BORD TA INVESTIGAZZJONI DWAR SKOLA SAJF / KLABB 3-16 SAJF 2014 RAPPORT FINALI

Similar documents
Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjarji. Kaz Nru. 032/2017. FG (l-ilmentatur) vs ARGUS Insurance Agencies Ltd. (C 597) (Il-Provditur tas-servizz)

Protest Gudizzjarju ta Liam Debono detentur ta karta tal-identita numru L;

TRIBUNAL TAL-APPELL GHALL- KOMPETIZZJONI U GHALL-KONSUMATUR

QORTI TAL-MAGISTRATI (MALTA) BHALA QORTI TA' GUDIKATURA KRIMINALI

Ra l-ilment fejn l-ilmentatur jghid li pogga 5,000 ma Crystal Finance Investments Limited fl-24 ta Lulju 2013.

Malli ghalqet f Awwissu 2016, qaluli li niehu biss bejn 26,000-27,000.

Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjari. Kaz Nru. 478 /2016 JK vs Crystal Finance Investments Ltd. (C26761) Seduta tas-27 ta Settembru 2017

F Mejju 2015, il-provditur tas-servizz baghat ghalihom ghax il-valur talinvestiment

Details Related to Awards

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

Kulhadd. F din il-harga IDHOL MEMBRU FIL -HAMRUN SPARTANS F.C. We re on the Web. Mail to : xahar. Dan ix-xahar. Hamrun Spartans F.C.

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

L-istagun jaqbad ritmu.

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

ID-DGĦAJJES TRADIZZJONALI MALTIN

Chairperson tal-kumitat Amministrattiv Tas- Swatar

QORTI CIVILI PRIM AWLA (SEDE KOSTITUZZJONALI)

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

B 2015 Suppliment tal-gazzetta tal-gvern ta Malta, Nru. 17,564, 6 ta April, 2004 Taqsima B

RUZAR BRIFFA NUMRU SPECJALl la'

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

SETTEMBRU 2015 EDIZZJONI 6 TEP F MALTA SPORTMALTA ON THE MOVE SKOLASPORT LIBSA ĠDIDA GĦALL-PROGRAMM SPORTIV SKOLASPORT

RESULTS AND SCORERS Information compiled by Saviour Vella

Messaġġ. Settembru - Diċembru Is-Sur G. Micallef

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

Servizzi u Benefiççji

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Konferenza Nazzjonali dwar id-direttiva tal- Kunsill ta l-unjoni Ewropea li tistabbilixxi Qafas Ìenerali g al Trattament Ugwali fl-impieg

LULJU 2015 EDIZZJONI 5 SPORTMALTA. Rekord għall-summer on the Move 2015

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

Editorjal. U ma kellux il-messija jbati dan kollu u hekk jid ol filglorja tieg u? (Lq 24,26) MIET BIEX JAGÓTINA L-ÓAJJA MARIO CURMI

It-Taghlim tas-sewwa

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

IL-VALURI TAL-FAMILJA FABIO ATTARD SDB

Nru. 90 April - Ìunju 2018

Jan nor. Frar Numru . :--. ..:. =: :::..:.. :: :::. BirdLife" 1\T~:KNAliO~.\L

EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja.

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Każin tal-banda San Lawrenz

Out of the carpentry shop. Bla qari...qarg a? Wara l-abort: 6 Binti, a firli! Max Lucado 10. Fr Joe Borg 30. kwizz 19 G aliex ismi jqum xewk xewk?

Tissejjah Mxkora bil-maiti ghax

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2010 AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

Il-Presepju. Fuljett ma ru mill- GÓAQDA ÓBIEB TAL-PRESEPJU - MALTA c/o 56, Amaltea, Triq il-marg, Attard ATD Malta. Óar a Nru.

9638/17 MIR/pmf 1 DGE 1C

LUMINARIA. GUNJU 15 NRU. 120

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

ta Ge ova bis-s i ` u r-ra Apprezza gunevolezza ta Ge ova ` Apprezza l-lealt au l-ma fra ta Ge ova d-dixxiplina ta Ge ova Ssawrek

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

Linji Gwida dwar il-kummerċ mal-unjoni Ewropea (UE) Settembru 2015

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

Każin tal-banda San Lawrenz

INFORMATION SHEET NOVEMBRU 2011

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

tal-mulej Programm ta implimentazzjoni ta proposti tas-sinodu Djoçesan fil-qasam tal-pastorali tal-media

Każin tal-banda San Lawrenz

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

IT-TRASPORT PUBBLIKU F MALTA

Awwissu 2011 Numru 81

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Joseph Cordina. Messa[[ mis-sindku. G]e\ie\ residenti,

Fava Woodworks Co. Ltd.

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2011 EXAMINERS REPORT

Kummissjoni Kommunikazzjoni Socjali Business Breakfast Excelsior Hotel 27 ta Gunju, 2012

Każin tal-banda San Lawrenz

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2007 EXAMINERS REPORT

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

THERESA NUZZO SCHOOL MARSA Final Exams GRADE 5 ENGLISH LISTENING COMPREHENSION Thursday, 16th June, 2016

Nru. 81 Jannar - Marzu L-INAWGURAZZJONI TAL-FTUÓ UFFIÇJALI TAL-UFFIÇÇJU L-ÌDID TAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-ANZJANI 23 ta NOVEMBRU 2015

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

Fava Woodworks Co. Ltd.

Il-Ministeru tal-edukazzjoni, Kultura, Ûg a ag u Sport. Ippubblikata 2010

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

Passaport Ewropew għaċ-ċittadinanza Attiva

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

LEÓEN IS-SANTWARJU - Festa 2015 Pellegrinagg Kwadru Titulari, Madonna tal-grazzja 300 Sena Fostna

SJAF Magazine. Miġemgħa ta nanniet li jridu jkomplu jitgħallmu. tan-nanniet)

G aqda MuΩikali Vittorja - Naxxar Festa 2007

Luminaria Nru. 88 Marzu

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

***I POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

Transcription:

` BORD TA INVESTIGAZZJONI DWAR SKOLA SAJF / KLABB 3-16 SAJF 2014 RAPPORT FINALI IT-TNEJN 29 TA SETTEMBRU 2014 Paul Bonello (Chairman) Gemma Debono (Membru) Noel Borg (Membru) Raymond Camilleri, sostitwit bi Claire Felice Pace (Segretarju) 1

