F Mejju 2015, il-provditur tas-servizz baghat ghalihom ghax il-valur talinvestiment

Similar documents
Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjari. Kaz Nru. 478 /2016 JK vs Crystal Finance Investments Ltd. (C26761) Seduta tas-27 ta Settembru 2017

Malli ghalqet f Awwissu 2016, qaluli li niehu biss bejn 26,000-27,000.

Ra l-ilment fejn l-ilmentatur jghid li pogga 5,000 ma Crystal Finance Investments Limited fl-24 ta Lulju 2013.

Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjarji. Kaz Nru. 032/2017. FG (l-ilmentatur) vs ARGUS Insurance Agencies Ltd. (C 597) (Il-Provditur tas-servizz)

Stagun 2018/9. Informazzjoni Generali. Malta Pool Association. Stagun 2018/19. Kumitat Ezekuttiv - Perjodu 2017/18 sa 2019/20

TRIBUNAL TAL-APPELL GHALL- KOMPETIZZJONI U GHALL-KONSUMATUR

QORTI TAL-MAGISTRATI (MALTA) BHALA QORTI TA' GUDIKATURA KRIMINALI

Protest Gudizzjarju ta Liam Debono detentur ta karta tal-identita numru L;

BORD TA INVESTIGAZZJONI DWAR SKOLA SAJF / KLABB 3-16 SAJF 2014 RAPPORT FINALI

Details Related to Awards

QORTI CIVILI PRIM AWLA (SEDE KOSTITUZZJONALI)

Kulhadd. F din il-harga IDHOL MEMBRU FIL -HAMRUN SPARTANS F.C. We re on the Web. Mail to : xahar. Dan ix-xahar. Hamrun Spartans F.C.

ID-DGĦAJJES TRADIZZJONALI MALTIN

L-istagun jaqbad ritmu.

Portal għan-notifikazzjoni tal-prodotti Kożmetiċi (CPNP) Manwal għall-utenti għan-notifikazzjoni tal- Prodotti Kożmetiċi li Fihom Nanomaterjali

1.1.2 Il-Kumitat Konsultattiv tal-persuni b Diżabilitá Intellettwali tal-knpd (KCC) għamel laqgħa li fiha ddiskuta l-pjan ta ħidma għas-sena 2014.

wara li kkunsidra l-proposta tal-kummissjoni lill-kunsill (COM(2011)0127),

Tissejjah Mxkora bil-maiti ghax

Inter Amateur Soccer Competition 2. L-Isem tal-organizzazzjoni 3. Nominazzjonijiet ta Membri Ezekuttivi 5

Kif Toħloq Ebook. Norman C. Borg. Copyright 2012 by Norman C. Borg. All rights reserved.

B 2015 Suppliment tal-gazzetta tal-gvern ta Malta, Nru. 17,564, 6 ta April, 2004 Taqsima B

RESULTS AND SCORERS Information compiled by Saviour Vella

Abbozz ta Liġi dwar il-finanzjament ta Partiti Politiċi

jew persuni b diωabilità t jjeb mill-bidu bidu

RUZAR BRIFFA NUMRU SPECJALl la'

It-Taghlim tas-sewwa

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

Gwida dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u l-valutazzjoni dwar is-sigurtà

L-4 setturi tal- Ekonomija. Form 4 (General) Tema 2. Antonella Ellul

L-Ekonomija, Xogħol u Mistrieħ FORM 4 OPTION MS GRAZIELLA BONAVIA DOWNLOADED FROM STUDJISOCJALI.COM

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-europol 2013

Linji Gwida dwar il-kummerċ mal-unjoni Ewropea (UE) Settembru 2015

Messaġġ mill-kap tal-iskola. Is-Sur G. Micallef. Jannar Marzu Kap tal-iskola

IS-SEBA HADD TAL-GHID TLUGH IL-MULEJ FIS-SEMA, LAPSI 2015

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Frar 2010 li hija s-47 ħarġa ta din is-sensiela.

Ministeru għall-finanzi.. Diskors tal-bagit. L-Onor. Edward Scicluna Ministru għall-finanzi Malta 8 ta April, 2013

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea

Konferenza Nazzjonali dwar id-direttiva tal- Kunsill ta l-unjoni Ewropea li tistabbilixxi Qafas Ìenerali g al Trattament Ugwali fl-impieg

Nru. 90 April - Ìunju 2018

Editorjal. U ma kellux il-messija jbati dan kollu u hekk jid ol filglorja tieg u? (Lq 24,26) MIET BIEX JAGÓTINA L-ÓAJJA MARIO CURMI

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION ADVANCED LEVEL IL-MALTI MAY 2010 EXAMINERS REPORT

CORRIGENDUM Annule et remplace le document COM(2013) 158 final du Concerne la version MT (seulement le titre sur la page de couverture)

