista titwessa permezz ta regolamenti li jkunu ikkunsidrati u jiksbu l-appoġġ tal-kamra tar-rappreżentanti. L-abbozz jikkonċerna l-imġieba tal-politiċi eletti fil-parlament u konsulenti/ħatriet ta fiduċja. L-awtorità regolatorja hi vestita f Kummissarju għall-istandards fil-ħajja Pubblika li skond kif tipprovdi l-klawsola 4 tal-istess abbozz jeħtieġ l-approvazzjoni ta mhux inqas minn żewġ terzi tal-membri tal-kamra tar-rappreżentanti biex ikun jista jinħatar. Il-Kummissarju hekk maħtur hu propost li jkun sorveljat fil-ħidma tiegħu minn Kumitat Permanenti mmexxi mill-ispeaker u kompost ukoll minn 4 Membri Parlamentari, tnejn minnaħa tal-gvern u tnejn oħra min-naħa tal-oppożizzjoni. Alternattiva Demokratika hi tal-fehma li dan ifisser mhux biss garanzija ta serjeta u imparzjalita bil-ħatra ta persuna li tgawdi l-fiduċja ta mhux inqas minn żewġ terzi tal- Parlament imma ukoll garanzija ta trasparenza ikbar minħabba li l-laqgħat tal-kumitat Parlamentari jsiru fil-pubbliku. Il-ħidma li issir għaldaqstant tista ukoll tkun soġġetta b iktar faċilita għall-iskrutinju tal-medja. Għal dawn ir-raġunijiet Alternattiva Demokratika hi tal-fehma li l-awtorita regolatorja dwar il-finanzjament tal-politika għandha tkun fil-qafas tal-istruttura li l-parlament qiegħed jibni 6 Ara nota 5 iktar il-fuq. 6 P a ġ n a : L u l j u 2 0 1 4

177 178 179 180 181 182 183 184 185 186 187 bil-mod u bil-paċenzja dwar l-istandards fil-ħajja Pubblika bl-involviment tal-kummissarju dwar l-istandards fil-ħajja Pubblika. Dan ikun ferm aħjar mill-istruttura proposta fl-abbozz ta liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi. Nifhmu li l-idea li l-awtorita regolatorja għall-finanzjament tal-partiti politiċi tkun il- Kummissjoni Elettorali ttieħdet mill-esperjenza tar-renju Unit. Irridu iżda inżommu quddiem għajnejna li l-esperjenza tar-renju Unit m għandha xejn x taqsam ma dik Maltija fejn tidħol awtorita regolatorja indipendenti. Fil-leġislazzjoni tar-renju Unit 7 kemm il-proċess elettorali ukoll dak ta sorveljanza tal-finanzjament tal-partiti politiċi hu taħt il-lenti tal-house of Commons u l-kummissarji Elettorali għar-renju Unit (għaxra b kollox) b kuntrast malprattika f Malta ma jistgħux ikunu persuni assoċjati ma partiti politiċi. Dik tagħmel differenza kbira u fundamentali. 188 189 Ir-reġistrazzjoni 190 191 192 193 194 195 196 L-abbozz ta liġi jipprovdi għar-reġistrazzjoni tal-partiti politiċi. F din il-parti l-abbozz jidħol f inqas dettall milli kien propost fil-white Paper. Alternattiva Demokratika m għandha l-ebda diffikulta ta prinċipju f dak meħtieġ. Jidhrilha biss li l-obbligu li statut ta partit politiku u l- emendi għalih ikunu reġistrati permezz ta Att Notarili huwa ftit esaġerat. Kien ikun biżżejjed jekk il-liġi proposta tobbliga li kemm l-istatut kif ukoll l-emendi għalih ikunu depożitati għand l-awtorita regolatorja. 