BIEDJA U ŻVILUPP RURALI

Similar documents
EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Il-KESE isejjaħ għal programm ġdid ta azzjoni soċjali sabiex jiġu ffaċċjati realtajiet ġodda Għeżież qarrejja, EDITORJAL

P7_TA-PROV(2012)0452 Konferenza ta' Doha dwar it-tibdil fil-klima (COP 18)

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

Kumitat għall-affarijiet Legali. għall-kumitat għall-ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sikurezza tal-ikel

9638/17 MIR/pmf 1 DGE 1C

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

CORRIGENDUM Annule et remplace le document COM(2013) 158 final du Concerne la version MT (seulement le titre sur la page de couverture)

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

Linji Gwida dwar il-kummerċ mal-unjoni Ewropea (UE) Settembru 2015

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

***I POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Passaport Ewropew għaċ-ċittadinanza Attiva

Gwida dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u l-valutazzjoni dwar is-sigurtà

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA DIRETTORAT ĠENERALI GĦAS-SAĦĦA U L-KONSUMATURI

POLITIKA GĦAL TAL-ĦWIENET 51 PROPOSTA GĦAL KUMMERĊJANTI ŻGĦAR

MT Appoġġ mogħti mill-ue għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-asja t'isfel/ ix-xlokk tal-asja. Rapport Speċjali.

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

WERREJ 01. EKONOMIJA XOGĦOL INFRASTRUTTURA TRASPORT ENERĠIJA GĦAWDEX SOĊJETÀ LI TAĦSEB F'KULĦADD 76

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjarji. Kaz Nru. 032/2017. FG (l-ilmentatur) vs ARGUS Insurance Agencies Ltd. (C 597) (Il-Provditur tas-servizz)

Ra l-ilment fejn l-ilmentatur jghid li pogga 5,000 ma Crystal Finance Investments Limited fl-24 ta Lulju 2013.

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

werrej Sehem akbar għaż-żgħażagħ fil-ħajja pubblika... 4 L-ilsien Malti, ilsien żagħżugħ...11

- CENTRUL PENTRU PROMOVAREA INVATARII PERMANENTE -CPIP - RO

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

L-Avveniment taż-żgħażagħ. Ewropew. Rapport EYE2018. L-Ewropa ssemma' leħinha! 100 idea għal futur aħjar

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

ATTENZJONI: Struzzjonijiet tas-sigurtà

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

Different types of fishing vessels

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Każin tal-banda San Lawrenz

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

Każin tal-banda San Lawrenz

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

Gwida għall-anness V Eżenzjonijiet mill-obbligu ta reġistrazzjoni

IL-GWIDA TIEGĦEK GĦAL BIDU ĠDID L-IRLANDA TAGĦTI ĦARSA LEJN IL-FUTUR TIEGĦEK

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

Malli ghalqet f Awwissu 2016, qaluli li niehu biss bejn 26,000-27,000.

BORD TA INVESTIGAZZJONI DWAR SKOLA SAJF / KLABB 3-16 SAJF 2014 RAPPORT FINALI

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

Konferenza Nazzjonali dwar id-direttiva tal- Kunsill ta l-unjoni Ewropea li tistabbilixxi Qafas Ìenerali g al Trattament Ugwali fl-impieg

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

RESULTS AND SCORERS Information compiled by Saviour Vella

Fava Woodworks Co. Ltd.

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 16 Awwissu 2017 L-EDITORJAL

Każin tal-banda San Lawrenz

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

LUMINARIA. GUNJU 15 NRU. 120

TRIBUNAL TAL-APPELL GHALL- KOMPETIZZJONI U GHALL-KONSUMATUR

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

IT-TRASPORT PUBBLIKU F MALTA

Fava Woodworks Co. Ltd.

l-aċċentċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea WERREJ

AHBARONLINE. Tfajla l-isptar wara inċident tat-traffiku AĦBAR LI DAĦLET ISSA >>

ForzaNazzjonali.com. JIEN NAGĦŻEL malta

Festa Titulari ta SANTA MARIJA. L Imqabba 2017

Protest Gudizzjarju ta Liam Debono detentur ta karta tal-identita numru L;

kif ]viluppa t-trasport f pajjizna.