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2006 EXAMINERS REPORT

ta Ge ova bis-s i ` u r-ra Apprezza gunevolezza ta Ge ova ` Apprezza l-lealt au l-ma fra ta Ge ova d-dixxiplina ta Ge ova Ssawrek

St Benedict College Middle School. Is- seba' sena Studji Soċjali Ħin: siegħa u nofs

Convergence 1. SFOND 2. IL-PRATTIKA KOMUNI B KUNSIDERAZZJONI TAL-ELEMENTI TAL-KLIEM FIL-MARKA

tal-mulej Programm ta implimentazzjoni ta proposti tas-sinodu Djoçesan fil-qasam tal-pastorali tal-media

Nru. 81 Jannar - Marzu L-INAWGURAZZJONI TAL-FTUÓ UFFIÇJALI TAL-UFFIÇÇJU L-ÌDID TAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-ANZJANI 23 ta NOVEMBRU 2015

LEÓEN IS-SANTWARJU - Festa 2015 Pellegrinagg Kwadru Titulari, Madonna tal-grazzja 300 Sena Fostna

l-aċċent Id-Dipartiment tal-ilsien Malti tal-kummissjoni Ewropea BIR-REQQA Il-lingwa miktuba WERREJ Il-Passiv: ejjew ma nkunux passivi!

UNIVERSITY OF MALTA THE MATRICULATION CERTIFICATE EXAMINATION INTERMEDIATE LEVEL IL-MALTI MAY 2009 EXAMINERS REPORT

Fiċ-Ċentru mhux. permess tipjip. Mill-Editur. Għaldaqstent, ikun tajjeb li nagħmlulhom kuraġġ billi nieħdu sehem f dawn l- attivitajiet.

Vol 33 Nru 175 Jannar - Marzu 2012

Jan nor. Frar Numru . :--. ..:. =: :::..:.. :: :::. BirdLife" 1\T~:KNAliO~.\L

Każin tal-banda San Lawrenz

Form 4 OPTION. Il-Mass Media. (c) Ms Graziella Bonavia Downloaded from studjisocjali.com

Fava Woodworks Co. Ltd.

Każin tal-banda San Lawrenz

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2011 EXAMINERS REPORT

IT-TRASPORT PUBBLIKU F MALTA

Jannar ETC Youth Newsletter. Jannar ETC Youth Newsletter KARRIERI, INTERVISTI, KORSIJIET, INFORMAZZJONI... U ARTIKLI OĦRA.

.. UFFICCJU TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI OMBUDSPLAN

Out of the carpentry shop. Bla qari...qarg a? Wara l-abort: 6 Binti, a firli! Max Lucado 10. Fr Joe Borg 30. kwizz 19 G aliex ismi jqum xewk xewk?

Servizzi u Benefiççji

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2009 EXAMINERS REPORT

IL-GLOBALIZZAZZJONI. Form 5 Unit 5 (Option) Ms Lana Turner Downloaded from studjisocjali.com

BIEDJA U ŻVILUPP RURALI

Chairperson tal-kumitat Amministrattiv Tas- Swatar

WERREJ 01. EKONOMIJA XOGĦOL INFRASTRUTTURA TRASPORT ENERĠIJA GĦAWDEX SOĊJETÀ LI TAĦSEB F'KULĦADD 76

Il-Presepju. Fuljett ma ru mill- GÓAQDA ÓBIEB TAL-PRESEPJU - MALTA c/o 56, Amaltea, Triq il-marg, Attard ATD Malta. Óar a Nru.

***I POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Kumitat għall-affarijiet Legali. għall-kumitat għall-ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sikurezza tal-ikel

Narcotics Anonymous 1DUNRWLƛL $QRQLPL

Ħarġa Speċjali fl-okkażjoni tal-20 sena żgħażagħ

LUMINARIA. GUNJU 15 NRU. 120

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 15 Jannar 2017 L-EDITORJAL

UNIVERSITY OF MALTA SECONDARY EDUCATION CERTIFICATE SEC IL-MALTI. May 2010 EXAMINERS REPORT

ATTENZJONI: Struzzjonijiet Ġenerali tas-sigurtà

Awwissu 2011 Numru 81

Convent of the Sacred Heart School Foundation Junior School Sample Paper IS-SITT SENA MALTI ĦIN : 20 minuta (FEHIM MIS-SMIGĦ)

MESSAĠĠ MIS-SURMAST. Meta l-logħob virtwali jsir vizzju

Dawn id-dokumenti informattivi jinqasmu f sitt oqsma tematiċi:

x 2 EN795:1996 Class C SPECIFIC INSTRUCTIONS EZ-LINE HORIZONTAL LIFELINE SYSTEM 141Kg/ 8 CE TYPE TEST 9 PRODUCTION UALITY CONTROL

kif ]viluppa t-trasport f pajjizna.