A. Inkarigu 1. Permezz ta ittra datata 15 ta Lulju 2014, 1 is-segretarju Permanenti fil- Ministeru ghall-edukazzjoni u x-xoghol, f isem il-ministru, hatar Bord ad hoc sabiex jinvestiga b mod generali l-amministrazzjoni tal-foundation for Educational Services (FES), u b mod aktar partikolari dak li sehh biex fl-ewwel gimgha ta Lulju l-attivita prevista li kellha tibda ta Skola Sajf u Klabb 3-16 ghal kwazi 12,000 tifel u tifla kellha tigi rinvjata fl-ahhar mument u kkawzat inkonvenjent mhux zghir ghal genituri, ghaha fil-pubbliku generali u hsara reputazzjonali lil Ministeru u lis-servizz pubbliku. 2. Dan il-bord kien immexxi minn Paul Bonello, u kien jinkludi bhala membri lil Gemma Debono u Noel Borg. Is-Segretarju tal-bord meta twaqqaf l-istess Bord kien Raymond Camilleri. Is- Sur Camilleri ma xtaqx ikompli minhabba li l-bord kien jiltaqa wara nofs in-nharijiet. Huwa gie sostitwit mis-sinjura Claire Felice Pace u l-bord kompla jiltaqa filbicca l-kbira wara nofs in-nhar. 3. Dan il-bord Investigattiv (aktar l isfel maghruf bhala l- Bord jew Bord Investigattiv ) intalab: (a) jezamina u jistabilixxi l-fatti li sehhew fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-iskola Sajf; (b) jezamina l-proceduri amministrattivi segwiti f dan ir-rigward u jidentifika jekk sarux xi nuqqasijiet; (c) jirrakomanda x passi ghandhom jittiehdu b timeframes iffissati; (d) jidentifika min kien responsabbli ghal dawn in-nuqqasijiet. 4. Il-Bord intalab jipprezenta r-rapport tieghu fi zmien xahar mid-data tal-ittra ta hatra tal-15 ta Lulju 2014. Peress izda li din id-data ma kenitx ser tintlahaq minhabba n-numru mhux zghir ta persuni li kien meqjus ghaqli li jinstemghu, il-bord talab, u kiseb, estensjoni tat-terminu li fih ried jitlesta r-rapport, sa l-ahhar ta Settembru. 5. Il-Bord talab u ottjena d-dokumentazzjoni kollha li kkonsidra rilevanti. Parti mid-dokumentazzjoni ingabret tramite l-ufficcju tas-segretarju Permanenti; dokumentazzjoni ohra intalbet lil xhieda li nstemghu jew inkella lil terzi persuni wara senjalazzjonijiet rilevanti minn xhieda. Fost l-ohrajn, il-bord ikkonsidra s-segwenti dokumentazzjoni rigward is-suggett in kwestjoni: 1 Mehmuza mal-minuti tal-ewwel Laqgha tal-bord, immarkat Dokument 25/07/14-A 2

i. File b korrispondenza li ghaddiet bejn ufficjali tal-ministeru u d- Dipartiment tal-edukazzjoni u l-fes, cirkularijiet mill-ministeru lill-iskejjel, Memorandum lil Kabinett, Minuti ta laqghat bejn il-ministeru u l-fes, lista tal- Membri tal-fes, korrispondenza mal-mut u l-uhm, u ohrajn kif aktar dettaljatment elenkat fi Skeda mehmuza mal-minuti tal-laqgha tal-bord tal-25 ta Lulju 2014; ii. File iehor bi cuttings mill-istampa tradizzjonali u siti elettronici (inluz ilkummenti tal-pubbliku qarrejja) li koprew din il-kontroversja fix-xhur ta Gunju u Lulju 2014; iii. Stqarrijiet tal-ministeru, tal-uhm u tal-mut; iv. Minuti tal-laqghat tal-bord tal-fes tat-30 ta Jannar 2014, 13 ta Marzu 2014, 24 t April 2014, 29 ta Mejju 2014, 19 ta Gunju 2014 u 17 ta Lulju 2014; v. Rapport tal-operat tal-fes redat minn Joseph Saetta f Novembru 2013. B. Ezekuzzjoni tal-inkarigu 6. Fil-qadi ta dan l-inkarigu, il-bord zamm tmien laqghat f wahda mill-board Rooms tal-ministeru tal-edukazzjoni u Xoghol, Beltissebh. Il-minuti tal-laqghat jinkludu dettalji shah ta dak kollu li sema u kkunsidra l- Bord biex wasal ghall-konkluzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tieghu li jinsabu f Sezzjoni E f dan ir-rapport. Dawn il-minuti gew approvati mill-membri kollha tal-bord. Il-Bord qed jghaddi l-minuti u d-dokumenti mehmuzin maghhom lill-ministru ma dan l-istess Rapport. Jekk il-ministeru joghogbu jippubblika dan ir-rapport, il-bord Investigattiv jirrakkomanda li jigi kkunsidrat li l-minuti u d-dokumenti mehmuza maghhom ma jkunux ippubblikati wkoll peress li jista jkun hemm informazzjoni kunfidenzjali protetta mill-ligi, inkluz informazzjoni personali sensittiva ta diversi persuni. 3

C. Laqghat tal-bord C.1 L-Ewwel Laqgha 7. L-ewwel laqgha nzammet il-gimgha 25 ta Lulju 2014. Il-membri qablu li jiltaqghu darba kull gimgha. Peress li t-termini ta referenza ma jispecifikawx procedura stabbilita li l-bord kellu jsegwi, l-bord Investigattiv ikkonstata li seta jirregola l-procedura tieghu stess, izda dejjem fl-osservanza ta principji ta governanza tajba u principji ta gustizzja naturali. F dan il-qafas, il-membri tal-bord qablu li l-kworum taghhom ikunu tnejn minn tlieta. 2 Gie deciz ukoll illi c-chairman kellu jaghti notice b e-mail lil dawk il-persuni li l-bord deherlu relevanti biex jaqdi t-termini ta referenza li nghata. Kien hemm qbil dwar minn kellhom ikunu dawn il-persuni, izda sar qbil ukoll li matul il-kors tal-laqghat jistghu jizdiedu ohrajn li jkunu indikati mix-xhieda li tinstema. Dettalji ta liema xhieda instemghu jidhru aktar l isfel f dan ir-rapport, fil-waqt li d-dettall qieghed fil-minuti tal-istess laqghat li lkoll huma mehmuza ma dan ir- Rapport. 8. F din il-laqgha instema persuna wahda biss, jigifieri is-sur Joe Caruana, Segretarju Permanenti fil-ministeru ghall-edukazzjoni u Xoghol. C.2 It-Tieni Laqgha 9. It-tieni laqgha nzammet l-erbgha 30 ta Lulju 2014. Matul din il-laqgha, il-bord sema : - lil Charles Cilia, Chairman tal-fes, li esebixxa wkoll il-minuti tal-vari laqghat tal-fes minn Jannar 2014 lil hawn; - lil Mario Mallia, Membru tal-bord tal-fes; - lil Dr Andrew Azzopardi, Membru tal-bord tal-fes. 2 Effettivament, il-membri kollha tal-bord attendew il-laqghat kollha. 4

C.3 It-Tielet Laqgha 10. It-tielet laqgha inzammet l-erbgha, 6 t Awwissu 2014. Matul din il-laqgha instemghu: - George Borg, Direttur Generali, Directorate of Educational Services; - George Said Zammit, Direttur, Student Services; - Anna Gilson, Service Manager. C.4 Ir-Raba Laqgha 11. Ir-raba laqgha nzammet it-tnejn, 18 t Awwissu 2014. Matul din il-laqgha, l-bord sema : - lil Ray Fava, ex Human Resources Manager tal-fes; - lil Ruth Baldacchino, Senior Executive tal-fes; - lil Eric Saliba, Membru tal-bord tal-fes. C.5 Il-Hames Laqgha 12. Il-hames laqgha nzammet l-erbgha, 27 t Awwissu 2014. Matul din il-laqgha, l-bord sema : - lil Alexia Spiteri, Programme Co-Ordinator, FES; - lil Dr Romina Cuschieri, Chairperson, Students Maintenance Grants Board; - lil Marcon Cassar, Membru tal-bord tal-fes; - lil Elena Borg, Membru tal-bord tal-fes; - lil Joseph Saetta, Ex-Konsulent fil-ministeru tal-edukazzjoni li kien l- awtur ta Rapport dwar l-operat tal-fes fit-tieni parti tas-sena 2013; - lil Charles Micallef, advisor fil-ministeru tal-edukazzjoni. 5