Każin tal-banda San Lawrenz

Fid-djarju tiegħi llejla, jiena missni

F Mejju 2015, il-provditur tas-servizz baghat ghalihom ghax il-valur talinvestiment

Transcription:

NOTA Direttorat B: Politika Strutturali u ta Koeżjoni IL-PAK TAFFRONTA L-KRIŻI EKONOMIKA U FINANZJARJA BIEDJA U ŻVILUPP RURALI 2009 MT

DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-POLITIKI INTERNI TAL- UNJONI DIRETTORAT B: POLITIKA STRUTTURALI U TA KOEŻJONI AGRIKOLTURA U ŻVILUPP RURALI Il-PAK taffronta l-kriżi ekonomika u finanzjarja NOTA IP/B/AGRI/NT/2009-02 04/03/2009 MT

Din in-nota ntalbet mid-direttorat għall-politika Strutturali u ta Koeżjoni (Direttorat Ġenerali għall-politiki Interni il-parlament Ewropew). AWTUR Is-Sur Albert MASSOT MARTI Direttorat B: Politika Strutturali u ta Koeżjoni Parlament Ewropew B-1047 Brussell E-mail: ipoldepb@europarl.europa.eu VERŻJONIJIET LINGWISTIĊI Oriġinali: FR. Traduzzjonjiet: BG, CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, HU, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, SV. Manuskritt lest f Marzu 2009. Brussell, Parlament Ewropew, 2009. Din in-nota hija disponibbli fuq l-internet: http://www.europarl.europa.eu/activities/expert/estudies.do?language=mt L-opinjonijiet li ġew espressi huma dawk tal-awtur u mhux bilfors jirriflettu l- pożizzjoni uffiċjali tal-parlament Ewropew. Huma awtorizzati l-ikkupjar u t-traduzzjoni, għajr għal għanijiet kummerċjali, sakemm jissemma s-sors, il-pubblikatur jingħata informazzjoni bil-quddiem u tiġi mibgħuta kopja lil dan.

Introduzzjoni L-isplużjoni tal-bużżieqa tal-proprjetà Amerikana bejn l-2007 u l-2008 mmarkat il-bidu ta kriżi finanzjarja qawwija ħafna u li nfirxet fuq livell dinji, li wasslet għal reċessjoni talekonomija dinjija. Bħalissa, diġà jista jiġi kkonfermat li t-tnaqqis tal-qafas makroekonomiku internazzjonali huwa ta kobor u dewmien li ilhom ma jidhru sa mill-1929. Fuq din il-bażi, il-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali taqleb ta taħt fuq diversi parametri tal-politika Agrikola Komuni (PAK): - L-ewwel nett, jinħtieġ li jiġi kkunsidrat l-impatt tar-reċessjoni fuq l-izvilupp tas-swieq tal-materji primi agrikoli u fuq kollox fuq id-domanda dinjija għal prodotti tal-ikel. F dan il-kuntest, diġà jista jiġi nnutat li l-kriżi temmet il-bużżieqa tal-materji primi li ġiet irreġistrata matul il-perjodu 2006/2008 u attwalment l-prezzijiet internazzjonali talprodotti agrikoli u tal-ikel diġà reġgħu waqgħu għal-livelli ta qabel l-2006. - Il-kriżi kellha effetti wkoll fuq is-setturi kif ukoll fuq it-tendenzi tad-dħul u l-infiq agrikoli tal-produzzjoni, li jivvalorizzaw mill-ġdid l-irwol stabilizzanti tal-għajnuniet tal-pak. - Fl-aħħar nett, jeżisti impatt (assimetriku imma dinji) fuq il-finanzi pubbliċi, kemm fuq ilbaġit Komunitarju (f livell tar-riżorsi proprji u tal-infiq), kemm fuq il-baġits nazzjonali; dan l-impatt jista saħansitra jobbliga li jkun hemm reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji multiannwali fis-seħħ (2007/2013) u jikkundizzjona b mod qawwi n-negozjati tal-qafas finanzjarju li jmiss tal-unjoni. Minħabba l-piż tal-pak fuq il-baġit Komunitarju, wieħed jista jistenna effetti importanti fuq il-livell tal-ispejjeż allokat lill-agrikoltura fil-ġejjieni; barra minn hekk, iż-żieda tad-dejn pubbliku u l-impenji tal-infiq li diġà ttieħdu f livell nazzjonali għall-affrontar tal-kriżi ekonomika u bankarja jdgħajfu l-ħila għallkofinanzjament tal-istati. Il-punt tal-bidu: l-isplużjoni fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel fl- 2006/2008 Matul tletin sena, il-prezzijiet tal-ikel fl-ewropa u fid-dinja naqsu f termini reali. Mill-2006 sa nofs l-2008, il-prezzijiet ta sensiela kbira ta prodotti agrikoli żdiedu sew biex inqalbet din it-tendenza (TABELLA 2). Din iż-żieda fil-prezzijiet dinjin laqtet diversi prodotti bażiċi flistess ħin: iż-żjut veġetali, iċ-ċereali (inkluż ir-ross), il-prodotti li ġejjin mill-ħalib u ċerti laħmijiet. Għall-konsumaturi Ewropej, l-effetti taż-żieda fil-prezzijiet saru aktar serji minħabba ż-żidiet simultanji tal-prezzijiet tal-enerġija. Bosta fatturi kkontribwew għal dan il-fenomenu, kultant strutturali, oħrajn temporanji, f ċerti każijiet marbuta mal-provvista u f każijiet oħra pjuttost marbuta mad-domanda. Iżda huwa diffiċli li sehemhom ikun stabbilit eżatt f termini kwantitattivi, peress li l-livell ta kontribut ta kull fattur għaż-żieda fil-prezzijiet ivarja skont il-prodott u r-reġjun. 3