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

ITTRA ENĊIKLIKA LUMEN FIDEI TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-ISQFIJIET IL-PRESBITERI U D-DJAKNI LILL-PERSUNI KKONSAGRATI U LIL-LAJĊI FIDILI KOLLHA DWAR

PHOTOTHERAPYEUROPE FIL-ĦABSIJIET. Programm ta tagħlim tul il-ħajja

Kummissjoni Kommunikazzjoni Socjali Business Breakfast Excelsior Hotel 27 ta Gunju, 2012

APOCRYPHA 1 st MACCABEES ta il KING JAMES BIBBJA Maccabees

l-aċċent Pubblikazzjoni tad-dipartiment tal-malti tal-kummissjoni Ewropea Numru 17 Frar 2018 L-EDITORJAL

Passaport Ewropew għaċ-ċittadinanza Attiva

EWROPA KREATTIVA. id-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2017 mill-awtorità baġitarja.

INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2010 AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA

X inhu l-koran Imqaddes?

Maltese Literature Group Inc. Grupp Letteratura Maltija Ink.

Vol 35 Nru 185 Lulju - Settembru 2014

G aqda MuΩikali Vittorja - Naxxar Festa 2007

Fava Woodworks Co. Ltd.

Każin tal-banda San Lawrenz

Transcription:

Quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjarji Kaz Nru. 415/2016 IK u NK (l-ilmentaturi) vs Crystal Finance Investments Ltd. (C 26761) (il-provditur tas-servizz) Seduta tat-28 ta Novembru 2017 L-Arbitru, Ra l-ilment fejn l-ilmentaturi jsostnu li huma: F Novembru 2013, kienu investew 25,000 fil-prodott BP 192, 5.75% EUR Bond Portfolio 2018 fuq rakkomandazzjoni tas-sur Oliver Demanuele, advisor mal- Crystal Finance Investments Ltd. F Mejju 2015, il-provditur tas-servizz baghat ghalihom ghax il-valur talinvestiment kien nizel ghal 19,687. Fuq rakkomandazzjoni tas-sur Oliver Ellul, impjegat tal-provditur tas-servizz, l- investiment gie maqlub ghal UBS (Lux) Bond Fund- EUR HY, fl-ammont ta 7,842 u investewlhom 10,792 fin-norske 2017 li f April 2016, gie maqlub fi 3.5% Norske 2026 (7,854 units bla valur) u 2% Norkse 2115 (5,430 units bla valur). Qed jitolbu li jigu rifonduti s-somma originali li investew ta 25,000. 1

Ir-risposta tal-provditur tas-servizz giet ipprezentata tardivament u, skont decizjoni preliminari tal-arbitru tal-24 ta Jannar 2017, il-provditur tas-servizz gie meqjus kontumaci. Però, kif ritenut mill-qrati taghna, 1 l-kontumacja ma tfissirx ammissjoni tattalba izda kontestazzjoni tat-talbiet attrici ghalkemm f dan il-kaz il-kontestazzjoni hi wahda generika u mhix specifikata f hiex tikkonsisti peress illi s-socjetà konvenuta tilfet id-dritt li tirrispondi ghall-kawza. Bhal kull kawza ohra l-atturi jridu jippruvaw dak li qed jallegaw b mod li jikkonvincu moralment lill-qorti li l-fatti allegati huma minnhom u t-talbiet jirrispekkjaw il-konsegwenzi legali li jinsorgu mill-fatti accertati. Il-Qorti ghandha tistrieh fuq il-provi prodotti mill-atturi. L-Arbitru ser jimxi wkoll b dan il-mod. PROVI Permezz tal-affidavit tieghu l-ilmentatur, IK, jghid li fis-27 ta Novembru 2013, hu u l-mara tieghu kellhom appuntament mal-advisor tal-provditur tas-servizz, Oliver Demanuele, fejn Ahna spjegajnielu li kellna hamsa u ghoxrin elf ewro f savings account u xtaqna li ninvestuhom f xi tip ta investiment. Konna cari li l- esperjenza taghna fejn tidhol investimenti hija dik relatata ma bonds u stocks lokali fejn ikollna imghax fiss u kapital sikur. Nghid li ahna ghidnielu li ma ninvestux f shares u cumulative funds. Fil-fatt, ahna staqsejnih ghal-bond type investments li jkollhom imghax fiss u regolari. Ahna ghidnielu wkoll li ahna xtaqna investiment li huwa simili ghal dak ta term deposit. 2 Jghid ukoll li kien fuq is-suggeriment tas-sur Demanuele li nvestew fil-5.75 Euro Bond Portfolio 9 th July 2018. Kien hu li qalilhom li se joffrilhom prodott illi jikkonsisti f erba bonds ghalkemm huma kienu talbu single bond investment, u dan spjegalhom li fuq erba bonds ikollhom anqas riskju ghax wiehed jista jpatti ghall-iehor. 1 Evelyn Farrugia et vs GlobalCapital Financial Management Ltd, PA, 11/07/2016 2 A fol 56 2