C.6 Il-Sitt Laqgha 13. Is-sitt laqgha nzammet l-erbgha, 3 ta Settembru 2014. Matul din il-laqgha, l-bord sema lil: - Kevin Bonello, Segretarju Generali, Malta Union of Teachers; - Clyde Caruana, Chairman, Employment & Training Corporation. C7. Is-Seba Laqgha. 14. Is-seba laqgha nzammet l-erbgha, 10 ta Settembru 2014. Matul din il-laqgha, l-bord sema lil: - Onor Ministru Evarist Bartolo; - Roderick Agius, Chief Executive Officer, FES. C.7 It-Tmien Laqgha. 15. Is-seba laqgha nzammet nhar it-tnejn 29 ta Settembru 2014. Finali. Matulha, il-bord ifformula u qabel unanimament dwar it-test ta dan ir-rapport D. Il-Parametri tal-investigazzjoni. 16. L-ewwel konstatazzjoni li jrid jaghmel il-bord huwa li din l-investigazzjoni hija wahda amministrattiva, jigifieri jrid jara dak li qed jinvestiga mill-punto di vista ta jekk is-servizz pubbliku, konsistenti f dan il-kaz fid-dipartiment tal-edukazzjoni u l-entita pubblika, il-foundation for Educational Services, qediex l-obbligazzjonijiet tieghu blahjar prattici amministrattivi u bl-ahjar governanza possibbli. Dan qed jinghad fl-isfond tal-fatt li l-bord Investigattiv hass li kellu jistieden kemm lill-ministru tal-edukazzjoni u x-xoghol kif ukoll lis-shadow Minister tieghu fuq in-naha tal-oppozizzjoni, biex ikellmu lil Bord u ighidu dak kollu li jixtiequ dwar is-suggett in dizamina, u hekk il-bord kien ikollu persuni rilevanti ohrajn li jkunu qalu taghhom dwar is-suggett u jwessa l-ispectrum ta persuni li ghenuha biex ikun jista jasal ghall-konkluzjonijiet tieghu. 6

L-Onor Ministru Evarist Bartolo laqa din l-istedina. Minn naha l-ohra, l-onor Dr Cassar li kien intalab jissugerixxi gurnata u hin a propozitu ta dan - irrisponda permezz ta e-mail li ma kienx qed jilqa l-istedina tal-bord. L-Onor Cassar qal li dak li l-oppozizzjoni kellha tghid dwar dan il-kaz qalitu pubblikament u jista jigi segwit mill-media Mhuwiex id-dmir tal-oppozizzjoni illi tidhol fl-amministrazzjoni u l-operat tad-dipartiment tal-edukazzjoni. L-Oppozizzjoni tinnota ghal darb ohra li r-responsabilita politika ta dan il-kaz taqa f-idejn il-ministru Bartolo u ghalhekk nistennew li l-bord ghandu wkoll jidhol u jaghmel skrutinju tad-decizjonijiet mehuda mill-ministru f dan il-kaz. Il-Bord Investigattiv huwa tal-fehma ferma li mkien fit-termini ta referenza ma hu mitlub li l-bord jinvestiga u jaghti gudizzju dwar ir-responsabilta politika. Tabilhaqq l-assessment u l-gudizzju politiku f demokrazija huwa l-ambitu tal-pubbliku in generali, ta stampa hielsa minn kull xkiel u wahda kuragguza, u wkoll (izda mhux biss) tal-klassi politika, izda l-ebda investigazzjoni gudizzjarja jew amministrattiva ma tista jew ghandha taghmel assessment politiku. 17. Wara li sema lill-ufficjali kollha imsemmija f Sezzjoni C ta dan ir-rapport, u wara li qies ic-cirkostanzi kollha, u anke wara li ghamel id-deliberazzjonijiet meqjusa tieghu, il-bord Investigattiv issa ser jghaddi biex iwiegeb ghat-talbiet tal-ittra tal-hatra tal-15 ta Lulju 2014. Irid jinghad li d-deliberazzjonijiet u konkluzjonijiet li gejjin huma l-fehma unanima tal-membri tal-bord. E. Konkluzjonijiet u Rakkomandazzjonijiet. 18. Konkluzjonijiet. i. Skola Sajf kienet haga ta kull sena u kienet sas-sajf 2013 irresponsabilita shiha tad-dipartiment tal-istudent Services (DSS) fi hdan id-directorate for Eductional Services ( DES ). Id-decizjoni Ministerjali li Skola Sajf tghaddi ghall-fes b effett mis-sajf 2014 ittiehdet f Novembru 2013 u giet komunikata informalment mis-segretarju Permanenti lil Roderick Agius u Ruth Baldacchino tal-fes u lid-direttur Generali, DES u lis-service Manager. 7

Il-Bord jidhirlu li din id-decizjoni ma nghatatx mis-segretarju Permanenti bi precizjoni u b milestones li kellhom jintlahqu fi zmienijiet precizi u ma specifikatx id-dettall ta kif kellha tigi attwata u r-responsabilta specifika tal-fes u d- DES fil-process. Rizultat ta l-ekwivoku li nholoq, kien possibbli li s-subordinati tieghu jaghmlu interpretazzjoni konvenjenti u dejqa tal-istruzzjonijiet tieghu fil-waqt li hu ma setghax ikompli jsegwi l-process kontinwament u mill-qrib specjalment meta tqis li kien qed jissorvelja fuq l-apparat amministrattiv ta Ministeru li tahtu jaqghu 8,500 impjegat 3 u li hu kien ghadu kif appena assuma r-responsabiltajiet godda ta Segretarju Permanenti. L-ewwel suspett li ghaddielu s-segretarju Permanenti li l-istruzzjonijiet tieghu kienu qed jinftehmu b mod dejjeq tqanqal fl-ewwel gimgha ta Gunju 2014 meta beda jirrizultalu li d-des u l-fes ma kienux qeghdin jahdmu flimkien, f liema stadju mill-ewwel ikkomunika mad-des u ccara r-rwol attiv li kellhom jiehdu d-des. ii. Il-Memorandum lil Kabinett biex japprova li: a. Skola Sajf tghaddi ghall-fes; b. li jigu estizi c-centri minn fejn issir l-attivita minn 30 centru li kien hemm fis-sajf 2013 ghal 63 centru; c. li jigu estizi l-hinijiet ta Skola Sajf u Klabb 3-16; d. li jigu estizi n-numru ta gimghat minn 8 ghal 13 il-gimgha; u e. li jigu riveduti ferm l isfel il-mizati mhallsa mill-genituri (anke ghas-servizzi ta matul il-kumplament tas-sena); kienet sottomessa b data tat-2 t April 2014 u giet approvata mill- Kabinett fil-15 t April 2014 u d-decizjoni notifikata formalment mis-segretarju tal- Kabinett lis-segretarju Permanenti fil-25 t April 2014. Kif spjega tajjeb Clyde Caruana, Policy Advisor ghal making-work-paypolicies, dan it-tibdil kien qed jigi propost fl-isfond li r-rati ta hlas tas-snin ta qabel kienu jaghmluha difficli ghal faxxa ta socjeta li tibghat lit-tfal taghha fi Skola Sajf u ma kienetx taghmilha val la pena li thallas dawn il-mizati fil-waqt li l-omm tohrog tahdem. L-estensjoni tas-sieghat kienu immirati li tevita li omm li tahdem kien ikollha tibghat ittfal taghha f zewg postijiet differenti matul il-gurnata tax-xoghol taghha. 4 Jidher li l-kunsiderazzjoni ta dan il-memorandum mill-kabinett kellu jigi rinvjat xi ftit minhabba zewg ragunijiet, wahda marbuta ma decizjonijiet u okkazjonijiet dwar il-hatra ta President gdid li hadu l-prijorita, u raguni ohra konnessa ma indispozizzjoni ta membri tal-kabinett ghal ragunijiet ta sahha. Fi kwalunkwe kaz, ir-referenza lil Kabinett biex jigu kkonfermati l- proposti saret tard. 3 Estimi Finanzjarji tal-4 ta Novembru 2013 ghas-sena Fiskali 2014, Ministeru tal-finanzi, pagna 389 4 Laqgha tal-bord tat-3 ta Settembru 2014, Clyde Caruana, Paragrafu 4 8