197 198 Id-donazzjonijiet, is-self u l-investiment 199 200 201 202 203 204 205 206 207 208 209 Anke dwar id-donazzjonijiet, is-self u l-investiment, huwa aċċettat li l-abbozz ta liġi huwa proposta ferm aħjar minn dik fil-white Paper. Jista jkun hemm iktar titjib billi jitnaqqsu l- ħtieġa ta rapporti mhux neċessarji. Per eżempju ma hemm l-ebda ħtieġa li jkun hemm tlett rapport fis-sena dwar id-donazzjonijiet meta wieħed ikun biżżejjed. Dwar id-donazzjonijiet Alternattiva Demokratika tirrikonoxxi li sar aġġustament fl-ammonti b mod li l-ammont permissibli ta donazzjoni anonima ġie ridott sostanzjalment minn 500 għal 50 f sena. Dan hu pożittiv. Hu daqstant ieħor pożittiv li donazzjonijiet bejn il- 50 u 500 fis-sena flok ma jkunu anonimi għandhom jinżammu kunfidenzjali imma dokumentati u allura soġġetti għal verifika. Alternattiva Demokratika hi sodisfatta li dan il-punt li tant insistiet dwaru ġie aċċettat. 7 Political Parties, Elections and Referendums Act 2000. Chapter 41. 7 P a ġ n a : L u l j u 2 0 1 4

210 211 212 213 214 215 216 217 218 219 220 221 222 223 224 225 226 227 228 229 230 231 232 233 234 Huwa ukoll pożittiv li fil-waqt li d-donazzjonijiet reġistrati internament fil-partiti politiċi, li fil- White Paper kien propost li jkunu dawk bejn il- 500 u l- 10,000, issa sar aġġustament biex dawn ikunu bejn il- 500 u s- 7,000 fis-sena. Jiġifieri l-massimu ġie ridott minn 10,000 għal 7,000. Kien hemm ukoll tibdil addizzjonali dwar id-donazzjonijiet. Il-massimu ta donazzjoni li tista tkun aċċettata niżel minn 50,000 fis-sena għal 40,000 biex b hekk issa d-donazzjonijiet dikjarabbli riċevuti u li dwarhom trid tkun notifikata l-awtorita regolatorja u eventwalment ikunu pubbliċi ser ikunu d-donazzjonijiet kollha bejn is- 7,000 u l- 40,000. Alternattiva Demokratika taqbel ma dan. Ġie osservat ukoll illi l-abbozz ta liġi huwa ħafna iktar ċar dwar self li partit politiku jista jkollu b kundizzjonijiet mhux kummerċjali. Dan huwa avvanz ieħor fuq dak li oriġinalment kien propost fil-white Paper. L-abbozz ta liġi iżda ma jagħmel l-ebda referenza diretta għall-kumpaniji kummerċjali ġestiti mill-partiti politiċi. Huwa neċessarju li jkun ċar li ċ-ċaqlieq ta riżorsi minn kumpaniji kummerċjali fid-direzzjoni ta partit politiku jistgħu jkunu huma ukoll donazzjoni, kemm jekk dan ikun fl-użu ta riżorsi umani kif ukoll jekk fl-għoti ta servizzi b rati vantaġġjużi meta ikkumparat ma dawk kummerċjali. Għalkemm din il-konsiderazzjoni tista tirriżulta mill-abbozz b mod indirett ikun ferm aħjar kieku jkun hemm provedimenti speċifiċi li jirregolaw l-investimenti kummerċjali tal-partiti politiċi. Għandu jkun assigurat li l-amministrazzjoni tal-kumpaniji kummerċjali kif ukoll kull attivita kummerċjali tal-partiti politiċi tinżamm separata u distinta mill-amministrazzjoni tal-partiti politiċi nfushom. Għandu jkun assigurat ukoll li l-partiti politiċi ma jkunux jistgħu jżommu informazzjoni mistura taħt l-iskuża ta sensittivita kummerċjali. Dan kollu ma jirriżultax mill-abbozz ta liġi taħt konsiderazzjoni. 235 236 Propjetà pubblika akkumulata 237 238 239 240 241 242 L-abbozz ta liġi fil-klawsola 35 tiegħu jitkellem dwar li ma jistax ikun hemm donazzjonijiet minn korpi pubbliċi sakemm dawn ma jkunx hemm provedimenti legali speċifiċi dwarhom. Jissemma l-aċċess għall-mezzi ta komunikazzjoni bħala eżempju. Imma hemm ukoll ilpropjeta pubblika akkumulata f idejn il-partiti politiċi prinċipalment dik użata bħala każini politiċi f diversi lokalitajiet. L-abbozz jonqos milli jindirizza dan b mod speċifiku. 8 P a ġ n a : L u l j u 2 0 1 4