Fuq il-parir tas-sur Demanuele investew. Fl-affidavit taghha, l-ilmentatrici xehdet bhal zewgha, illi kienu marru l-branch ta Hal Qormi tal-crystal Finance Investments Ltd u meta tkellmu mas-sur Demanuele, Ahna konna enfasizzajna li l-investiment li nixtiequ ghandu jkun wiehed li minnu ahna niehdu dhul regolari u cioè mill-investiment ahna nkunu qed niehdu imghax fiss u b mod regolari u bil-kapital sikur 3 u s-sur Demanuele qalilhom li l-investiment kien ser ikun mifrux fuq erba bonds biex jekk xi wiehed imur hazin, wiehed ipatti ghall-iehor. Xehdu li l-enfasi tas-sur Demanuele kienet li jhallu l-investiment sad-data talmaturità u, cioè, sal-2018 ghaliex jekk jigbduhom qabel setghu jitilfu mill-kapital ta 25,000 li kienu investew. Dakinhar stess investew il- 25,000. L-ilmentatur jispjega kif f Mejju tal-2015, kienu gew ikkuntattjati mill-provditur tas-servizz fejn qalilhom li riedu jkellmuhom minghajr ma tawhom l-ebda dettalji. Dakinhar flok kellimhom l-advisor originali taghhom, Oliver Demanuele, kien kellimhom Oliver Ellul, li wkoll kien advisor impjegat tal-provditur tasservizz. Dakinhar dan qalilhom li minhabba l-andament tal-ekotechnika ilportfolio kollu kien sejjer hazin, u dan ghall-kuntrarju li kien qalilhom Oliver Demanuele, li peress li kien hemm erba investimenti f wiehed, kull bond kien ipatti ghall-iehor. Oliver Ellul ipproponielhom biex l-investiment jinqaleb f investiment iehor, cioè 7% Norse Skog 2107, biex f dan l-investiment jigi irkuprat it-telf li kienu digà garrbu fl-investiment originali taghhom. Ipproponielhom ukoll li parti jinvestuha fil UBS Bond Fund, u l-ilmentaturi qaghdu ghal kollox fuq dak li ssuggerielhom. L-ammont li investielhom dakinhar kien ta 19,687, ghax daqshekk inbiegh l-investiment originali taghhom ta 25,000. Imbaghad, fit-18 ta Jannar 2016, skont statement li rcevew, l-investiment fin- Norske Skog li kien ta 10,791 nizel ghal 5,700, u l-investiment kumplessiv nizel ghal 13,042. Jumejn wara, fl-20 ta Jannar 2016, l-ilmentatur mar ikellem lil Oliver Demanuele fejn ilmenta dwar it-telf drastiku li kellu fuq l-investiment. 3 A fol 66 3

Demanuele qallu li kien ser ikun hemm proposta ta reinvestment tas-7% Norse Skog izda l-ilmentatur talbu s-somma originali dik ta 25,000, izda Demanuele qallu li ma setax jaghmel dan u ddirigieh biex jikteb lill-compliance Officer talkumpanija, Conrad Mifsud. Dan kitbilhom lura u qalilhom li s-7% Norske Skog kienu ser jigu ikkonvertiti f unsecured perpetual notes u li huma setghu jaghmlu lment mal-mfsa. L- ilmentaturi ipproponew li jippruvaw jilhqu ftehim bonarju izda s-sur Mifsud baqa jinsisti li jekk iridu jmorru l-mfsa. Imbaghad, f korrispondenza datata it-12 t April 2016, (li rcevew fit-2 ta Mejju 2016), l-ilmentaturi gew infurmati li l-investiment tas-7% Norse Skog 2017, gie konvertit f parti 3.5% Notes Norse Skog 2026, u parti ohra f 2% Notes Norse Skog 2115. L-ilmentaturi jsostnu li dawn huma units bla valur monetarju u wiehed ghal 10 snin u l-iehor ghal 99 sena rispettivament. Jghidu li huma kienu jafu b dan l-investiment gdid wara li kien effettivament sar, u dan minkejja li kienu qalu lill-provditur tas-servizz li ma kienux interessati f din it-tip ta tranzazzjoni. L-ilmentaturi regghu iltaqghu ma Oliver Ellul u Oliver Demanuele, u pprotestaw ghall fatt li dan l-investiment gdid, li sar minghajr l-awtorizzazzjoni taghhom, kien bla valur monetarju u riedu l-flus investiti originarjament, izda r- rapprezentanti ta Crystal Finance qalulhom li ma setghux jaghmlu dan u l- ilmentaturi gabu l-ilment quddiem l-arbitru ghas-servizzi Finanzjarji. 4 L-Arbitru jrid jiddeciedi dan il-kaz b referenza ghal dak li fil-fehma tieghu huwa ekwu, gust u ragonevoli fic-cirkustanzi partikolari u merti sostantivi tal-kaz. 5 Qabel xejn, l-arbitru jinnota li l-ilment ma sarx bl-aktar mod felici, però f dawn il-proceduri kienet l-intenzjoni tal-legizlatur li l-procedura tkun informali, tant li ilmentatur jista anke jibda dawn il-proceduri b semplici ittra. Ghalhekk, l-ilment irid jittiehed fil-kuntest tal-provi mressqa u specjalment l-affidavits li jitfghu aktar dawl ghaliex l-ilmentaturi qed jitolbu li jinghataw flushom lura. 4 Affidavit tal-ilmentatur a fol 56-58 5 KAP 555, Art 19(3)(b) 4