iii. Minkejja r-ritard tas-sottomissjoni tal-proposti lil Kabinett kif spjegat fi (ii) hawn fuq, ma jirrizultax li din kienet kagun ghal dak li nqala. Aghar minn hekk hija l-kunsiderazzjoni li fil-perjodu bejn meta ttiehdet id-decizjoni Ministerjali / Dipartimentali (f Novembru 2013) u meta din id-decizjoni giet konfermata mill-kabinett (April 2014), la d-des u lanqas l-fes ma taw bidu effettiv ghall-preparazzjonijiet biex Skola Sajf tigi migrated lil FES. Id-DES assuma li la kienet ser titlaq minn ghandu ma kellux wisq x jaghmel filwaqt li c-ceo tal-fes adotta attitudni ta stennija. Bla dubju fil-hames xhur li ghaddew bejn Dicembru 2013 u April 2014 messu sar ix-xoghol ta preparazzjoni necessarju li kellu jizgura li meta kollox jigi kkonfermat, il-programm ta Skola Sajf u Klabb 3-16 ikun jista jigi rolled-out b success u bhala servizz ta kwalita. 5 Dan in-nuqqas kompla jikber billi ghall-habta li d-decizjoni ttiehdet lejn l-ahhar tas-sena 2013, l-assistenta ta Roderick Agius, Ruth Baldacchino, kienet fuq study leave u dahlet lura fil-bidu ta Mejju 2014. Fl-assenza taghha, jidher li c-ceo ma hammigx idejh, u f dak l-istadju ma talabx ghall-ghajnuna b rizultat li ma sar xejn minn dak li s-soltu kienet taghmel Ruth Baldacchino meta n-numru ta tfal klijenti tal- FES kien hafna hafna inqas minn dak previst ghal din is-sena. Fl-FES, u daqstant iehor fid-des, jidher li t-tools manigerjali ta Project Planning u l-identifikazzjoni ta dawk it-tasks li huma kritici biex progett jattwa ruhu kif koncepit, fi zmienu u minghajr cost over-run, u kif progett bhal dan jigi ppjanat u kontrollat, donnu ma jsibu l-ebda post, u l-bord ma sab l-ebda evidenza li kien hemm xi pjan ta implimentazzjoni li jispecifika min kien ser jaghmel xiex, kif u meta. iv. L-akkadut minn Mejju sal-ewwel gimgha ta Lulju. L-applikazzjonijiet biex japplikaw il-genituri hargu f Mejju. L-attivita kellha tibda it-tnejn 7 ta Lulju. Sal-ahhar granet qabel ma kellhom jifthu, ic-centri ma kienux ippreparati. Il-ftit ko-ordinaturi li kien hemm kienu qed ikunu rappurtati lil Heads of School li kienu qed ikunu arroganti mal-genituri, x aktarx minhabba li kienu qed ihossuhom overwhelmed bid-diffikultajiet u li kienu f sitwazzjoni li ma jistghux jaghtu risposti ghal mistoqsijiet li kien qed ikollhom mill-pubbliku u mill-istess skejjel. Kien hemm nuqqas ta materjal kemm akkademiku bhal printers ippreparati ghall-uzu kif ukoll bhal cleaning materials u first aid equipment li f kaz ta bzonn jinstab millewwel. 5 Laqgha tal-bord tal-10 ta Settembru 2014, Roderick Agius, Paragrafu 3 9

Li n-numru ta tfal li kienu ser jattendi kien sploda kien diga maghruf 6 tal-anqas sa mit-28 ta Mejju 2014. Izda sal-ahhar ta Gunju kienu ghadhom processati l-applikazzjonijiet ta 19 il-centru biss minn 63 centru ta Skola Sajf. 7 Sal-4 ta Lulju, lejliet li kellha tiftah l-iskola, l-applikazzjonijiet tat-tfal kienu processati biss ghal 30 centru, fil-waqt li ghas-36 centru l-iehor dawn kienu ghadhom lanqas ntmessew sa dak in-nhar. 8 L-interviews ghal playworkers fl-2012 u fl-2013 kienu saru u tlestew f Mejju. F din is-sena 2014 dan l-ezercizzju kien ghadu ma bediex allavolja t-tfal li kienu mistennija jippartecipaw kien ovvju li ser ikun ferm akbar. Bdew jigu intervistati u jintghazlu l-istudenti tal-universita tard f Gunju. Effettivament l-istudents Maintenance Grants Board baghat il-lista tal-pool ta studenti li minnhom setghu jintghazlu l-playworkers fit-23 ta Gunju 2014. 9 Biex taghqad, in-numru ta play workers li kienu accettaw li jahdmu beda jonqos minn gurnata ghall-ohra fil-qafas ta din il-konfuzjoni. 10 Kien ovvju li l- gimgha ta training u orjentazzjoni lill-istudenti tal-universita (u aktar tard anke tal- MCAST) li jigu reklutati bhala play-workers kif soltu jsir ma kienx ser ikun hemm zmien ghalih. Attivitajiet importanti li kellhom jigu organizzati biex jaghmlu l- esperjenza tat-tfal fi Skola Sajf / Klabb 3-16 wahda integrata, interessanti, edukattiva u pjacevoli, bhal dawk li kellhom jsiru flimkien ma Heritage Malta, ma Agenzija Sedqa, mad-dogs Trust u attivitajiet ohra konnessi mal Hsbc Catch the Drop Programme, ma kienx lahaq sar xoghol effettiv fuq kif kellhom jizvolgu ruhhom. Sas-27 ta Gunju, l-kapijiet ta Skejjel kien ghadhom ma gewx mgharrfa kemm kienu studenti li ser jutilizzaw l-iskejjel taghhom u ghalhekk ma setghux jiffirmaw is-service Contracts mal-fes. 11 Lanqas kien maghruf minn kienu t-tfal li applikaw u li ser ikollhom bzonn Learning Support Assistant. 12 6 Laqgha tal-bord tas-27 t Awwissu 2014, Alexia Spiteri, Paragrafu 3 7 Ara e-mail ta George Said Zammit lil Roderick Agius tat-2 ta Lulju 2014 u ohra tal-istess data lis- Segretarju Permanenti u lid-direttur Generali, Student Services 8 Laqgha tal-bord tas-27 t Awwissu 2014, Alexia Spiteri, Paragrafu 3 9 Ara e-mail ta Dr Romina Cuschieri datata 19 t Awwissu 2014 mehmuza mal-minuti tal-laqgha tal-bord tas-27 t Awwissu 2014 10 Ara e-mail ta Roderick Agius datata 4 ta Lulju 2014 11 Ara e-mail ta Anna Gilson lil Roderick Agius tas-27 ta Gunju 2014. 12 Ara e-mail ta George Said Zammit lil Roderick Agius tas-27 ta Gunju 2014 10