243 244 245 Huwa meħtieġ li jkun assigurat f kull ħin li l-kirjiet imħallsa għal propjeta pubblika jkunu kummerċjali. Dan irid isir billi jittieħdu miżuri amministrattivi, jekk meħtieġ miżuri ad hoc. Irid jinħoloq mekkaniżmu għal reviżjoni tal-kirjiet fuq bażi regolari. 246 247 Infieq f kampanja elettorali 248 249 250 251 252 253 254 255 256 257 258 259 260 261 262 263 264 265 266 267 L-abbozz ta liġi jirrevedi l-ammonti permissibli dwar infieq f kampanja elettorali. F elezzjoni ġenerali, illum, l-infieq permissibli hu ta 1,400 għal kull kandidat, irrispettivament minn jekk jikkontestax Distrett Elettorali wieħed jew le. L-abbozz ta liġi jipproponi li dan l-ammont għandu jkun revedut għal 20,000 għal kull Distrett Elettorali kkontestat. Alternattiva Demokratika jidhrilha li dan l-ammont li qiegħed jiġi propost hu wieħed esaġerat. Jidhrilha li ammont raġjonevoli jkun ta 4,000. Fl-elezzjoni għall-parlament Ewropew l-abbozz ta liġi jipproponi illi l-limitu tal-lum ta ftit iktar min 18,000 għandu jiżdied għal 50,000. Alternattiva Demokratika jidhrilha li dan l- ammont li qiegħed jiġi propost hu wieħed esaġerat. Jidhrilha li ammont raġjonevoli jkun ta 20,000. F elezzjoni għal Kunsill Lokali, illum, l-infieq permissibli hu ta 1,400 għal kull kandidat. L- abbozz ta liġi jipproponi li dan l-ammont għandu jkun revedut għal 5,000 għal kull kandidat. Alternattiva Demokratika jidhrilha li dan l-ammont li qiegħed jiġi propost hu ftit għoli u għandu jkun reveduta għal bejn 2,000 u 4,000 skond il-kunsill Lokali ikkontestat. Alternattiva Demokratika taħseb li jkun għaqli li jkun regolat ukoll l-infieq permissibli minn partit politiku f kampanja elettorali. Dan fl-abbozz ma jsirx ħlief permezz ta l-obbligu talpubblikazzjoni tal-kontijiet ivverifikati. Naħsbu li huwa meħtieġ li jkun anke regolat l- ammont li partit politiku jista jonfoq f kampanja elettorali u dan bl-istess mod li qed ikun propost limitu għall-infieq tal-kandidati individwali. 268 269 Ir-rwol tat-teżorier 270 271 272 273 274 L-abbozz ta liġi, kif inhu xieraq jidentifika lill-persuna responsabbli mill-amministrazzjoni talfinanzi tal-partiti politiċi bħala dik il-persuna li mhux biss iġġorr responsabbiltajiet lejn ilpartit politiku li tagħha hi uffiċjal imma ukoll lejn il-komunità. Ir-responsabbilta ċentrali tarrappurtaġġ li fuqu hi mibnija l-liġi kollha tal-finanzjament tal-partiti iddur fuq il-persuna tat- 9 P a ġ n a : L u l j u 2 0 1 4

275 276 277 278 279 280 281 282 283 Teżorier. Din il-persuna ser ikollha obbligi amministrattivi kbar b pieni amministrattivi u jew kriminali f każ li jsir xi żball. Dan ifisser li l-persuna li tokkupa l-kariga ta Teżorier ser ikollha bżonn ta backup amministrattiv magħmul minn persuni ta kompetenza teknika fiż-żamma tal-kotba finanzjarji biex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti tal-liġi. Dan ifisser spejjes li partit politiku li hu amministrat b mod professjonali diġa għandu x jagħmel tajjeb għalihom. Hu fatt magħruf li l-partiti politiċi f Malta li għalihom ġie ddiżinjat dan l-abbozz ta liġi diġa għandhom dan is-setup amministrattiv li jagħmlu tajjeb għalih iddonazzjonijiet li jiġbru minn żmien għal żmien. 