Huma jsostnu li ma nghatawx pariri tajbin, ma ntlahqux l-aspettattivi taghhom fl-investimenti li tahom il-provditur tas-servizz ghaliex huma riedu investimenti li jixbhu fixed term deposit bi dhul regolari u minghajr riskju ghall-kapital. L-Arbitru ser ihares lejn iz-zewg stadji tal-investiment. L-ewwel stadju kien ilbejgh tal-investiment BP 192 u t-tieni stadju kien l-investiment fin-norske. Il-BP 192 u r-ristruttura tieghu Il-BP 192 kellu erba bonds sottostanti, kollha bonds mahruga minn kumpaniji zghar u ta daqs medju fil-germanja. Il-Bond Portfolio kienet struttura jew servizz totalment mahluq mill-provditur tas-servizz. L-investitur ma kellux id-diskrezzjoni jaghzel hu stess il-bonds sottostanti ghax dawn kienu maghzula minn qabel mill-provditur. Skont is-servizz Bloomberg, tlieta minn dawn il-bonds, cioè 9.75% Ekotechnika GmbH; 7.75% Sanha GmbH u 7.25% German Pellets GmbH 6 kienu pjuttost bond issues zghar ghas-swieq finanzjarji: EUR60 miljun, EUR37.5 miljun and EUR72 miljun rispettivament. Ghalkemm il-kupun innifsu mhux indikazzjoni assoluta jew wahdanija tal-livell ta riskju ta bond, certament li ebda wahda minn dawn il-bonds ma kienet ta riskju baxx. Min jixtri bond, jitlob imghax gholi minghand min johrogha gharriskju li jkun qed jidhol fih. Ir-raguni ghala l-provditur tas-servizz irrakkomanda li l-ilmentaturi jirristrutturaw l-investiment taghhom fil-bp 192 kien minhabba l-andament xejn tajjeb ta Ekotechnika. Mill-erba bonds li kienu jaghmlu parti mill-bp 192, il-bond Ekotechnika kellha l-akbar kupun. Fil-principju, ma kien hemm xejn hazin fil-pjan tas-socjetà Konvenuta li f Mejju 2015 tirrakkomanda li r-rikavat jigi ri-investit bil-ghan li jigi rkuprat it-telf sostnut mill-bp 192. Li wiehed jidentifika investiment jew investimenti bi prezz tajjeb bil-ghan li, fuq medda ta zmien, bil-hlas tal-imghax u l-valur nominali malmaturità jirnexxielu jirkupra t-telf sostnut fuq investiment iehor, hija strategija li tigi applikata minn hafna. 6 Din il-kumpanija falliet fl-obbligi taghha fl-2016. 5

F dan il-kaz, l-ghazla u l-kompozizzjoni tal-portafoll ristrutturat li gie irrakkoman-dat lill-ilmentaturi kienet certament decizjoni tal-provditur tasservizz. Izda, f dan il-kaz, huwa importanti li wiehed janalizza l-ghazla ta Norske bhala wiehed mill-investimenti biex jigi ristrutturat il-portafoll tal-ilmentaturi. Il-provditur tas-servizz kien jaf li l-ilmentaturi li kellu quddiemu ma kienux tattip li jispekulaw fuq is-swieq finanzjarji. Kien fid-dmir li jezercita attenzjoni meta jirrakkomanda alternattivi biex jigi rkuprat it-telf sostnut mill-bp 192. Huwa mela ta thassib meta wiehed jara li, fil-mument li dahlu fin-norske, cioè f Mejju 2015, ir-rating ta Norske kien hazin hafna u dikjarat spekulattiv. Dan infatti osservawh l-ilmentaturi f certu dettal fin-nota ta Sottomissjonijiet taghhom. 7 Ir-rating tal-bond (li kellha timmatura fis-sena 2017), li kien jipprevali f Mejju 2015, skont Moody s, kien Caa3, 8 indikazzjoni ta riskji sostanzjali. Din l-agenzija, fi Frar 2015, 9 kienet irrevediet diversi ratings ta din il-kumpanija fl-isfond ta ristrutturar ta parti mill-bonds pendenti li kellha. Uhud minn dawn il-bonds gew skambjati b bonds godda b maturità itwal. Però, mhux il-bonds kollha kienu ristrutturati, u dan kien jinkludi numru ta bonds unsecured li kellhom jimma-turaw fl-2015, 2016, 2017 u 2033, li Moody s iddiskreviethom bhala structurally subordinated. 10 Il-gejjieni ( Outlook ) kien deskritt bhala wiehed negattiv. Il-kumpanija kienet mifnija bid-djun, li Moody s irrimarkat li mhumiex sostenibbli. Fir-rapport taghha, Moody s ikkunsidrat x jistghu ikunu il-fatturi li forsi jistghu itellghu ir-ratings tal-kumpanija, però ma tantx kien hemm wisq prospetti pozittivi fuq xhiex toqghod. 7 A fol 194 8 Dan ir-rating huwa konsistenti ma rating CCC (moghti minn agenziji ohra bhal Standard & Poor s) li hemm referenza ghalih fin-nota ta Sottomissjonijiet tal-provditur tas-servizz, a fol 124. 9 Rating Action: Moody's rates Norske Skog's new secured debt B3, exchange notes Caa2, outlook negative Global Credit Research - 26 Feb 2015 : https://www.moodys.com/research/moodys-rates-norske-skogs-newsecured-debt-b3-exchange-notes--pr_319201 (accessat 6 ta Lulju 2017) 10 Ibid, - Ara t-tieni paragrafu: Moody s confirmed the Caa3 (LGD5) instrument ratings of the residual and now structurally subordinated 2015, 2016, 2017 and 2033 legacy unsecured notes, which were not tendered in the process. 6