Sa nofs Gunju, kien hemm aktar minn bizzejjed indikazzjonijiet cari li kien hemm problema serja. B dana kollu, kulhadd baqa jserrah mohh kulhadd li kollox kien miexi sew b wiehed joqghod fuq l-iehor minghajr accertazzjoni diretta tal-fatti. Kellhom ikunu l-unions li daqqew l-allarm, u ghamlu sew. Fil-fatt, l-ewwel darba li l-ministru gie notifikat bil-mankanzi filpreparazzjoni kien fid-19 ta Gunju 2014 meta kitiblu Kevin Bonello, Segretarju Generali tal-mut dwar is-senjalazzjonijiet negattivi li kienu qed jircievu mill-kapijiet ta Skejjel u ghalliema co-ordinators membri taghhom. L-MUT kienet qed tara li potenzjalment centru kien ser ikun minghajr imqar warranted teacher wiehed biex jissorvelja l-attivita kollha fl-istess centru. 13 Fl-4 ta Lulju 2014, Jesmond Bonello, President tal-uhm, avza lil FES li peress li jirrizulta li m hemmx il minimu tal-istaff necessarju sabiex ic-centri tal-klabb 3-16 ikunu funzjonabbli, kienu qed jaghtu direttiva lill-haddiema tal-fes membri tal- UHM biex ma jifthux ic-centri nhar it-tnejn 7 ta Lulju. 14 L-istess ghamlet l-mut fi Stqarrija ghall-istampa tal-istess gurnata meta qalet li minhabba il- fiasco orchestrated by FES, fejn ir-ratio stabilit ta staff ghal tfal ta 1:15 ma jintlahaqx, il-membri taghhom ma kellhomx jippartecipaw fix-xoghol. Fi ftit kliem, kien hemm breakdown totali fil-preparazzjoni u kaos shih, fil-waqt li fl-ahhar granet ta qabel is-7 ta Lulju kien hemm attentat li jsir dak li ma sarx fix-xhur ta qabel, u dan l-attentat ta crisis management ma rnexxiex. Fi tmiem il-gimgha tal 5 u 6 ta Lulju, is-segretarju Permanenti informa lill-ministru bin-nuqqasijiet li kien baqa u tah parir jipposponi l-ftuh minhabba li s- sigurta tat-tfal ma setghax jigi assikurat ghaliex ir-ratio ta membru tal-istaff ghal kull 15 il-tifel u tifla ma kienx ser jintlahaq. Il-Ministru qabel li jiehu l-parir tieghu u harget Stqarrija ghall-istampa nhar il-hadd 6 ta Lulju 2014 f dan is-sens waqt li eluf ta genituri bdew jigu infurmati b sms il-hadd fil-ghaxija. Wara l-4 ta Lulju, l-pozizzjoni tjiebet tremendament fil-granet ta wara biex b xi mod l-attivita bdiet il-gimgha 11 ta Lulju u ftit ftit l-affarijiet innormalizzaw u stabilzzaw. Effettivament ha over team immexxi mis-segretarju Permanenti nnifsu u minn Clyde Caruana, u aktar tard ingieb ukoll Charles Micallef li prattikament ha over l-fes. Bdew jigu ngaggati wkoll studenti fl-mcast bhala play-workers. Madankollu, x sar wara l-4 ta Lulju mhuwiex tant ta interess ghal dan il-bord Investigattiv ghaliex li jrid jaghmel assessment tieghu hu kif l-affarijiet thallew jipprecipitaw daqshekk sakemm kellha tinfaqa l-buzzieqa fl-4 ta Lulju 2014. 13 Laqgha tal-bord, 3 ta Settembru 2014, Paragrafu 4 14 Ara e-mail tal-istess Jesmond Bonello lil FES tal-4 ta Lulju, 19:42 hours 11

Dak li gara huwa ta hsara mhux zghira lill-immaggini talamministrazzjoni tal-edukazzjoni. Izda xejn ta skantament li dan sehh ghaliex kif jinghad kollakwalment it was a disaster waiting to happen. Aktar importanti minn hekk jizvela problemi aktar permanenti u strutturali li dan il-bord jispera li identifika u li ser jaghti suggerimenti dwarhom. v. Prattikament kull min instema mill-bord u li kellu interazzjoni attiva mal-fes (b eccezzjoni tas-subordinati tieghu fl-fes), inkluz l-mut, attribwixxa responsabilta principali lic-ceo tal-fes, Roderick Agius. Ma hemmx dubju li ic-ceo kellu parti kbira mir-responsabilta ghal nuqqas shih fil-preparazzjoni, fil-planning and control process, tabilhaqq fin-nuqqas komplet ta project planning. U dana izjed u izjed meta rapport ta Joseph Saetta, wara survey on-site tas-sitwazzjoni fl-fes ftit xhur qabel, kien zvela l-weaknesses strutturali tal-fes, millliema Rapport la d-des u lanqas l-fes ma hadu spunt pozittiv. U dan meta l-prezenza ta almenu whud minn dawn id-debbolezzi strutturali kienu elenkati fi SWOT Analysis ippreparat mic-ceo tal-fes fuq talba tal-bord tal-fes bejn wiehed u iehor fl-istess zmien ta Novembru 2013. Ma hemmx dubju li c-ceo kien issottovaluta il-gravita tal-problema u spicca zvijja lil Bord tieghu, lill-ufficjali tad-dipartiment fi hdan il-ministeru u lis- Segretarju Permanenti meta ma tax stampa reali tan-nuqqas ta preparazzjoni u minflok avzahom li kollox kien on track u in place u li se mai kien hemm biss teething troubles. Tabilhaqq kostantament ic-ceo bhal ma ghamel wkoll id-des - issottovaluta l-problema organizzativa li kienet qed tizdied ma kull gurnata li tghaddi, u minkejja l-indikazzjonijiet cari li ma kienx kollox sew, u bhal donnu halla fid-destin li l- problemi jitrangaw wehidhom. Sadattant kompla jirraporta lil hadd iehor dak li haseb flok dak li kien. Ic-CEO baqa jghid li kollox kien ippreparat sal-ahhar gurnata lavorattiva qabel ma kellha tibda l-attivita, meta nhar il-gimgha 4 ta Lulju 2014 ghal darba ohra ta ir-riassikurazzjonijiet tieghu lis-segretarju Permanenti. Kien biss is-sibt, 5 ta Lulju, fil-ghodu, li c-ceo ammetta li kellu problema zghira, jigifieri nuqqas ta 220 play-worker biex jiehdu hsieb it-tfal. 15 Ghalkemm kien hemm xi whud minn dawk li sema l-bord li attribwew, u ohrajn li ma eskludewx li seta kien hemm, motivi ulterjuri jew mala fede filkomportament ta Roderick Agius, il-bord ma jirrizultalu l-ebda evidenza, imqar prima facie, ta xi komportament malizzjuz jew deliberatament hazin. Ghall-Bord Investigattiv, Roderick Agius huwa persuna b intenzjonijiet tajba izda li ma ghandux ittraining u l-hiliet manigerjali biex imexxi bhala CEO entita importanti u kritika bhal ma hi l-fes. 15 Laqgha tal-bord tal-4 ta Settembru 2014, Clyde Caruana, Paragrafu 4 12