TABELLA 1 L-iżvilupp tal-materji primi (agrikoli u mhux) bi prezzijiet attwali In current prices Source: World Bank, January 2009 800 700 600 500 400 300 200 100 0 Jan-00 May-00 Sep-00 Jan-01 May-01 Sep-01 Jan-02 May-02 Sep-02 Jan-03 May-03 Sep-03 Jan-04 May-04 Sep-04 Jan-05 May-05 Sep-05 Jan-06 May-06 Sep-06 Jan-07 May-07 Sep-07 Jan-08 May-08 Sep-08 Agriculture Food Energy Fertilizers Metals/Minerals Sors: Haniotis, T. (Kummissjoni KE, DĠ Ambjent u Żvilupp Rurali), Jannar 2009. TABELLA 2: L-iżvilupp tal-materji primi tal-ikel 2008/2009 (Bi prezzijiet kostanti 2000/2004 = 100) Sors: FAO (Indiċijiet tal-prezzijiet tal-ikel). Frar 2009 (http://www.fao.org/worldfoodsituation/foodpricesindex/en/) 4

Fost il-fatturi l-aktar importanti li jispjegaw dan l-iżvilupp jinħtieġ insemmu: - Ir-rinfurzar tal-interazzjonijiet bejn id-diversi swieq ta prodotti agrikoli (jiġifieri ċ-ċereali, il-prodotti miż-żejt u l-prodotti tal-ifrat) minħabba ż-żieda demografika, ir-rati għolja tattkabbir ekonomiku, il-proċess ta urbanizzazzjoni u l-bidla tad-drawwiet tal-ikel irreġistrati f bosta pajjiżi emerġenti (bħaċ-ċina, il-brażil jew l-indja). Dawn il-fatturi kollha mħawda ħolqu żieda kostanti fid-domanda tal-prodotti ta komoditajiet bażiċi u ta' ikel b'valur miżjud aktar qawwi (bħall-prodotti tal-laħam u tal-ħalib li, fl-istess ħin, jikkontribbwixxu biex iqanqlu d-domanda għal ġwież). - Ir-rinfurzar tal-interazzjonijiet bejn is-swieq tal-prodotti agrikoli u oħrajn bħal dawk talkombustibbli, il-bijokarburanti u l-istrumenti finanzjarji, li jinfluwenzaw mhux biss ilprezzijiet tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli iżda wkoll id-domanda għal dawn ilprodotti. Fil-fatt, iż-żieda tal-prezzijiet tal-enerġija għandha riperkussjonijiet iktar importanti fuq il-prezzijiet finali tal-prodotti tal-ikel milli ż-żidiet fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli. Taffettwa wkoll il-prezzijiet tal-ikel b mod aktar dirett, billi terġa tgħolli l- elementi li jintużaw, bħall-fertilizzanti, il-pestiċidi u d-dijżil, kif ukoll billi żżid l-ispejjeż tal-ipproċessar u tat-transport (food miles). F dan il-kuntest ta prezzijiet għolja talenerġija, it-tfaċċar tal-agrokarburanti bħala swieq kummerċjali ġodda għall-prodotti agrikoli, ukoll influwenza d-domanda tal-ikel. Fl-aħħar nett, l-iżvilupp tas-swieq finanzjarji wkoll kellu rwol importanti. It-tnaqqis fil-valur tad-dollaru Amerikan meta mqabbel ma bosta muniti kif ukoll l-abbundanza tal-likwidità u l-ispekulazzjoni fuq isswieq finanzjarji marbuta mal-materji primi kkontribwixxew għaż-żieda fil-prezzijiet talprodotti agrikoli. - It-tnaqqis fiż-żieda tar-rendimenti taċ-ċereali tal-ikel u t-tnaqqis gradwali tal-istokkijiet dinjin min-nofs is-snin 90 huma fatturi oħra marbuta mal-provvista li influwenzaw b mod qawwi s-swieq dinjin. Is-sitwazzjoni marret għall-agħar bid-diżastri tal-klima tal-2005 u l-2006 li ġabu magħhom ġabriet eċċezzjonalment ħżiena f diversi pajjiżi li għandhom post minn ta quddiem fil-produzzjoni u fl-esportazzjoni (l-awstralja, l-amerika ta Fuq, l- Ukraina, l-unjoni Ewropea). Wara l-bidliet fil-politiki agrikoli implimentati mill-ftehimiet tal-uruguay tad-wto, l-istokkijiet dinjin dak iż-żmien laħqu l-livell l-aktar baxx f 25 sena. F dan il-kuntest, iż-żieda qawwija tal-prezzijiet irreġistrata ma setgħetx tinqered b miżuri ta tneħħija tal-ħażna. - Fl-aħħar nett, jinħtieġ li nsemmu l-politiki restrittivi ta esportazzjoni applikati minn ċerti pajjiżi li jesportaw quddiem iż-żieda tal-prezzijiet sabiex ikunu evitati nuqqasijiet fuq issuq intern tagħhom. L-Indja ħadet miżuri bl-għan li tipprojbixxi l-esportazzjonijiet, il- Vjetnam, it-tajlandja u ċ-ċina llimitaw l-esportazzjonijiet tar-ross, il-każakstan ipprojbixxa l-esportazzjoni tal-qamħ, l-arġentina imponiet xi taxxi fuq l-esportazzjonijiet agrikoli kollha u, fl-aħħar nett, l-indoneżja daħħlet ukoll xi taxxi fuq l-esportazzjonijiet taż-żejt tal-palma. B konsegwenza ta dawn il-prattiki kummerċjali, ħraxet l-instabilità tal-prezzijiet dinjin. Anke jekk il-parti tal-produzzjoni dinjija li għandha aċċess għs-swieq agrikoli dinjin tibqa relattivament moderata (16% tal-produzzjoni tal-qamħ, 8% għallprodotti tal-ħalib, 7% għar-ross), din ġejja minn numru aktar ristrett ta pajjiżi esportaturi li, flimkien mal-ħsad tagħhom u/jew id-deċiżjonijiet kummerċjali tagħhom, jikkundizzjonaw b mod qawwi l-prezzijiet dinjin. Fuq dawn il-prinċipji bażiċi, diversi studji kkonkludew li l-fatturi marbuta mal-provvista kellhom impatt akbar fuq il-prezzijiet milli ż-żieda fid-domanda. Barra minn hekk, iddifferenza osservata fil-prezzijiet meta mqabbla mal-perjodi preċedenti setgħet wasslet biex ċerti analisti emmnu li t-tnaqqis fuq perjodu twil tal-prezzijiet reali dakinhar kien wasal fi tmiemu, li kien se jfisser bidla strutturali tas-swieq tal-prodotti agrikoli. Iżda r-reċessjoni li faqqgħet fl-2008 urietna li dawn l-evalwazzjonijiet kienu żball kbir. 5