284 285 286 287 288 289 290 291 292 293 294 295 296 297 298 299 300 301 302 303 304 305 306 307 308 309 310 Finanzjament mill-istat L-abbozz ta liġi hu imsejħa Liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Iżda filwaqt li titkellem fuq ħafna affarijiet ma tgħid xejn fuq il-finanzjament. Alternattiva Demokratika tiġbed l-attenzjoni illi l-istat Malti diġa jiffinanzja lill-partiti politiċi. Għal ħafna snin, sa mis-snin 90, illimita dan il-finanzjament lill-partiti politiċi fil-parlament. Fl-aħħar estimi approvati mill-parlament għas-sena 2014, per eżempju, taħt il-line item 5298 fil-budget hemm ivvutata s-somma ta 200,000 bid-deskrizzjoni segwenti: Development of relations with E.U. and the Mediterranean region by Political Groupings in Parliament. Dawn huma l-flus li jieħdu kull sena mit-taxxi l-partiti politiċi fil-parlament. Dan mhux l-uniku finanzjament mill-istat li diġa jsir. Kif imfisser fi stqarrija għall-istampa 8 għal snin twal mill-fondi allokati lill-meusac fil-budget 4 organizzazzjonijiet u ċjoe l-union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), il-general Retailers and Traders Union (GRTU), il-malta Employers Association (MEA) u l-general Workers Union (GWU) jircievu allokazzjoni annwali ta 58,200 kull wieħed. L-istat jgħin ukoll billi jidħol f arranġament ma diversi korpi kostitwiti, inkluż ma għaqdiet mhux governattivi ħalli jkun possibli li impjegati tal-gvern fil-waqt li jibqgħu jitħallsu mill- Gvern jagħtu servizz lil dawn il-korpi kostitwiti. Dan kollu diġa qiegħed isir. Alternattiva Demokratika ma jkollha l-ebda diffikulta biex terfa l-piz amministrattiv li l- abbozz ta liġi taħt konsiderazzjoni ipoġġi fuq spallejha jekk hi ukoll tkun ittrattata b dan ilmod u tirċievi għajnuna finanzjarja li kemm il-pn, il-pl kif ukoll l-organizzazzjonijiet imsemmija iktar il-fuq ilhom jirċievu għal snin kbar. 8 Stqarrija għall-istampa li nħarġet mid-dipartiment tal-informazzjoni nhar is-26 ta Settembru 2013 birreferenza PR 2055 u intitolata: Press Statement by Dr Vanni Xuereb, Head of MEUSAC. Accessibli f http://www.meusac.gov.mt/prs2013 10 P a ġ n a : L u l j u 2 0 1 4

311 312 313 Konklużjoni 314 315 316 317 318 319 320 321 322 323 324 325 326 327 328 329 Huwa neċessarju li l-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi li Alternattiva Demokratika tant ħadmet favur tagħha tul il-25 sena li għaddew ma tkunx liġi li tistabilixxi biss il-piż amministrattiv li jrid jintrefa biex ikun hemm il-kontabilita fil-finanzjament tal-partiti politiċi billi jkun hemm trasparenza amministrattiva. Id f id mal-piz amministrattiv nistennew l- għajnuna biex nerfgħu dan il-piz. Jekk dan ma jsirx ikun ifisser li ser ikun ikkastigat min tul issnin qagħad attent biex ma jkollux dipendenza fuq id-donazzjonijiet politiċi fl-assenza ta mekkaniżmi regolatorji. Alternattiva Demokratika taqbel fil-prinċipju ma dan l-abbozz ta liġi. Taqbel ukoll, kif imfisser u kkwalifikat hawn fuq ma numru mhux żgħir mid-dettalji tal-abbozz ta liġi. Jidhrilha imma illi għandu jkun indirizzat id-difett bażiku tagħha. Hu neċessarju li l-livell ta kontroll ikun ta relevanza għad-daqs differenti tal-partiti politiċi. Huwa neċessarju ukoll li l- awtorita regolatorja tkun waħda li permezz tagħha kulħadd ikun konvint illi hi imfassla b mod li l-ebda partit politiku m hu żvantaġġjat minn qabel ma tibda t-tellieqa politika. Jekk dan isir ikunu nistgħu ngħidu li fl-aħħar, f Malta, il-finanzjament tal-partiti politiċi qed jiġi ikkunsidrat bis-serjetà. 330 331 2 ta Lulju 2014 11 P a ġ n a : L u l j u 2 0 1 4