Il-Bord japprezza li meta ntghazel fis-sena 2008, Roderick Agius kellu esperjenza kbira ta ghalliem u ta school counsellor u li seta kien addattat ghall-fes li dak iz-zmien kellha mandat ferm izghar. Izda jidher li aktar ma kibret il-firxa talprogrammi tal-fes ma sarx l-istrutturar mehtieg kemm fi rizorsi kif ukoll fil-hiliet manigerjali li kien hemm bzonn. Ir-rizultat kien illi s-sur Agius sab ruhu f organizazzjoni ferm aktar komplessa minn dik li dahal fiha minghajr il-management skills u l-esperjenza ppruvata necessarji. Biex tmexxi organizazzjoni bhal ma hi l-fes, u li din is-sena kienet qed tistieden fic-centri taghha 12,000 tifel u tifla, il-hiliet u l- esperjenza mehtiega biex torganizza haga bhal din mhumiex primarjament dawk ta ghalliem izda ta business manager bhal fi entrapriza privata, bl-uniku differenza tkun li organizazzjoni bhall-fes m ghandhiex skop ta lukru izda fejn ir-riskji huma ferm kbar ghax hemm fin-nofs il-harsien tat-tfal. Irid jinghad li Roderick Agius laqat lil Bord Investigattiv ghal mod sincier kif tkellem mal-bord f sitwazzjoni tahraq u difficli u ghal mod kif assuma r- responsabiltajiet tieghu u ma pprova jwaddab it-tort fuq hadd. vi. Veru kemm hu veru li Roderick Agius (u l-fes) ghandhom irresponsabilta principali ghal li gara, il-bord Investigattiv ma ghandux dubju li hemm ohrajn li ghandhom igorru responsabilta amministrattiva kongunta ghal dak li gara, u ma ghandux ikun Roderick Agius biss li jigi singled-out bhala l-factotum ta dan iddizastru amministrattiv. vii. Il-Bord tal-fes ghandu wkoll igorr ir-responsabilta tieghu ghan-nuqqas ta moniteragg u oversight tal-operazzjonijiet tal-fes. Jidher li l-membri tal-bord tal-fes kienu kuntenti li jistaqsu lic-ceo jekk hux kollox sew, li minn naha tieghu jirrispondi fil-pozittiv, u huma jiehdu r- risposta tieghu bhala Vangelu minghajr mistoqsijiet u verifici ulterjuri. Dan meta suppost kienu jafu li Roderick Agius kellu t-tendenza jissotovaluta l-problemi li kieku kkunsidraw attentament ir-rapport Amministrattiv ta Joseph Saetta ta Novembru 2013 u l-iswot Analysis ippreparat mill-istess CEO. Tabilhaqq ir-rapport ta Joseph Saetta lanqas biss qatt ma kien diskuss mill-bord tal-fes, 16 Rapport li l-bord ta Investigazzjoni jidhirlu li seta evita dan id-debacle amministrattiv li sehh li kieku l- Bord hadem fuq l-istess Rapport. 17 F dan il-punt ta min jinnota li mkien fil-minuti tal-bord tal-fes ma jirrizulta nota dwar dawn ir-riassikurazzjonijiet li kien qed jaghti ic-ceo. 18 Izda l-bord ta Investigazzjoni sab korroborazzjoni aktar minn bizzejjed dwar ir-riassikurazzjonijiet li kien jaghti ic-ceo minn numru kbir ta testi, u anke minn Roderick Agius innifsu. Ilfatt jibqa izda li lanqas il-minuti tal-fes ma jidhru li nzammu tajjeb f haga daqs hekk materjali. 16 Laqgha tal-bord tas-27 t Awwissu 2014, Elena Borg, Membru tal-bord tal-fes, Paragrafu 6 17 Laqgha tal-bord tas-27 t Awwissu 2014, Joseph Saetta, Paragrafu 7 18 Laqgha tal-bord tas-27 t Awwissu 2014, Marcon Cassar, Membru u Segretarju tal-bord FES, Para 5 13

Irid jinghad illi l-bord tal-fes naqas li jkun vigilanti u allura konxju talproblemi fil-preparazzjoni ghall-programmi tas-sajf. Fil-fatt, l-ahhar laqgha tal-bord tal-fes saret fid-19 ta Gunju 2014, kwazi tlett gimghat qabel ma kellha tigi varata Skola Sajf fis-7 ta Lulju 2014. Tabilhaqq tlieta mill-membri tal-bord tal-fes 19 fehmu in-nuqqas taghhom qua membri tal-bord tal-fes u minn jeddhom, u qabel ma twaqqaf dan l-istess Bord Investigattiv, offrew ir-rizenja taghhom lil Ministru, liema offerta sa issa ghadha ma ntlaqghetx pendenti dan ir-rapport. Lil Bord jirrizultalu li l-bord tal-fes huwa maqtugh mill-operazzjonijiet attwali tal-fes. Il-Bord tal-fes jiltaqa kull xahar barra l-ufficcji tal-fes. Huwa Bord maghmul bla dubju minn nies bi kwalifici akkademici u achievements fil-kamp taledukazzjoni izda ma tistax ma tikkonkludix li l-bord huwa distakkat mill-magna talentita li suppost qieghed jidderiegi. Bizzejjed wiehed jinnota li l-membri tal-bord kollha (ghajr ic-chairman) saru jafu li l-attivita ma fethitx kif kien ippjanat fis-7 ta Lulju 2014 meta saru jafu - bhal kumplament tal-pubbliku - minn fuq il-media, u dan minflok ma kienu fl-isteering wheel huma stess jidderiegu l-ippjanar u l-izvolgiment ta kollox. viii. L-attitudni tad-directorate of Educational Services fi hdan il-ministeru kienet wahda passiva. Fil-waqt li bl-ebda mod ma ostakolaw id-decizjonijiet u r-riformi li gew decizi, id-direttorat naqas li jkun pro-attiv u ha l-attitudni li issa minn din is-sena heles minn Skola Sajf. Id-Direttorat interpreta wkoll dak li ntqalilhom mis-segretarju Permanenti, u cioe li kellhom jaccertaw u jimmonitorjaw il-kwalita tal-programmi u li dawn jitjiebu, bhala li dmirhom kien jibda meta l-attivita tibda f Lulju. Din hija interpretazzjoni dejqa tal-istruzzjonijiet li rcivew u effettivament kienet tfisser li farfru minn kull xoghol u responsabilta li kellhom li jghinu, jikkordinaw, jissorveljaw u jikkoperaw b mod attiv mal-fes biex ir-riforma tirnexxi. Din l-attitudni distakkata tad-direttur Generali baqghet anke meta kienu qed jixghelu l- bozoz homor u jaslulu sinjali mis-subordinati tieghu li l-preparazzjonijiet kienu qed jaqghu lura kumparati mas-snin ta qabel, u dana meta n-numru ta tfal kien mistenni jitla bil-kbir, u baqa semplicement jiehu at face value ir-riassigurazzjonijiet tac-ceo, u minghajr ma jmur jivverifika s-sitwazzjoni on the ground. 20 Dan ta qabel qed jinghad minkejja li hu maghruf li l-istess Direttur Generali jaghmel xoghol siewi u tajjeb fil-core activity tieghu, jigifieri fejn jidhlu l-organizazzjoni u s-servizzi fl-iskejjel tal-gvern matul is-sena skolastika. 19 Mario Mallia, Andrew Azzopardi, Eric Saliba 20 Laqgha tal-bord tas-6 t Awwissu 2014, George Borg, Paragrafu Numru 3 14