Bi prospetti assolutament xejn tajba, apparti ratings inkwetanti bhal dawn, kien ikun sogru kbir ghal min jidhol ghal bond bhal din aktar u aktar ghax kien hemm riskju li l-bond li kellha timmatura fl-2017 kellha imdendel fuqha ristrutturar b konsegwenzi serji ghall-bondholders. Infatti, f Novembru 2015, 11 Moody s irrevdiet l isfel ir-ratings li kienet tat aktar kmieni fis-sena. Mhux biss, imma nizzlet ir-ratings tas-senior unsecured notes li kienu se jimmaturaw fis-sena 2016, 2017 u 2033, mahruga minn Norske Skog ghal Ca minn Caa3. Apparti dan, il-bonds tas-sena 2017 (li kellhom l-ilmentaturi) kienu se jigu ristrutturati u fl-istqarrija ta Moody s kien hemm imnizzel kif kienu se jigu ristrutturati ( The holders of the 2017 senior unsecured bonds are offered to receive 50% of nominal value as exchange notes due 2026 bearing a cash interest rate of 3.5% and a PIK interest rate of 3.5% as well as a 25% of nominal value as perpetual exchange notes, bearing 2% interest subject to deferral rights ). Il-gejjieni kien, ghal darb ohra, deskritt bhala negative. Jekk dawn il-prodotti kienux addattati ghall-ilmentaturi Meta provditur tas-servizz finanzjarju jkun qed jaghti parir finanzjarju, huwa obbligat taht l-istandard Licence Conditions mahruga mill-mfsa 12 li jikseb taghrif necessarju minghand klijenti prospettivi biex ikun jista jifhem fatti essenzjali dwar il-klijent u li jkollu bazi ragjonevoli biex jemmen wara li jiehu konoxxenza tan-natura u t-tip ta servizz provdut - li t-tranzazzjoni specifika li qed tigi rakkomandata, tissodisfa dawn il-kriterji: - li tilhaq l-oggettivi tal-investiment tal-klijent; - li hija tali li l-klijent ikun finanzjarjament jiflah ghar-riskji relatati malinvestiment konsistenti mal-oggettivi tal-investiment tieghu; u 11 https://www.moodys.com/research/moodys-assigns-pca-and-pc-ratings-to-norske-skogs-new--pr_339138 (accessat 6 ta Lulju 2017) 12 Standard Licence Condition 2.16 Assessment of Suitability Part B1 (https://www.mfsa.com.mt/pages/viewcontent.aspx?id=262#partb-aifm) Ghalkemm il-verzjoni li hija llinkjata dahlet fis-sehh fl-1 ta Jannar 2014, l-obbligi ta Suitability kif kienu japplikaw meta inghataw parir l- ilmentaturi huma identici ghal din il-verzjoni. 7