L-impatt tar-reċessjoni fuq is-swieq agrikoli It-tendenza għaż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli rreġistrati mill-2006 nqalbet minn nofs l-2008. Il-prezzijiet taż-żjut veġetali, il-prodotti miż-żejt u ċ-ċereali bdew jirreġistraw tnaqqis kostanti minn Ġunju 2008 (TABELLA 2). Kien osservat l-istess progress minn Lulju għall-prodotti tal-ħalib jew, daqsxejn inqas, għaz-zokkor, minn Awwissu (TABELLA 2). Minnaħa tagħhom, il-laħmijiet għaddew minn żvilupp inqas instabbli, minħabba li jiddependu ftit mis-swieq dinjin. Ħareġ mill-analiżi kollha li bosta fatturi marbuta maż-żidiet fil-prezzijiet tal-ikel tneħħew gradwalment fl-aħħar xhur. Hija kwistjoni b'mod partikolari ta' fatturi temporanji bħalliżbilanċi tal-provvista marbuta mal-kundizzjonijiet klimatiċi. Għaldaqstant, bir-ritorn għallivelli ta ħsad normali f bosta pajjiżi produtturi ttaffew il-pressjonijiet fuq is-swieq agrikoli. Barra minn hekk, l-estensjoni tal-uċuħ tar-raba bħala reazzjoni tal-bdiewa għaż-żieda filprezzijiet ukoll ikkontribwiet biex tkun sodisfatta d-domanda għal ċereali u prodotti miżżejt. Fl-aħħar nett, il-laxkar tar-restrizzjonijiet għall-kummerċ imposti minn xi pajjiżi esportaturi wkoll kellu effetti gradwati fuq il-prezzijiet agrikoli. Barra minn hekk, il-kriżi finanzjarja neħħiet l-influssi tal-likwidità eżistenti fuq is-swieq ta derivattivi li jiddependu mis-swieq agrikoli. Għaldaqstant sparixxiet l-ispekulazzjoni fuq isswieq finali li kienet, kif diġà semmejna, wieħed mill-fatturi tal-isplużjoni fil-prezzijiet agrikoli,. Barra minn hekk, il-kungress Amerikan qiegħed iħejji abbozzi leġiżlattivi biex isaħħu r-regolament tas-swieq finali. Il-Commodity Futures Trading Commission (CFTC), sa issa r-responsabbli ewlieni tal-kontroll tas-swieq ta materji primi ta Chicago, qiegħda tirriskja li titlef il-monopolju regolatorju tagħha biex tirbħu s-sec. Iżda l-għejbien ta xi fatturi temporanji mhumiex biżżejjed biex tkun spjegata l-bidla tattendenza fil-prezzijiet internazzjonali tal-materji primi inġenerali u tal-prodotti agrikoli b mod partikolari (TABELLI 1 u 2). Jekk xi fatturi temporanji taw bidu, saħansitra mgħaġġla, għall-bidliet fit-tendenza tal-2006/2008, xi fatturi strutturali jibqgħu r- responsabbli ewlenin. F dan il-kuntest, it-tnaqqis tal-ekonomija dinjija ssir fattur spjegattiv ewlieni tar-ritorn tal-iżbilanċi bejn il-provvista u d-domanda tal-materji primi f livell dinji u l-waqa f daqqa tal-prezzijiet irreġistrati minn nofs l-2008. Fil-fatt, ir-reċessjoni li ġiet wara l-kriżi finanzjarja taffettwa ż-żieda tal-pdg f livell dinji. Għaldaqstant hija l-bażi tal-waqa qawwija mill-ġdid fil-prezzijiet tal-enerġija rreġistrata minn Mejju 2008 (TABELLA 1). Minkejja li t-tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt iġib miegħu tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni agrikola (pereżempju l-fertilizzanti - TABELLA 1), talipproċessar u tat-trasport, dan jitfa dubju wkoll fuq il-miżuri ta sostituzzjoni talkombustibbli mill-agrokarburanti u, b hekk, inaqqas id-domanda addizzjonali tal-prodotti agrikoli għall-użu tal-enerġija. B mod parallel għat-tnaqqis tal-prezzijiet tal-enerġija, ir-reċessjoni ħolqot staġnar talkonsum dinji tal-ikel u tal-kummerċ agrikolu internazzjonali. Żewġ fatturi li reġgħu ġabu n- nuqqas ta stabilità tas-swieq agrikoli (provvista/domanda) u li jispjegaw ukoll li l-prezzijiet tal-ikel reġgħu niżlu għal-livell li kienu fih qabel l-2006 (TABELLI 1 u 2). Barra minn hekk, l- impatt tal-kriżi fuq il-prezzijiet kien mingħajr dubju enfasizzat minn riġidità relattiva talprovvista u tad-domanda tal-prodotti agrikoli ta perjodu qasir: il-produzzjoni agrikola staġjonali, li dejjem timplika diskrepanza bejn is-sinjali mis-suq u r-rispons tal-produtturi. Jinħtieġ li jkun indikat li, minkejja r-reċessjoni li tolqot il-pajjiżi kollha tal-g-20 (li jirrappreżentaw 90% tal-pdg dinji), l-impatt finali fuq id-domanda dinjija tal-ikel se jiddependi mill-kontribut ta kull pajjiż għall-produzzjoni u l-kummerċ agrikoli. Bħalissa, 6