Ghalhekk irid igorr ukoll xi responsabilta id-direttur Generali, DES, u fi grad ferm anqas, id-direttur, Student Services. Dan tal-ahhar assuma r-responsabilta ta Direttur, Student Services biss fis-26 ta Mejju 2014 u ma jkunx gust li jitghabba b wisq responsabilta. Irid jigi osservat anke hawn pero kif wiehed ma jistax jifhem kif bniedem b esperjenza kbira fil-qasam tal-edukazzjoni u Educational Officer fis- Socjologija fis-6 th Forms minn jum ghall-ghada jinghata responsabilta amministrattiva u organizattiva minghajr kredenzjali ta management bir-rizultat li l- individwu involut jaf jinharaq b esperjenza hazina bhal din u l-entita involuta tbati wkoll. ix. Minghajr bl-ebda mod ma jezenta mir-responsabilta lil dawk kollha li ghandhom responsabilta ghal dak li gara, wiehed ma jistax ukoll ma jikkonsidrax ilfatti segwenti li jistghu jservu ta attenwant: - ir-rizenja tal-human Resources Manager tal-fes fi Mejju 2014. Dan kien ser jiehu post fi hdan entita ohra pubblika, Transport Malta, u l-bord jidhirlu li l- ko-ordinazzjoni mixtieqa bejn il-vari organi ta entita wahda is-servizz pubbliku kien tali li messu li l-fes u d-des messhom tkellmu ma Transport Malta biex tali rizenja mill-fes u l-assunzjoni tad-dmirijiet fi Transport Malta tittardja bi ftit gimghat. Irid jinghad ukoll li Ray Fava kien volontorjament offra lil FES li jibqa jghin wara li telaq mill-fes, izda l-fes qatt ma kkuntattjawh dwar din l-offerta li ghamel; 21 - Ruth Baldacchino harget fuq Study Leave bejn il-perjodu ta Jannar 2014 u l-bidu ta Mejju 2014; - it-transferiment ta key employee ohra tal-fes, Ms Miriam Vassallo, biex tintlaqalha x-xewqa tmur tahdem f post iehor sar fl-aktar mument vulnerabbli u kritiku, minghajr hsieb tal-esigenzi tas-servizz u kif haga bhal din kienet ser tkompli tgharraq issitwazzjoni; - Sas-Sajf 2013, Klabb 3-16 u Skola Sajf kienu jaghtu servizz lil madwar 6,000 tifel u tifla; 22 it-talba ghal dawn is-servizzi ghal din is-sena telghet ghal aktar minn 11,000. 21 Laqgha tal-bord tat-18 t Awwissu 2014, Ray Fava, Paragrafu Numru 3 22 Memo lil Kabinett tat-2 t April 2014: Applikazzjonijiet fl-2013 ghal Klabb 3-16 kien ta 2714 tfal filwaqt li ghal Skola Sajf kien 3970, total ta 6,684 15

19. Rakkomandazzjonijiet. i. Roderick Agius, CEO, FES. Il-pozizzjoni ta Roderick Agius bhala CEO tal-fes manifestament mhix aktar tenibbli, issa aktar minn qatt qabel ghaliex b li gara qabel u wara s-7 ta Lulju spicca tilef kwalunkwe awtorita morali mal-istaff u l-istakeholders l-ohra. Dan jidher li rrikonoxxieh is-sur Agius stess ukoll meta informa l-bord Investigattiv li xtaq jiccaqlaq u fil-fatt kien talab li jigi rilaxxat taht Skema PAHRO 200/2010. Il-Bord ma ghandux dubju dwar l-intenzjonijiet tajba ta Roderick Agius u allura jirrakkomanda li t-talba tieghu tintlaqa skond il-kondizzjonijiet mhabbra taht l-istess Skema, fejn il-kwalifiki u l-esperjenza tieghu fil-kamp tal-edukazzjoni u l-kamp socjali, ikunu utli ghas-socjeta u ta soddisfazzjon ghalih. Il-Bord Investigattiv jifhem minn dak li qal Roderick Agius lil Bord illi huwa talab li jigi trasferit ghal ma NGO. Tali talba trid tigi approvata mill-bord tal-fes, mill-ministeru u mill-pahro. 23 Il-Bord jirrakkomanda li tali talba tintlaqa. ii. L-FES. Il-Bord jifhem li l-fes kienet koncepita fil-bidu tas-snin elfejn bhala entita pubbliku bil-hsieb li tippromwovi s-servizzi tal-edukazzjoni barra s-sieghat konvenzjonali tal-iskola, u allura wara l-hin tal-iskola matul is-sena skolastika u filhinijiet tal-gurnata fis-sajf. Il-hsieb wara li dan isir minn Fondazzjoni kien li entita bhal din tista tkun aktar flessibbli mic-civil. Il-Bord mhux konvint li l-profilerazzjoni ta hafna entitajiet u fondazzjonijiet bhall-fes lahaq l-ghan ta aktar efficjenza. Anzi jara li tal-anqas f dan il-kaz tal-fes holoq aktar kumplikazzjonijiet ta komunikazzjoni u ko-ordinazzjoni u problemi ta kontroll (anke finanzjarju) bejn id-dipartiment u l-entita, jekk addirittura holoqx antagonizmu u pika fina minn taht bejniethom u attitudni ta intom u ahna. Holoq ukoll tensjoni bejn l-istess FES u l-kapijiet tal-iskejjel fejn jizvolgu l-attivitajiet tal-fes. 23 Public Administration Human Resources Office 16

Interessanti dak li qal Kevin Bonello, Segretarju Generali tal-mut, meta kellem lil Bord. Huwa qal li dan l-episodju ta Klabb 3-16 ta dis-sena ma kienx xi haga izolata. Kellu hafna sitwazzjonijiet simili, fix-xhur u s-snin li ghaddew, fejn meta taghmel ilment mal-fes, dawn tal-ahhar dejjem imorru fuq id-difiza u jridu jiggustifikaw il-pozizzjoni taghhom flok ma jiehdu kritika kostruttiva u gustifikata u jaraw kif jaghmlu biex isewwu l-affarijiet. Anzi jibdew ighidu li l-union ma tifhimx. Fil-fatt hafna drabi, l-union ikollha tirraporta s-sitwazzjoni lid-dipartiment, jekk mhux ukoll lil Ministru, u jkun biss meta jigri dan li jitjiebu l-affarijiet. Huwa qali li din issitwazzjoni ilha kostantament hazin bl-istess mod ghal diversi snin, kemm flamministrazzjoni prezenti kif ukoll f dik precedenti. Kevin Bonello stqarr li hu jikkonsidra lil Ministru Bartolo bhala vittma tad-disinformazzjoni li kien qed jircievi indirettament bl-assigurazzjonijiet zbaljati tac-ceo tal-fes. 24 Il-Bord jidhirlu li: - l-gvern ghandu jaghmel rethinking exercise strategiku u jiffoka mill-gdid fuq l-ghanijiet strategici u l-efficjenza operazzjonali u l-valur ta flus ta entitajiet u fondazzjonijiet bhal dawn u l-futur fit-tul taghhom; - sakemm isir dan ir-re-evaluation strategiku, ix-xoghol tal-fes irid jitkompla kif suppost, anke biex ma jkunx hemm skossi bla bzonn. Ghaldaqstant, fl-interim ghandu jinghazel persuna addatata, ta esperjenza manigerjali u motivata, li ser tkun responsabbli ghal kontinwazzjoni tas-servizzi tal-fes bi kwalita immedjatament. Il-vacuum f tali pozizzjoni m ghandiex tithalla fit-tul, inkella anke s- servizzi tax-xitwa jista jkunu prekarji. - fil-waqt li l-futur tal-fes ghandu jkun rizultat ta strategija fit-tul imsejjes fuq il-propost rethinking exercise, fl-immedjat ghandu jigi accertat illi Skola Sajf / Klabb 3-16 ghas-sena li gejja 2014 /2015 ikun servizz ta kwalita, u mhux biss ta kwantita. Dan huwa tabilhaqq possibbli. Izda biex ikun possibbli huwa evidenti li, jaghmilha min jaghmilha, irid isir ippjanar minn kmieni u ghal kollox differenti minn kif sar din is-sena. Il-preparazzjonijiet bis-serjeta iridu jibdew isiru f Ottubru biex sa Frar / Marzu, prattikament kollox ghandu jkun diga lest ghal Sajf iehor. Mhuwiex tolerabbli li co-ordinators (kuntrarjament ghal play-workers) ikunu zghazagh ta 22 sena, izda iridu jkunu ghalliema ta esperjenza, kif qal tant tajjeb Charles Micallef, Management Consultant, li nghata l-inkarigu temporanju biex jigbor il-bicciet mill-art u jimmanigja mill-ahjar li jista l-attivita in dizamina f Lulju 2014 wara l-fatti maghrufa li sehhew. 25 24 Laqgha tal-bord tat-3 ta Settembru 2014, Paragrafu Numru 3 25 Laqgha tal-bord tas-27 t Awwissu 2014, Paragrafu Numru 8 17