- hija tali li l-klijent ghandu t-taghrif u l-esperjenza necessarja biex jifhem irriskji tat-tranzazzjoni. Fl-isfond ta dan, wiehed ghandu ghalhekk janalizza jekk meta l-ilmentaturi inghataw parir finanzjarju u gie rrakkomandat lilhom il-bp 192 il-kriterji gewx segwiti mill-provditur tas-servizz. L-Arbitru irid jara jekk il-portafoll ta investimenti fil-bp 192, kif ukoll l-istruttura tal-bp 192, kienetx tajba ghaccirkostanzi tal-investituri. Mill-affidavits taghhom, l-ilmentaturi ma jirrizultax li kienu ta natura spekulattiva, avventuruza jew ta riskju gholi. Ma wrewx li kienu f qaghda li jissugraw flushom. L-esperjenza li kellhom kienet relatata ma bonds u stocks lokali b imghax fiss u kapital sikur. L-ilmentaturi kienu konsistenti fir-rigward ta dak li riedu millinvestimenti taghhom: riedu investiment b imghax fiss u regolari. Talbu investiment li huwa simili ghal term deposit accounts. Ma tista qatt tghid li fixed deposit account kien jekwipara ma investimenti f bond jew Bond Portfolio ghaliex kont il-bank ghandu karatteristici differenti hafna minn dawk ta investiment. It-talba taghhom kienet imsejsa fuq il-htiega ta dhul regolari minn imghax u l- hlas lura tal-kapital wara ammont ta zmien karatteristici li jidentifikaw ma kont fiss il-bank. Tant hu hekk, li meta il-provditur qalilhom li kellhom ihallu l- investiment sal-maturità, dan accettawh mill-ewwel ghax kienu jafu li depozitu fiss il-bank ihallas l-ammont kollu tal-kont mal-maturità u mhux qabel. Hawnhekk johrog car x riedu mill-investimenti dawn l-ilmentaturi. Il-preferenza taghhom kienet ghal investiment bl-inqas riskju, ghalhekk simili ghal dak ta term deposit fejn kont fiss il-bank huwa serhan il-mohh ghal min irid ifaddal blinqas riskju possibli ghax jaf li flusu se jehodhom lura mal-maturità bl-imghax imhallas regolarment. Dan jorbot mal-esperjenza u t-taghrif li huma kellhom qabel ma bdew irrelazzjoni professjonali taghhom mal-provditur. L-esperjenza li kellhom sa qabel investew mal-provditur tas-servizz, fil-kuntest tal-oggettiv taghhom ghal investiment sigur jindika bic-car li mhux kull bond 8

kienet tajba ghac-cirkostanzi taghhom imma kellha tkun tali li toffri s-sigurtà u c-certezza fl-isfond ta dak li kienu imdorrijin bih meta investew f bonds u stocks lokali, cioè il-hlas tal-imghax u tal-kapital. Il-kompozizzjoni tal-bp 192 kienet maghmula minn bonds li tnejn minnhom kienu ta natura spekulattiva ghax ir-rating taghhom kien BB+ u BB-. Però, apparti dan, l-investiment taghhom fil-bp 192 kienet l-ewwel darba tax-xorta tieghu u ma jistax jinghad li kellhom xi esperjenza vasta fl-investimenti finanzjarji. Kollox jindika, fil-kuntest tal-oggettivi tal-investiment li riedu l-ilmentaturi, li ma kienu qatt f qaghda li finanzjarjament jerfghu riskju li ma kienux lesti li jgorruh. Mill-provi li gabu l-ilmentaturi, il-bp 192 ma kienx adatt ghall-oggettivi talinvestiment u c-cirkostanzi personali taghhom. L-Arbitru josserva wkoll li parti mir-rikavat tal-bp 192 tpogga f fond ta investiment kollettiv, cioè, UBS High Yield Bond Fund. 13 Konsistenti ma dak li qalu fl-affidavit taghhom, dan il-fond ukoll ma kienx jilhaq l-oggettivi talinvestiment taghhom ghax la jhallas imghax fiss, la ghandu l-kapital sikur u lanqas huwa single bond investment. Apparti dan, ma hemm l-ebda tixbiha bejn fond ta investiment kollettiv u term deposit account (li ghamlu riferenza ghalih fl-affidavit taghhom). Skont dokumentazzjoni ghall-investituri 14 mahruga mill-fund manager, l-ghan ta dan il-fond huwa, apparti diversifikazzjoni u zamma ta likwidità, li jinvesti imqar zewg terzi tal-assi f bonds (debt securities) denominati fl-ewro mahruga minn kumpaniji b rating bejn CCC u BB+ mahrug minn Standard & Poor's jew agenzija ohra tar-ratings. Dawn ir-ratings, jekk tiehu Standard & Poor s bhala rating agency, huma ta natura non-investment grade. Min jinvesti f tip ta bond fund bhal dan ikun qed ifittex dhul gholi, jinvesti f firxa ta bonds li jkunu ta natura high yield (jigifieri qligh gholi) b ratings pjuttost 13 https://markets.ft.com/data/funds/tearsheet/summary?s=lu0085995990:eur 14 http://fundgate.ubs.com/fipublications.do?instid=357&rid=2&csearch=pab%3aemwh.bofu%2cpab%3aem wh.bofu.hiyf&cty=lu&lang=en 9