jidher ovvju li l-konsum taċ-ċina u l-indja kif ukoll il-piż tagħhom fuq il-kummerċ internazzjonali se jkunu affettwati fuq perjodu qasir. Iżda għad hemm xi dubji fuq ilperjodu fit-tul, b mod partikolari skont l-imġiba tad-domanda interna wara l-miżuri ta stimulu meħuda mill-gvernijiet tagħhom. Ma ninsewx iż-żieda demografika ta dawn iżżewġ pajjiżi, kif ukoll il-pożizzjoni tagħhom bħala importaturi netti ta prodotti agrikoli f'livell dinji. F dan l-istadju, jistgħu jitqajmu xi konklużjonijiet. L-ewwel nett, ir-reċessjoni kkonfermat l- instabilità sistematika tal-prezzijiet agrikoli. It-tnaqqis probabbli tat-tariffi doganali, previst għar-rawnd ta Doha, fil-ġejjieni se jsaħħaħha. Barra minn hekk l-analiżi dwar il-bidla filklima jagħtu ħjiel li l-kundizzjonijiet tal-klima mhux tas-soltu probabbilment se jiżdiedu, biex b hekk il-produzzjoni, ikkonċentrata ħafna f xi reġjuni tad-dinja, issir ħafna aktar instabbli minħabba l-iżbilanċi ta produzzjoni rikorrenti. Barra minn hekk, ir-reċessjoni kkonfermat l-interdipendenza li żdiedet tal-prezzijiet tal-prodotti agrikoli bażiċi (b mod aktar partikolari tal-qamħirrum) u tal-prezzijiet tal-enerġija. Minkejja li llum huwa impossibbli li jkun previst id-dewmien tal-kriżi attwali, wieħed irid jistenna li l-prezzijiet agrikoli jiżdiedu b'mod parallel mal-prezz taż-żejt. Madanakollu, huwa ftit probabbli li jilħqu mill-ġdid il-livelli rekord tal-perjodu 2006/2008. Il-PAK taffronta l-instabilità tas-swieq agrikoli u tal-prezzijiet L-instabilità sistematika tas-swieq tal-prodotti agrikoli dejjem kienet fiċ-ċentru tal-politiki agrikoli. Fl-analiżi joħroġ kunsens kbir dwar il-persistenza tal-varjazzjoni tal-prezzijiet għall-ġejjieni li għandhom x jaqsmu ma : - il-ftuħ u l-globalizzazzjoni tas-swieq, - il-bidla fil-klima li se żżid il-frekwenza u l-kobor tad-diżastri naturali, - it-tifqigħat ġodda tal-kriżijiet tas-saħħa u r-riperkussjonijiet tagħhom fuq is-swieq. Quddiem l-instabilità tal-prezzijiet agrikoli li joħorġu minnha, il-pak dejjem kienet ikkaratterizzata mill-mekkaniżmi li ġejjin mir-regolamenti tagħha u mill-qafas tas-swieq. Ilqalba ewlenija ta din is-sistema kienet l-intervent pubbliku li jikkonsisti li jiżgura lill-bdiewa prezz bażiku tax-xiri tal-produzzjoni tagħhom mis-setgħat pubbliċi f każ ta kriżi. L-aħħar riforma tal-pak, l-imsejjaħ Kontroll tas-saħħa ("Health Check") ( 1 ), emendat ir- Regolament (KE) 1234/2007 (Regolament Waħdieni dwar l-oks) billi ħaffet is-sistemi ta regoli u ta kontroll tal-provvista fis-seħħ. L-intervent huwa, pereżempju, limitat b mod kwantitattiv għall-butir (30 000 tunnellata), it-trab tal-ħalib xkumat (109 000 t.) u l-qamħ (3 miljuni t.); issa tneħħa għal-laħam tal-majjal, ix-xgħir u s-sorgu. Barra minn hekk, u f kuntest ikkaratterizzat mill-iżvilupp tal-agrokarburanti, l-art mhux maħduma tneħħiet. Huwa wkoll previst li jitneħħew il-kwoti tal-ħalib sal-2014/2015. Biex naslu s hemm gradwalment, il-kwota Ewropea tal-ħalib se tiżdied b 1% kull sena mill-2009. Fl-aħħar millaħħar, għodod ġodda ġew stabbiliti b mod mhux obbligatorju għall-ġestjoni tar-riskji, b mod partikolari l-assigurazzjonijiet tal-ġbir u l-fondi ta ġbir tas-saħħa (b rata ta kofinanzjament sa 75%). Anke jekk l-intervent pubbliku mil-lum il quddiem jibqa bħala xibka ta sikurezza għallproduzzjonijiet Komunitarji ewlenin, wieħed jista jistaqsi jekk id-deċiżjonijiet tal-kunsill iwiġbux għall-ħtiġijiet attwali tas-swieq. B xorti ħażina, l-ue tilfet il-kapaċità tagħha biex iżżomm stokkijiet strateġiċi ta komoditajiet li jista jkollhom rwol li jtaffu t-tnaqqis meta 1 Ir-Regolamenti (KE) 72 sa 74/2009 u d-deċiżjoni 2009/61/KE (ĠU L 30, 31.1.2009). 7