iii. taghhom. Membri tal-bord tal-fes. Kif inghad diga, 26 uhud mill-membri tal-bord tal-fes offrew ir-rizenja Bl-ebda mod ma jirrizulta lil Bord li dawk li offrew ir-rizenja ghandhom responsabilta akbar minn dawk li ma ssottomettewx tali offerta. Bl-istess mod, fir-responsabilta li qed jigi attribwit lil membri tal-bord tal-fes, il-bord ma jarax differenza bejn dawk li kienu diga membri tal-istess Bord sa minn amministrazzjonijiet ohra u dawk li dahlu mill-gdid taht din l-amministrazzjoni. Irrespettivament mir-responsabilta attribwita lil Bord tal-fes u l- membri tieghu aktar kmieni f dan ir-rapport, 27 il-bord Investigattiv jidhirlu li l-bord tal-fes ghandu jigi rikostitwit biex tal-anqas f parti sostanzjali minnu ikun kompost minn ufficjali gholja tad-dipartiment li ghandhom l-inkarigu li jattwaw il-politika filkamp tal-edukazzjoni tal-gvern tal-gurnata, bhal ma jkun id-direttur Generali (DES) u Direttur (Student Services) ex ufficio. Hekk ghandha tghin biex tintgheleb il-problema ta nuqqas ta ko-ordinazzjoni bejn id-dipartiment tal-edukazzjoni u l-entita, u taghmel lid-direttorat ghas-servizzi Edukattivi aktar responsabbli ghall-entita u aktar f pozizzjoni li tikkontrolla l-attivitajiet taghha. Il-Bord ghandu jservi ta organu ta hsieb dwar kif jestendi aktar isservizzi u l-attivitajiet barra l-hin tal-iskola bi standard ta kwalita. L-istess Bord, jew management committee mwaqqaf minnu, ghandu wkoll jizgura l-ippjannar u l-kontroll tal-attivitajiet li jkunu qed jizvolgu ruhhom b mod hands-on u mhux b mod distikkat. iv. Promozzjonijiet u / jew Assenjazzjonijiet ta Dmirijiet. Il-promozzjonijiet fic-civil isiru fuq linji ben definiti u kontrollati mill- Kummissjoni ghas-servizz Pubbliku. L-assenjazzjoni tal-membri tac-civil fi dmirijiet u postijiet partikolari hija decizjoni unika tal-ezekuttiv. Bl-umilta kollha, l-bord ghandu zewg rakkomandazzjonijiet x jaghmel f dan ir-rigward rizultat ta dak li nnota f xogholu f din l-investigazzjoni. Dawn l-osservazzjonijiet jistghu jidhru ovvji izda hafna drabi l-ikbar veritajiet ikunu ovvji izda xorta jinqabzu. Meta wiehed jinghata promozzjoni interna jew jinghazel wara sejha ghal pubbliku ghal post ta responsabilta manigerjali, u wisq izjed meta jitqieghed f post partikolari, l-amministrazzjoni ghandha taccerta ruhha li l-persuna maghzula ghandha l- hiliet u l-esperjenza manigerjali u amministrattiva f dak il-qasam partikolari. Jekk wiehed ma jaghmilx hekk, dan ikun ta hsara kemm ghall-amministrazzjoni pubblika kif ukoll fl-ahhar mill-ahhar ghall-individwu involut. 26 Ara Paragrafu Numru 18.vii ta dan ir-rapport 27 ibid 18

It-tieni punt huwa partikolari ghad-dipartiment tal-edukazzjoni. Persuni li jkollhom l-akbar success fil-professjoni tal-ghalliema u l-qasam tal-edukazzjoni, tajbin kemm huma tajbin fil-qasam akkademiku taghhom, ma jfissirx li bil-fors ghandhom dak li hu necessarju biex mil-lum ghall-ghada jibdew jaqdu dmirijiet amministrattivi u manigerjali. U li tmexxi Skola Sajf u Klabb 3-16 - li kienu matul issnin qed jespandu b rata kbira hafna b 7 centri fl-2011, 22 centru fis-sajf tal-2012, 30 fis-sajf tal-2013, u 63 fis-sajf tal-2014 - manager ta esperjenza kien hemm bzonn. Ma tistax tippretendi li taqbad ghalliem u tpoggieh f kariga bhal din minghajr ma tassigura li hemm il-kwalitajiet mehtiega u li dawn jigu sostanzjati b mentorship programme serju. Il-Bord hu tal-fehma li l-esperjenza rilevanti u l-attitudni personali ghandhom jinghataw hafna izjed importanza milli jidher li qed jinghataw. Waqt dan l- ezercizzju, l-bord sab diversi stanzi fejn persuni li setghu kienu kompetentissimi fi rwolijiet differenti u li ghandhom livell akkademiku gholi, inghataw inkarigu li ma kellux x jaqsam ma l-esperjenza taghhom b sogru lilhom u lil funzjoni li suppost iservu. v. Tahrig u Esperjenza. Il-Bord irid bilfors jistaqsi dwar il-kontenut u l-effikaca tal-korsijiet terzjarji fl-amministrazzjoni Pubblika u s-seminars u t-training kostanti u li jinghata fis-servizz pubbliku u li jqum tant flus lit-taxpayer. It-tahrig tal-membri tac-civil u tal-entitajiet governattivi fil-ministeru tal- Edukazzjoni huwa ta importanza kbira meta dan isir fi sfond strategiku u b mod mirat. Daqstant iehor importanti hija l-esperjenza u l-bzonn ta succession planning msejjes mhux biss fuq kwalitajiet akkademici rilevanti imma wkoll fuq kredenzjali ta esperjenza u performance relevanti. Minn dak li ra l-bord waqt dan l- ezercizzju, dan mhux dejjem qed isir u tali nuqqas ma jawgurax tajjeb kemm ghallindividwi koncernati li jispiccaw iridu jhabbtu wicchom ma problemi aktar milli jifilhu, kif ukoll ghas-servizz pubbliku innifsu. Il-Bord jahseb li l-aspett strategiku ta career pathing ghandu jinkludi wkoll aspett ta mentorship fejn nies bi proven track record jigu shadowed minn dawk b inqas esperjenza. 19

Il-Bord jawgura li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jigu kkunsidrati u zviluppati blattenzjoni biex wiehed jizgura li l-problemi ta taht li wrew ruhhom f dak li gara fi Skola Sajf / Klabb 3-16 din is-sena ma jimmanifestawx rwiehhom f xi progett iehor filfutur. Iffirmat, illum 29 ta Settembru, 2014 Paul Bonello Chairman Gemma Debono Membru Noel Borg Membru Claire Felice Pace Segretarju 20