baxxi u lest li jaccetta volatilità fil-prezz tal-fond u r-riskji abbinati ma bond funds ta dan it-tip. Generalment, investimenti f bonds ta kumpaniji huma meqjusa li jkollom credit risk, cioè riskju li min johrog il-bond jista jfalli u ma jonorax l-obbligi tieghu. Normalment, bonds ta natura non-investment grade jkollhom livell elevat ta credit risk. Certament, mhux dan it-tip ta riskju li kellhom f mohhhom l- investituri meta riedu xi haga simili bhal fixed deposit account. Dwar l-investiment fin-norske li gie suggerit mill-provditur tas-servizz, kif digà gie spjegat, kien wiehed riskjuz hafna u ma kienx addattat ghall-htigijiet u l- aspettattivi tal-ilmentaturi u, ghalhekk, il-provditur tas-servizz ghandu jgorr irresponsabbiltà dwaru. Il-fatt li l-ilmentaturi iffirmaw xi dokumenti li kollha huma fi standard form ma jezoneraw bl-ebda mod lill-provditur tas-servizz. F dan il-qasam ta investimenti fis-settur finanzjarju, il-provditur tas-servizz, li huwa l-espert fil-qasam, dejjem qieghed f qaghda negozjali superjuri u huwa mistenni li l-konsumatur joqghod fuq il-pariri li jinghata ghaliex ikun proprju ghalhekk li jmur ghand dawn in-nies professjonali. Ghalhekk, meta f dan il-kaz l-ilmentaturi iffirmaw id-dokumenti li inghatawlhom, dan ghamluh mhux ghaliex, b xi mod, kienu qed jittraskuraw iddrittijiet taghhom, imma ghaliex kienu qed jaghtu l-fiducja taghhom lillprovditur tas-servizz li, anke skont il-provedimenti tal-kodici Civili, 15 ghandu jagixxi mal-klijenti tieghu bhala missier tajjeb tal-familja. Barra minn hekk, kull kumpanija li tiggestixxi investimenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u hi licenzjata mill-mfsa, japplikaw ghaliha l-investment Services Rules Standard Licence Conditions mahrugin taht il-kapitlu 370 tal-ligijiet ta Malta. Mad-dhul fis-sehh tal-kap 555 tal-ligijiet ta Malta, dawn ir-regoli ma baqghux iservu biss ghal skop regolatorju, izda fid-diskrezzjoni tieghu, l-arbitru jista jqis dawn ir-regoli, maghmula minn Awtoritajiet Nazzjonali u anke Komunitarji, 15 KAP 16, Art 1124A et seq 10

bhala sors normattiv ghalih biex ikun jista jasal ghall-konkluzjoni jekk l-ilment ikunx gust, ekwu, u ragonevoli. Il-qofol ta dawn ir-regolamenti 16 hi regola 2.01 li tghid: When providing Investment Services to clients, a Licence Holder shall act honestly, fairly and professionally in accordance with the best interests of its clients.. L-Arbitru ma jqisx li l-investimenti offruti lill-ilmentaturi kienu in the best interests taghhom. Ghar-ragunijiet il fuq moghtija, l-arbitru jasal ghall-konkluzjoni li l-investimenti li gew offruti lill-ilmentaturi ma kienux addattati ghac-cirkostanzi u laspettattivi ragonevoli u legittimi taghhom, 17 inghataw pariri li jinvestu fi prodotti riskjuzi aktar milli kien il-profil ta riskju taghhom u dan wassal ghattelf li garrbu. Ghaldaqstant, l-arbitru jiddeciedi li l-ilment huwa wiehed ekwu, gust u ragonevoli u qed jilqghu sakemm dan huwa kompatibbli ma din id-decizjoni u, ai termini tal-artikolu 26(3)(c)(iv) tal-kap. 555 tal-ligijiet ta Malta, qed jordna lil Crystal Finance Investments Ltd. dan li gej: Li thallas lill-ilmentaturi is-somma ta hamsa u ghoxrin elf ewro ( 25,000), però li minnha jridu jonqsu (a) kull imghax li thallas mill-bp 192 qabel ma gie terminat, (b) kull dhul li seta thallas mill-ubs High Yield Bond Fund u (c) l- imghaxijiet li thallsu f Gunju 2016 ( 60.33) u Dicembru 2016 ( 138.52) fuq in- Norske. Bl-imghax legali mid-data ta din id-decizjoni sad-data tal-hlas effettiv. Fuq bazi ta ekwità u gustizzja, kwalunkwe investiment mertu ta dan il-kaz, li ghadu f isem l-ilmentaturi, ghandu jdur f isem il-provditur tas-servizz hekk kif isir il-hlas effettiv akkordat b din id-decizjoni lill-ilmentaturi, u dawn ikunu obbligati li jiffirmaw kwalunkwe dokument biex dan isehh. 16 Investment Services Rules--Standard Licence Conditions (SLC) 17 KAP 555, Art 19(3)(c) 11

L-ispejjez legali ta dan il-kaz ghandhom ikunu ghall-provditur tas-servizz. Dr Reno Borg Arbitru ghas-servizzi Finanzjarji 12