mqabbel mal-varjazzjoni tal-prezzijiet fl-ewropa. Barra minn hekk, minħabba l- kundizzjonijiet ta produzzjoni u n-nuqqas ta kapaċitajiet ta ħażna fir-russja u l-ukraina, iċ-ċereali mkabbra f dawn il-pajjiżi jistgħu jissostitwixxu bil-qabda l-produzzjonijiet Komunitraji u jżidu l-iżbilanċi interni. Barra minn hekk, anki jekk ċerti sistemi ta ħażna privata (żejt taż-żebbuġa, majjal...) u l- irtirar ta' dak li hu żejjed (frott u ħxejjex, inbid) jinżammu, il-limitu tal-flus li ġabet magħha l-kriżi finanzjarja ġġib fid-dubju l-effikaċità tagħhom fuq perjodu qasir. Barra minn hekk, issuċċess tal-għodod il-ġodda ta ġestjoni tar-riskju (assigurazzjonijiet u fondi reċiproki) se jkun ikkundizzjonat ħafna min-nuqqas ta kapaċità ta kofinanzjament tal-istati Membri. Jinħtieġ li jkun innutat ukoll li l-kontroll tas-saħħa ma saħħaħx verament is-setgħa ekonomika tal-bdiewa fi ħdan is-setturi. Fl-aħħar nett, jinħtieġ li jkun innutat li minkejja l- għejbien tal-intervent pubbliku bħala suq fih nnifisu, is-swieq finali fl-ewropa, li jistgħu jissostitwixxuh, għadhom f fażi inizjali ħafna. L-impatt tal-kriżi fuq l-agrikoltura Ewropea u l-irwol tal-għajnunjiet tal-pak Mill-esperjenza ta qabel, jirriżulta li r-reċessjonijiet għandhom impatti qawwija fuq id-dħul tal-bdiewa, fuq l-użu tal-fatturi ta produzzjoni u, fl-aħħar nett, li huma joħolqu ristrutturar tas-setturi. F dan l-istadju, huwa diffiċli li jkunu kkwantifikati dawn l-effetti li bla dubju, se jkunu differenti ħafna skont is-setturi (tal-ħxejjex jew tal-annimali), il-kapaċitajiet produttivi u finanzjarji tal-azjendi (u ovvjament il-livelli tad-dejn tagħhom). Mill-perspettiva tal-prodotti pproċessati, wieħed diġà jista jipprevedi żieda fid-domanda mill-konsumaturi għall-prodotti tad-ditti stess. Il-konċentrazzjoni tal-azjendi u tal-koperattivi se jitħaffu b pass mgħaġġel ukoll. Madanakollu, trid tingħata attenzjoni partikolari lill-kriżi tad-dħul agrikolu li se tibda f'bosta setturi u territorji. Mill-perspettiva Komunitarja, jinħtieġ ikun enfasizzat l-effett li ma jistax jinċaħad tal-istabilizzazzjoni tad-dħul li jirrappreżenta l-40 biljun fis-sena ta għajnuniet diretti li jirċievu l-bdiewa Ewropej (TABELLA 3). Bosta miżuri eżistenti fil-qafas tal-iżvilupp rurali jikkontribbwixxu wkoll għat-trattament tal-problema tad-dħul, kemm jekk huma fost l-oħrajn miżuri li jġibu lura l-potenzjal produttiv agrikolu u tal-foresti milquta mid-diżastri naturali, jew kumpens ta zoni żvantaġġati u tal-muntanji. Ir-reċessjoni bla dubju terġa tivvalorizza dan l-irwol stabilizzanti tal-għajnuniet tal-pak, speċjalment f kuntest ta nuqqas ta likwidità u limitu ta flus. L-għajnuniet agrikoli, annwali, garantiti u b xejn ifissru għaldaqstant appoġġ finanzjarju mill-aqwa għall-azjendi. Barra minn hekk, jinħtieġ li nserrħu fuq il-fatt li l-għajnuniet nazzjonali allokati sal-lum fl-istati Membri l-ġodda bħala għajnuniet Komunitarji addizzjonali jistgħu jinżlu drastikament wara l-kriżi qawwija tal-finanzi pubbliċi li ġarrbu bosta pajjiżi li baqgħu barra miz-zona tal-euro. L-impatt tal-kriżi fuq il-qafas finanzjarju multiannwali tal-pak L-ispejjeż tal-pak li għandhom x jaqsmu mal-prodott Gross Domestiku Ewropew naqsu bilmod. Fl-2009, laħqu l-0.46% (TABELLA 3). L-appoġġ tal-ewwel pilastru jirrappreżenta b'mod partikolari 0.35% tal-pdg għall-perjodu 2007/2013 (TABELLA 3). Madanakollu, jekk ir-reċessjoni tkun ikkonfermata, peress li l-infiq tal-pak huwa fiss, il-parti tagħhom fi ħdan il-pdg li tkun qed tonqos tista ssir ħafna aktar importanti. Dan ikun b mod partikolari 8

veru għal ċerti Stati Membri ġodda, fejn il-parti tal-agrikoltura tista titla għal erba darbiet aktar, minkejja li diġà hija aktar importanti mill-medja tal-ue ta 27. L-aħħar qafas finanzjarju multiannwali, għall-perjodu 2007/2013, ġie approvat fl-2006 ( 2 ). Il-miżuri ta regolamenti tas-swieq u tal-ħlas dirett (l-ewwel pilastru tal-pak - FAEG) jirrappreżentaw 33.9% tal-impenji totali previsti, jiġifieri EUR 293.1 biljun għall-ue ta 27 pajjiż. Barra minn hekk, il-miżuri tal-iżvilupp rurali (it-tieni pilastru - FAEŻR) jirrappreżentaw 8%, jiġifieri EUR 69.7 biljun (TABELLA 3). Madanakollu, minbarra l-ammonti speċifiċi li ngħataw lill-iżvilupp rurali, trasferiment ta flus mill-ewwel pilastru għat-tieni huwa previst permezz ta mekkaniżmu tal-modulazzjoni obbligatorja fuq l-għajnuniet diretti li jirċievu l-bdiewa tal-ue ta 15-il pajjiż. Il-perċentwal ta modulazzjoni fis-seħħ (5% tal-ħlas dirett li jaqbeż il-eur 5 000 kull azjenda) ġie msaħħaħ bil- Kontroll tas-saħħa tal-2008: ir-rata se ssir 10% sal-2012. Se jkun applikat tnaqqis addizzjonali ta 4% għall-ħlasijiet akbar minn EUR 300 000 fis-sena. Fl-aħħar nett, il-pjan Ewropew għall-irkupru Ewropew (EERP), approvat fil-11 u t-12 ta Diċmebru 2008 mill-kunsill Ewropew, jagħmel provvediment għal fondi addizzjonali lill- FAEŻR fid-dawl tal-iżvilupp tal-internet ta veloċità għolja fiz-zoni rurali (EUR 1 biljun) u l- affrontar tal-isfidi ġodda tal-politika tal-iżvilupp rurali introdotti mal- Kontroll tas-saħħa (EUR 0.5 biljun) ( 3 ). Għaldaqstant, il-qafas finanzjaru multiannwali se jinbidel permezz ta allokazzjoni mill-ġdid tal-flus ( 4 ). Iżda ta min jinnota li minkejja l-firxa limitata ħafna tal- EERP, bosta Stati Membri attwalment qed jiċħdu l-proposti tal-kummissjoni (speċjalment ilpajjiżi kontribwenti netti). L-objettivi u t-tqassim tal-għajnuniet tal-pak kif ukoll l-irwol u l-ispejjeż tal-mekkaniżmi kontra l-instabilità tal-prezzijiet se jsiru inevitabbilment is-suġġetti ewlenin tal-pak il-ġdida li se tibda tapplika wara l-2013, b perspettivi finanzjarji ġodda. Billi huwa probabbli ħafna li wara l-2013, il-finanzi pubbliċi tal-istati Membri kollha jsibu diffikultajiet (minħabba l- iżbilanċi tal-baġit, id-dejn pubbliku, l-impenji multiannwali meħuda tal-ispejjeż, eċċ.), x aktarx in-negozjati tal-qafas multiannwali l-ġdid tal-unjoni Ewropea se jsiru diffiċli ħafna, peress li ma hemm xejn li jgħid li l-kriżi tintemm sa dakinhar. Wieħed jista jistenna sakemm it-tnaqqis tal-pdg Komunitarju jwassal għal tnaqqis qawwi tal-ammonti allokati lill-pak, filwaqt li jinżamm perċentwal tal-pdg identiku jew jixxiebah għal dak previst għall- 2013 (0.39%). Barra minn hekk, dan id-distakk finanzjarju ma jista jingħalaq qatt jekk l- Istati Membri jiċħdu kull miżura ta kofinanzjament tal-pak. 2 ĠU C 139, -14.6.2006, p.1, emendat l-aħħar mid-deċiżjoni 2008/29/KE (ĠUUE L 6, 10.1.2008). 3 COM (2009) 38, 28.1.2009. 4 COM (2008) 859, 16.12.2008. 9

TABELLA 3 IL-PAK FIL-QAFAS FINANZJARJU 2007/2013 (Miljuni EUR bi prezzijiet kostanti 2004) APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-IMPENN 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 TOTAL 2007/ 2013 A. Total tal-approprjazzjonijiet għall-impenn tal-ue-27, fosthom 119.195 (100%) 121.971 123.019 123.518 124.018 125.496 127.044 (100%) 864.261 (100%) B1. AGRIKOLTURA Politika tas- Swieq u tal-għajnuniet Diretti, fosthom 43.120 (35.7%) 42.697 42.279 41.864 41.453 41.047 40.645 (32.0%) 293.105 (33.9%) UE - 15 39.928 (33.0%) 38.710 37.723 36.735 35.775 34.428 33.826 (26.6%) 257.535 (29.7%) UE - 12 (Membri ġodda) 3.192 (2.7%) 3.987 4.556 5.129 5.678 6.219 6.819 (5.4%) 35.580 (4.1%) B.2. AGRIKOLTURA Żvilupp Rurali, fostu UE -15 10.710 (8.8%) 10.447 10.185 9.955 9.717 9.483 9.253 69.750 (8.0%) 36.740 (4.2%) UE - 12 (Membri ġodda) 33.010 (3.8%) B. TOTAL TAL-AGRIKOLTURA 53.830 53.144 52.464 51.189 51.170 50.530 49.898 362.855 (B.1 + B.2) (44.5%) (39.3%) (41.9%) TOTAL TAL- APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL- IMPENN (A) F % TAL-PNG (UE - 27) TOTAL TAL- APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL- IMPENN (B) F % TAL-PNG (UE - 27) TOTAL TAL- APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL- IMPENN TAL-EWWEL PILASTRU (B.1) F % TAL-PNG 1.10% 1.08% 1.07% 1.04% 1.03% 1.02% 1.01% 1.048% 0.49% 0.47% 0.46% 0.43% 0.42% 0.41% 0.39% 0.44% 0.39% 0.37% 0.37% 0.35% 0.34% 0.33% 0.32% 0.35% (UE - 27) Sors: Imfassla mill-awtur abbażi tad-deċiżjonijiet KE 2008/29 (ĠUUE L 6, 10.1.2008) u 2006/493 (ĠUUE L 195, 15.7.2006) 10